LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

Fittex fil-Laikos

 

 

ĦARSET ID-DINJA FUQ ĊUMNIJA

Belt tal-Vatikan, 12 Marzu 2013, 7.50PM:  Huwa tassew sinifikanti kif fi żmien it-telefon ċellulari u l-internet, għajnejn id-dinja u l-lentijiet ta’ tant u tant cameras tal-media huma ffukati fuq sempliċi ċumnija fuq saqaf ta’ kapella fl-iżgħar stat tad-dinja.

Minkejja li kien mistenni li r-riżultat tal-ewwel votazjoni tal-kardinali jkun inkonklussiv għaliex ħadd ma jkun kiseb iż-żewġ terzi tal-voti meħtieġa, madankollu malli tfaċċa d-duħħan iswed fuq il-Kappella Sistina, il-folla miġbura fi Pjazza San Pietru esklamat id-diżappunt tagħha.

Għada, l-Erbgħa huwa mistenni li jkun hemm sa erba’ votazzjonijiet, tnejn filgħodu u tnejn wara nofsinhar, dejjem sakemm ma jkunx hemm riżultat pożittiv qabel.


RANDAN 2013

Il-Pastorali tar-Randan - Żmien ta' Talb u l-Karità

L-Evanġelju li jipproponielna, bħala għemejjel tar-Randan, it-talb, is-sawm u l-għemejjel ta' karità. F'din l-Ittra Pastorali aħna se nagħmlu ftit riflessjonijiet fuq it-Talb u fuq il-Karità kif irid jgħixhom in-Nisrani.

Ara l-Pastorali kollha

Pastoral letter for Lent 2013, Engish version

Benedittu XVI - "Jekk nemmnu fl-imħabba, ngħixu l-imħabba"

Iċ-ċelebrazzjoni tar-Randan, fil-kuntest tas-Sena tal-Fidi, toffrilna okkażjoni prezzjuża biex nimmeditaw fuq ir-rabta bejn fidi u mħabba: bejn li nemmnu f’Alla, f’Alla ta’ Ġesù Kristu, u l-imħabba, li hi l-frott ta’ l-għemil ta’ l-Ispirtu s-Santu u teħodna f’mixja ta’ għotja lil Alla u lil xulxin.

Kompli ara l-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għar-Randan 2013

Riżorsi għar-Randan ...

Bħala għajnuna kemm fil-mixja spiritwali kif ukoll fil-ħidma pastorali qed noffru xi riżorsi għal matul ir-Randan, fosthom Via Sagra miktuba mill-Papa Benedittu XVI nnifsu meta kien għadu Kardinal. Huwa ħsieb tagħna li ftit ftit inkomplu nibnu din il-Librerija.  Għalhekk tajjeb tfittex regolarment f’din il-paġna tal-Librerija tal-Laikos.

Fittex aktar

 
 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org