L-Isqof
Mario Grech
fis-Sinodu
Nevanġelizzaw
il-Familji Feruti
Vatikan,Tlieta 16
Ottubru 2012 -
Dalgħodu l-Isqof
Mario Grech, waqt li
ndirizza lil madwar
260 isqof miġbura
flimkien mal-Papa
Benedettu XVI għall-Assemblea
Ġenerali tas-Sinodu
tal-Isqfijiet dwar
l-Evanġelizzazzjoni,
tkellem dwar
il-ħtieġa urġenti
li l-Knisja
tevanġelizza
lill-familji feruti,
li uħud minnhom
jħossu t-tagħlim
tal-Maġisteru bħal
mażra ma’ għonqhom u
piż fuq qalbhom.
Aqra d-diskors kollu
⇨
Rapport fis-Sinodu
fil-Vatican Insider
⇨
Ara l-paġna
dwar is-Sinodu 2012
⇨
Ara l-Omelija
tal-Papa fil-bidu
tas-Sinodu
⇨
Komunikat ieħor
mill-Isqof
Mario Grech
Vatikan,
Erbgħa, 17 Ottubru 2012
–
Illum
irċevejna komunikat
ieħor minn għand l-Isqof
Mario Grech li
qiegħed fil-Vatikan
biex jieħu sehem
fis-Sinodu
tal-Isqfijiet dwar
l-Evanġelizzazzjoni
Ġdida. F’dawn
il-komunikati,
Monsinjur Grech
qiegħed jagħtina xi
siltiet mill-interventi
li saru waqt is-Sinodu
sabiex hekk anke
f’pajjiżna jkollna
idea ta’ dak li qed
ikun diskuss mill-isqfijiet
fil-laqgħat ġenerali
tagħhom. Hekk mhux
biss inkunu nistgħu
nħossu l-polz
tal-Knisja
universali imma
wkoll nistgħu
nakkumpanjaw lil
dawn il-mexxejja
tal-Knisja bit-talb
tagħna.
Ara Komunikat Nru 1
⇨
Ara Komunikat Nru 2 ⇨
ISQOF AWŻILJARI GĦAL
MALTA
Il-Qdusija Tiegħu
il-Papa Benedittu
XVI ħatar lil
Monsinjur Charles J.
Scicluna Isqof
Awżiljari ta’ Malta
u nnominah Isqof
Titulari ta’ San
Leone.
Bħala
Isqof Awżiljari,
Monsinjur Scicluna,
li għandu 53 sena,
huwa msejjaħ biex
ikun il-kollaboratur
u l-konsulent
l-iżjed qrib
tal-Arċisqof ta’
Malta, Monsinjur
Pawlu Cremona O.P, u
biex ikollu
responsabilitajiet
ta’ tmexxija
fil-Kurja kif ukoll
fil-ministeru
pastorali
tal-Arċidjoċesi ta’
Malta.
Ma’
l-Ordinazzjoni
Episkopali, li ser
issir fis-24 ta’
Novembru li ġej,
Monsinjur Scicluna
isir membru
tal-Konferenza
Episkopali Maltija
flimkien ma’
Monsinjur Arċisqof u
ma’ l-Isqof
t’Għawdex, Monsinjur
Mario Grech.
Ara aktar tagħrif
...>
Min huwa l-Isqof il-Ġdid?
...>
|