www. laikos.org

Sit tas-Segretarjat għal-Lajċi,  Malta.

 ARKIVJU   | KUMMENTI   |   LIBRERIJA   |   LINKS   |                                                     X

ĠWANNI PAWLU II DWAR IL-FAMILJA

“Jekk għandna nitkellmu dwar it-tiġdid, dwar riġenerazzjoni tas-soċjetà umana, anzi dwar il-Knisja bħala soċjetà tal-bnedmin, irridu nibdew minn dan il-punt, minn din il-missjoni.   Knisja Qaddisa ta’ Alla, inti ma tistgħax tagħmel il-missjoni tiegħek, ma tistgħax twettaq il-missjoni tiegħek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u tal-missjoni tagħha.   Permezz tas-sagrament ta’ l-ilma u ta’ l-Ispirtu s-Santu, aħna ninsabu mgħaddsa f’dan il-misteru tal-Għid ta’ Kristu, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Ninsabu mgħaddsa biex insibu mill-ġdid il-milja tal-ħajja.  U din il-milja rridu insibuha fid-dimensjoni tal-persuna.      Imma fl-istess waqt fid-dimensjoni tal-familja,  li hija l-għaqda tal-persuni, li twassal u ddawwal b’dan it-tiġdid tal-ħajja, l-ambjenti differenti, is-soċjetajiet,  il-popli, il-kulturi,  il-ħajja soċjali, il-ħajja ekonomika …  Dan kollu għall-familja. Iva.  Intom tridu tmorru fid-dinja kollha biex tgħidu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.  Tennu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.

Fil-Librerija issib ukoll ...

> Enċikliċi u kitbiet tal-Papiet...

> Dokumenti tas-Sinodu...

> Kelma tal-Isqfijiet Maltin...

> Lectio Divina...

> Liturġija tas-Sigħat...

> Qari tal-Quddies tal-Ħadd...

   Aktar ... >

Fit-Toroq tal-Kelma ...

Bl-istess mod li d-dixxipli għamlu l-esperjenza ta’ Kristu fit-toroq tal-Palestina, hekk ukoll aħna mistiedna nagħmlu l-istess esperjenza fil-paġni tal-Kelma ta’ Alla.  Il-Lectio Divina tgħinna biex dawn il-paġni jinfetħu għalina bħal triq li fiha ngħmlu aħna wkoll l-esperjenza ta’ l-Imgħallem tagħna.

Dawn qed ikunu mxandra live minn Radju Marija, kull nhar ta’ Ħamis bejn  is-7.00 u t-8.00 ta’ filgħaxija. Isma r-recoding tal-programmi li xxandru sallum.

Ikklikkja  … >

Il-Lajk u s-Saċerdot; Kollaborazzjoni u Korresponsabiltà ...

Diskorsi kollha li saru waqt seminar organizzat mis-Segretarjat għal-Lajċi fi tmiem is-Sena tas-Saċerdotli, f' Gattard Hse, Blata l-Bajda. 3 u 4 Ġunju 2010.

Ikklikkja ... >

Preżentazzjonijiet Pastorali ...

Christifideles Laici

L-ewwel parti ...>

It-tieni parti ...>

Is-Segretarjat għal-Lajċi joffri l-għajnuna lill-parroċċi li jixtiequ jippreżentaw lil-lajċi din l-Eżortazzjoni Appostolika dwar il-vokazzjoni u l-missjoni tagħhom fil-Knisja u fid-dinja.

Ikklikkja …>

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                        http://www.laikos.org      

AVVIŻI

MIS-SEGRETARJAT

Stedina għal Laqgħa mal-Arċisqof Pawlu Cremona

Il-Ħamis, 24 ta’ Frar, l-Arċisqof  se jmexxi laqgħa fl-iskola ta’ Santa Monica, Birkirkara, li fiha se jkun diskuss "Sehem il-Lajċi fil-Parroċċa".

Inti mistieden tattendi u tieħu sehem fid-diskussjoni.

Nibdew fis-6.00 pm u nispiċċaw fid-9.00 pm.

Laqgħa oħra dwar

il-Liturġija tas-Sigħat

Is-Sibt, 5 ta’ Marzu, ser issir laqgħa oħra dwar il-Liturġija tas-Sigħat, li fiha Fr Michael Bogeja, ser jitkellem dwar it-tqassim tat-talb matul il-jum u matul is-sena liturġika, b’enfasi fuq żmien ir-Randan.

Il-laqgħa ssir fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Floriana u tkun bejn id-9.30 u l-11.00 ta’ filgħodu.

Dawn il-laqgħat qed isiru b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat tal-Liturġija.

Bini ta' Librerija Pastorali Virtwali

Huwa ħsieb ta’ dan is-Segretarjat biex b’kolloaborazzjoni ta’ l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali nkomplu nibnu u niżviluppaw il-Librerija Virtwali ta’ dan is-sit biex din tkun ta’ għajnuna fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta.

Dan huwa xogħol vast u proġett ambizjuż ħafna li jinħtieġ l-impenn ta’ diversi persuni.

Għahekk napprezzaw kull għajnuna, kemm fuq livell tekniku, kemm fil-qasam teoloġiku, kif ukoll b’xogħol ta’ typing jew traduzzjoni ta’ dokumenti għall-Malti.

Jekk tista’ tgħin nitolbuk tiktbilna fuq ...

lajċi@maltadiocese.org.

 Ħallilna messaġġ …>