LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

Fittex fil-Laikos

 

 

BENEDITTU XVI JIRRIŻENJA

Belt tal-Vatikan_ 11 Far 2013:  Benedittu XVI se jħalli l-Pontifikat mit-28 ta’ Frar. Dan qalu huwa stess dalgħodu waqt il-konċistorju għall-kanonizzazzjoni tal-martri ta’ Otranto. Il-Papa spjega li qed iħoss il-piż tal-kariga tiegħu u li mmedita ħafna dwar din id-deċiżjoni u li wasal għaliha għall-ġid tal-Knisja. Il-Papa tkellem dwar l’ingravescentem aetatem jiġifieri l-età avvanzata bħala waħda mir-raġunijiet tar-riżenja tiegħu. Id-deċiżjoni tal-Papa, mogħtija bil-Latin quddiem il-kulleġġ kardinalizju u d-dar Pontifiċja miġbura għal konċistorju ntlaqgħet b’ħasda u silenzju kbir. Il-Papa tkellem b’mod seren imma deher għajjien.  

Kompli aqra


Ir-Riżenja ta’ Papa hija dritt u f’ċerti ċirkustanzi obbligu tiegħu

Il-Papa Benedittu XVI qatt ma warrab il-possibiltà ta’ riżenja. Fl-2002, meta bosta kienu qed jitkellmu dwar l-eventwalità li Ġwanni Pawlu II jirriżenja, il-Papa preżenti, dak iż-żmien il-Kardinal Ratzinger, bħala l-eqreb kollaboratur ta’ Karol Wojtyla u bħala Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, kellu jiffaċċja l-possibiltà ta’ tali riżenja minħabba mard u nuqqas ta’ saħħa.

Kompli aqra


Il-Konklavi għat-28 ta’ Frar ...

Wara li l-Papa Benedittu XVI nnifsu ħabbar li ser jirriżenja fit-28 ta’ Frar 2013, fit-8.00 ta’ filgħaxija, l-uffiċċju stampa tal-Vatikan qal li dakinhar stess se jibdew il-konklavi biex ikun magħżul il-papa l-ġdid.  Joseph Ratzinger mhux se jieħu sehem f’dawn il-konklavi u mar-riżenja tiegħu huwa se jmur għal xi żmien fir-residenza papali f’Kastell Gandolfo.

Wara huwa se jagħmel żmien ta’ talb u riflessjoni fil-monasteru tas-sorijiet tal-klawsura li hemm fil-Vatikan stess.


"Naċċettaw iċ-ċokon tagħna, il-kundizzjoni tagħna." Benedittu XVI

"Għeżież ħuti, ngħixu bil-fidi jfisser nagħrfu l-kobor ta’ Alla u naċċettaw iċ-ċokon tagħna, il-kundizzjoni tagħna ta’ ħlejjaq, u nħallu lill-Mulej jiksiha bl-imħabba tiegħu, u b’hekk jogħla ’l fuq il-veru kobor tagħna. Il-ħażen, bit-toqol tiegħu ta’ wġigħ u tbatija, hu misteru li jiddawwal mill-fidi, li tagħtina ċ-ċertezza li nistgħu ninħelsu: iċ-ċertezza li hi ħaġa tajba li tkun bniedem.” Benedittu XVI fis-6 ta' Frar 2013

Ara d-diskors kollu ⇨

Il-messaġġ tal-Papa għar-Randan ...

"Jekk nemmnu fl-imħabba, ngħixu l-imħabba"

Iċ-ċelebrazzjoni tar-Randan, fil-kuntest tas-Sena tal-Fidi, toffrilna okkażjoni prezzjuża biex nimmeditaw fuq ir-rabta bejn fidi u mħabba: bejn li nemmnu f’Alla, f’Alla ta’ Ġesù Kristu, u l-imħabba, li hi l-frott ta’ l-għemil ta’ l-Ispirtu s-Santu u teħodna f’mixja ta’ għotja lil Alla u lil xulxin.

Kompli ara l-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għar-Randan 2013


Pastorali għall-Elezzjoni Ġenerali 2013 ...

L-Isqfijiet jappellaw għar-rispett lejn il-verità u lejn xulxin

■  Kull ċittadin għandu jħossu fid-dmir li jipparteċipa b'mod ħieles u responsabbli;

■  Il-kandidati billi jagħżlu li jkunu ta' servizz għal kulħadd u l-elettorat billi jesprimi l-vot tiegħu.

■  Il-Knisja la tippretendi u lanqas titlob privileġġi, imma  bħal kull soċjetà oħra, tistenna li tibqa' tgawdi l-ħelsien li tkompli l-missjoni tagħha.

■  Niġbdu l-attenzjoni għal erba' aspetti ta' importati: il-familja, il-ġenerazzjoni żagħżugħa, il-fqar u l-batuti, u l-ambjent.

Ara l-Pastorali kollha bil-Malti

Verżjoni bl-Ingliż


 

Is-Sena tal-Fidi

 

Jum ...

ikklikkja fuq il-logo

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org