LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

 

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

Tv Vatikan

Tv 2000

Kappella

Santwarju EWTN
 

Raġel u mara ħalaqhom (Ġenesi:1:27)...

Il-Familja mhix sempliċi persuni li jgħixu taħt l-istess saqaf (household)

B’familja aħna nifhmu dik is-soċjetà naturali ta’ persuni mibnija fuq relazzjoni bejn mara u raġel, ibbażata fuq iż-żwieġ bħala rabta dejjiema immirata għall-għaqda u l-imħabba ta’ xulxin u għat-tnissil, it-trobbija u l-edukazzjoni tal-ulied. ... Dan ifisser li l-familja qatt ma għandha tiġi ridotta għal sempliċi għarfien ta’ persuni li jgħixu taħt l-istess saqaf (household) jew ta’ relazzjonijiet oħra. Ladarba naqblu fuq x’inhi l-familja, tajjeb naraw jekk dan hux rifless fil-liġijiet, fil-politika u fil-qafas ekonomiku.

Mill-Pastorali tal-Isqof Mario Grech, 18 Mejju 2012. Ara l-Pastorali sħiħa …>

Ara t-test tal-Pastorali bl-Ingliż ...>


Fiż-żwieġ, id-differenza bejn is-sessi mhix irrilevanti.

“Id-difiża tal-istituzzjoni taż-żwieġ bħala realtà soċjali hija kwestjoni ta’ ġustizzja, għaliex biha jkunu imħarsa l-ġid tal-umanità kollha u d-drittijiet tal-ġenituri u t-tfal.”

Dan stqarru l-Papa Benedittu XVI lil Isqfijiet Amerikani waqt iż-żjara Ad Liminia tagħhom f’Marzu li għadda.  Huwa semma l-kurrenti politiċi u kulturali

qawwija li qed ifittxu li jibdlu d-definizzjoni legali taż-żwieġ u qal li bl-argumenti tagħha l-Knisja trid tiddefendi l-familja bħala istituzzjoni naturali li tikkonsisti f’għaqda speċifika ta’ persuni, li għandha bħala għeruq tagħha il-kumplamentarjetà tas-sessi u li din tkun miftuħa għall-prokreazzjoni.  Għalhekk fid-definizzjoni taż-żwieġ, id-differenzi bejn is-sessi ma jistgħux ikunu meqjusa bħala rrilevanti.

Ara d-diskors kollu tal-Papa Benedittu XVI ...>


Wara d-divorzju, issa l-pass li jmiss – żwieġijiet ta’ l-istess sess ?

“Ma nistgħux nibqgħu siekta quddiem għemejjel jew kliem li jdgħajfu l‑bażi taż‑żwieġ”

Il‑Kardinal Timothy Dolan, li jippresiedi l‑Konferenza tal‑Isqfijiet Kattoliċi tal‑Istati Uniti, wera s‑sogħba tiegħu dwar l‑istqarrija ta’ sapport li l‑President Barack Obama għamel biex tingħata definizzjoni ġdida taż‑żwieġ. Fi stqarrija li għamel, il‑kardinal qal, “Iċ‑ċittadini ta’ dan il‑pajjiż, speċjalment uliedna, jistħoqqilhom aħjar,”

Kompli aqra u iktbilna l-kummenti tiegħek ...>

 


Jgħidu x’jgħidu l-Gvernijiet ...

L-awtorità ċivili hi fid-dmir li taċċetta li ż-żwieġ huwa magħmul minn raġel u mara miżżewġin, flimkien ma’ wliedhom. Dan il-fatt jiġi qabel kull għarfien tal-familja mill-awtorità ċivili.

Ara paragrafi 2201 -2203 mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika dwar il-familja ...>

 

Fil-Librerija tal-Laikos issib ukoll ...

Sorsi oriġinali, mill-Kotba Mqaddsa u t-Tagħlim tal-Knisja

  • Il-Bibbja bil-Malti u b’ilsna oħra...

  • Kitbiet tas-Santi Padri...

  • Il-Liġi Kanonika...

  • Dokumenti tal-Konċilji u tal-Papiet...

 

Riżorsi oħra miġbura skont is-suġġett.

  • Dwar il-Kelma ta’ Alla u t-tagħlim nisrani...

  • Dwar is-sejħa u l-ħajja ta-nisrani...

  • Dwar l-anġli u l-qaddisin...

  • Dwar liturġija, talb u devozzjonijiet...

  • Mill-ħajja tal-Knisja f’Malta...

Idħol fil-Librerija >

 

Ix-xhieda xokkanti ta’ Gianna Jessen ...

Is-Sena tal-Fidi ...

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar Sena ta’ Fidi bejn il-11 ta’ Ottubru 2012 u l-24 ta’ Novembru 2013.

Is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja. (Porta Fidei 6)

Illum tinħass il-ħtieġa għal impenn ekkleżjali aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn. (PF 7)

L-istqarrija tal-fidi hi att personali u komunitarju fl-istess ħin. Infatti, il-Knisja hi l-ewwel suġġett tal-fidi. (PF 10)

Ara d-dokument Porta Fidei >

Rakkomandazzjonijiet għas-Sena tal-Fidi.

VATICAN, 7 Jannar 2012.  Illum is-Santa Sede ppublikat lista ta’ rakkomandazzjonijiet pastorali biex jgħinu ħalli fll-Knisja Universali tkun ċelebrata aħjar is-Sena tal-Fidi. 

Dawn iridu jkunu għodda f’idejn l-operaturi pastorali kollha fit-twettieq aħjar tal-pjan pastorali.

Ikklikkja >

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org