ILLUM IS-SIEGĦA
TAL-LAJĊI
Siltiet
minn diskors li l-Kardinal Basil Hume kien
għamel fl-1984 dwar sehem il-lajċi
fil-Knisja u fid-dinja. Kemm huwa ferm
aktar veru llum!
Għad-diskors sħiħ ikklikkja hawn. ...q
q
Illum, biex
nieqfu lill-materjaliżmu u l-ġenn
tal-konsumeriżmu, l-appostli l-ġodda ta’
żminijietna jridu jkunu l-irġiel u
n-nisa, il-lajċi nsara....
q
F’dawn
iż-żminijiet ġodda tal-Knisja,
il-vokazzjoni eżatta tal-lajċi trid tiġi
miftehma aħjar u apprezzata aktar milli
fl-imgħoddi....
q
Biex
ikomplu
x-xogħol mogħti lilhom minn Alla,
il-Lajċi jrid ikollhom tagħlim sod fuq
il-Fidi....
q
Bħala rġiel u nisa nsara, intom imsejħin
biex taqsmu flimkien ma’ Kristu l-ħajja u
x-xogħol
tiegħu. Intom tridu tħossu u tifhmu
tassew id-dinjita’ li biha ġejtu mżejna
bis-Sagrament tal-Magħmudija li rċevejtu.
Intom tridu tifhmu r-responsabbiltajiet
tagħkom ladarba għażiltu li timxu wara
Kristu meta ġejtu msaħħin mill-Ispitru
bħalma ġew imsaħħin l-appostli f’Għid
il-Hamsin.
Iklikkja hawn għad-diskors
kollu. ...q
FI KRISTU ĠESÙ
Il-Ġimgħa, 13 ta’ Frar 2009 saret il-laqgħa
annwali tal-lajċi ma’ Mons. Arċisqof Pawl
Cremona OP.
It-talb fil-bidu tmexxa minn żewġ soċji nisa
tal-MUSEUM, waqt li Fr Karm Debattista MSSP
kanta innijiet b’rabta mas-Sena Pawlina.
Kien muri feature maħdum mill-CAM
Productions International dwar il-Viżta
Pastorali u wara sar diskors mill-Prof
Anthony Frendo bit-tema, “Fi Kristu Ġesù,
Attidunijiet fundamentali tan-nisrani skont
San Pawl.”.
Fi tmiem il-laqgħa Mons Arċisqof għamel
diskors li fih wieġeb għad-domanda,
“X’Jagħmel Lajk Komplit?”
Id-diskors
tal-Arcisqof.
..q
Id-diskors tal-Prof. Frendo. ...q |