LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

 

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

Tv Vatikan

Tv 2000

Kappella

Santwarju EWTN
 

Sal-bidu tas-Sena tal-Fidi fadal ...

 

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar Sena ta’ Fidi bejn il-11 ta’ Ottubru 2012 u l-24 ta’ Novembru 2013.

  • Is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja. (Porta Fidei 6)

  • Illum tinħass il-ħtieġa għal impenn ekkleżjali aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn. (PF 7)

  • L-istqarrija tal-fidi hi att personali u komunitarju fl-istess ħin. Infatti, il-Knisja hi l-ewwel suġġett tal-fidi. (PF 10)

Ħamsin sena mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II ...

Is-Sena ta’ Fidi se tibda fil-11 ta’ Ottubru 2012, li jkun il-ħamsin anniversarju tal-bidu tal-Konċilju Vatikan II.  Il-Papa Benedittu XVI, fid-dokument Porta Fidei kiteb hekk:-

“Deherli li l-fatt li s-Sena tal-Fidi ser tkun fl-istess żmien li fih inkunu qed infakkru l-ħamsin anniversarju mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II, jipprovdilna opportunità tajba biex ngħinu lin-nies jifhmu li, kif kien jgħid il-Beatu Ġwann Pawlu II, it-testi li ħallewlna l-Padri Konċiljari, ma tilfu xejn mill-valur u l-ġmiel tagħhom. Jeħtieġ li jinqraw b’mod korrett, li jkunu magħrufa u li wieħed jgħożżhom bħala kitba importanti u normattiva tal-Maġisteru, fit-Tradizzjoni tal-Knisja….

Inħossni fid-dmir aktar minn qatt qabel li nuri l-Konċilju bħala grazzja kbira mogħtija lill-Knisja tas-seklu għoxrin: fihom insibu l-boxxla li turina x’direzzjoni għandna nieħdu f’dan is-seklu li qed jibda.” (par. 4)

Ara d-dokumenti tal-Konċilju bil-Malti

Ara dokumentarju dwar il-Konċilju Vatikan II

Għoxrin sena mill-publikazzjoni tal-Katekiżmu tal-Knisja ...

Id-data tal-11 ta’ Ottubru 2012 taħbat ukoll id-data tal-għoxrin anniversarju tal-pubblikazzjoni tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, imniedi mill-Predeċessur tiegħi, il-Beatu Ġwanni Pawlu II, li ried juri lill-fidili kollha l-qawwa u l-ġmiel tal-fidi. Dan id-dokument,  frott awtentiku tal-Konċilju Vatikan II, kien mitlub mis-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet fl-1985 biex ikun għodda fil-qadi tal-katekżi u sar f’kollaborazzjoni mal-isqfijiet kollha tal-Knisja Kattolika.

Ara l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika u l-Kompendju tal-Katekiżmu

Għoxrin sena mill-Veritatis Splendor

oxrin sena ilu, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien ippublika l-Enċiklika, Veritatis Splendor - Id-Dija tal-Verità.  Kienet deskritta minn bosta bħala dak id-dokument tal-Maġisteru tal-Knisja li jiġbor fih b'mod komprensiv u awtoritattiv l-akbar numru ta' prinċipji bażiċi tal-etika nisranija. Fiha l-morali mhix aktar ippreżentat bħala manwal ta' liġijiet li joħorġu mil-liġi naturali, imma bħala mod ta' ħajja msejsa fuq l-Iskrittura u fil-persuna ta' Kristu nnifsu.

oxrin sena wara, il-Veritatis Splendor tista' tkun aktar meħtieġa llum milli dakinhar għaliex fid-dlam ta' relattivizmu dejjem jikber, tinħass aktar il-ħtiega li fis-soċjeta' umana tkompli tixtered id-Dija tal-Verita'.

Veritatis Splendor bil-Malti fil-Laikos ...> http://www.laikos.org/veritatis_splendor_mt.doc

Tista' ssib ukoll bosta dokumenti oħra tal-Papiet ... > http://www.laikos.org/Librerija_papiet.htm

Il-Konċilju Vatikan II dwar il-Lajċi …

 

Fid-digriet tal-Konċilju Vatikan II, Apostolicam Actuositatem, dwar l-Apostolat tal-Lajċi, l-Isqfijiet fissru n-natura, ix-xejra, u l-varjetà ta' dan l-appostolat u taw il-prinċipji fondamentali u d-direttivi pastorali biex dan l-appostolat ikun jista’ jsir b’riżultati aħjar. 

Fil-50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju, is-Segretarjat għal-Lajċi ħejja żewġ dokumentarji qosra, wieħed dwar dan id-digriet tal-konċilju u ieħor dwar il-Konċilju Vatikan II nnifsu.

Ara d-dokumentarju dwar

Id-Digriet fuq l-Appostolat tal-Lajċi

Il-Konċilju Vatikan II

 

 

KORSIJIET TA' FORMAZZJONI

SACRED PATH

Irtir għall-Operaturi Pastorali tal-Adolexxenti u Żgħażagħ, Għalliema tar-Reliġjon u Żgħażagħ 18+.

Aqra aktar ... >

Niżżel ukoll il-Formola ta’ Applikazzjoni …>

 


YOUTH MINISTRY

Youth Leaders who finished the course, Basic Principles in Adolescent and Youth Ministry, Higher Award Certificate in Adolescent and Youth Ministry from 2006 to 2010, both dates inclusive.

Read more ...>

 

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org