Sit Uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

DĦUL

KUMMENTI

ATTIVITAJIET

ARKIVJU

SITI OĦRA  

                                                    

RIŻORSI VARJI ...

Is-Segretarjat tal-Lajċi.       

Il-Forum tal-Għaqdiet.        

Distretti, Unitajiet u Parroċċi.

Il-Viżta Pastorali.               

Il-Fratellanzi f'Malta.          

     

RIŻORSI VARJI ...

Bibbja bil-Malti.                 

Liturġija tas-Sigħat.           

Talb.                               

Lectio Divina.                    

Dokumenti tal-Sinodu.       

Dokumenti tal-Knisja.        

Konċilji Ekumeniċi.             

 

 

 

GĦAQDIET U MOVIMENTI ...

Azzjoni Kattolika Maltija.     

Fergħa Ewkaristika.            

Leġjun ta’ Marija.               

Mixja Neokatekumenali.     

Moviment Kariżmatiku.       

Moviment tal-Fokolari.        

MUSEUM - Irġiel - Nisa.       

Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

Awguri mill-qalb għal Għid Qaddis.  Jalla lkoll nintebħu li Kristu qam tassew kif kien qal u llum huwa ħaj fostna. Halleluja!

DEUS CARITAS EST - ALLA HUWA MĦABBA

F’dinja li fiha xi drabi l-isem ta’ Alla jorbtuh mal-vendikazzjoni jew jaslu biex jorbtuh mad-dmir tal-mibegħda u tal-vjolenza, dan huwa messaġġ ta’ attwalità kbira u ta’ tifsira reali ħafna. Għalhekk fl-ewwel Enċiklika tiegħu, il-Papa Benedittu XVI xtaq jitkellem fuq l-imħabba, li biha Alla jimliena u li mbagħad għandha tintwera minna lill-oħrajn.

Ikklikkja hawn għat-test kollu tal-Enċiklika bil-Malti ...q

CHRISTIFIDELES LAICI - IL-LAJĊI NSARA

"Il-lajċi nsara li dwar ˝il-Vokazzjoni u l-Missjoni tagħhom fil-Knisja u fid-dinja għoxrin sena wara l-Konċilju Vatikan II  tkellem is-Sinodu tal-Isqfijiet fl-1987, huma dawk li fost il-Poplu ta’ Alla nistgħu nxebbħu mal-ħaddiema tal-għalqa tad-dwieli."  Hekk tiftaħ l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-missjoni u l-vokazzjoni tal-lajċi fil-Knisja u fid-dinja.

Ikklikkja hawn għat-test kollu bil-Malti. ...q

IL-KONĊILJU VATIKAN II DWAR L-APOSTOLAT TAL-LAJĊI

F’dan id-Digriet, il-Konċilju jrid li jfisser in-natura, il-kwalità u l-varjetà ta’ l-apostolat tal-lajċi u jagħti direttivi pastorali biex dan l-apostolat jaħdem b’riżultati tajbin. Dan kollu li ġej għandu jitqies bħala regola magħrufa mil-liġi  kanonika dwar l-apostolat tas-sekulari.

Ikklikkja hawn għad-digriet kollu. ...q

GĦANI FIL-ĦNIENA – ENĊIKLIKA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Fl-enċiklika Redemptor hominis imxejt fuq it-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II, għarbilt sewwa l-ħtiġijiet speċjali ta’ żminijietna u tkellimt fuq il-verità dwar il-bniedem, verità li ntweriet lilna fil-għoli kollu tagħha fi Kristu. U issa ħtieġa mhux inqas importanti għal dawn iż-żminijiet hekk iebsin u hekk kritiċi, iġġiegħelni nerġa’ nitkellem biex nerġgħu naraw fi Kristu l-ħarsa tal-Missier li hu tassew Missier il-ħniena u Alla ta’ kull faraġ.

Ikklikkja hawn. ...q

Xi dokumenti oħra tal-Knisja li diġà huma lesti bil-Malti fuq dil-website...

Mater et Magistra tal-Papa Ġwanni XXIII.

Populorum Progressio u Humanae Vitae tal-Papa Pawlu VI.

L-Ittra lill-Familji mill-Papa Ġwanni Pawlu II.

U xi dokumenti tal-Konċilju Vatikan II.

Ikklikkja hawn. ...q

FI KRISTU ĠESÙ

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Frar 2009 saret il-laqgħa annwali tal-lajċi ma’ Mons. Arċisqof Pawl Cremona OP.

It-talb fil-bidu tmexxa minn żewġ soċji nisa tal-MUSEUM, waqt li Fr Karm Debattista MSSP kanta innijiet b’rabta mas-Sena Pawlina.

Kien muri feature maħdum mill-CAM Productions International dwar il-Viżta Pastorali u wara sar diskors mill-Prof Anthony Frendo bit-tema, “Fi Kristu Ġesù, Attidunijiet fundamentali tan-nisrani skont San Pawl.”.

Fi tmiem il-laqgħa Mons Arċisqof għamel diskors li fih wieġeb għad-domani, “X’Jagħmel Lajk Komplit?”

Id-diskors tal-Arcisqof. ..q

Id-diskors tal-Prof. Frendo. ...q

Inroddu ħajr lil kull min diġà qiegħed jgħin fit-typing tad-dokumenti, u nistiednu lil kull min jista’ jgħin biex jiktbilna fuq lajci@maltadiocese.org. Ix-xogħol kollu jsir mid-dar stess.