LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

 

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

Tv Vatikan

Tv 2000

Kappella

Santwarju EWTN
 

Għoxrin sena mill-Veritatis Splendor

oxrin sena ilu, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien ippublika l-Enċiklika, Veritatis Splendor - Id-Dija tal-Verità.  Kienet deskritta minn bosta bħala dak id-dokument tal-Maġisteru tal-Knisja li jiġbor fih b'mod komprensiv u awtoritattiv l-akbar numru ta' prinċipji bażiċi tal-etika nisranija. Fiha l-morali mhix aktar ippreżentat bħala manwal ta' liġijiet li joħorġu mil-liġi naturali, imma bħala mod ta' ħajja msejsa fuq l-Iskrittura u fil-persuna ta' Kristu nnifsu.

oxrin sena wara, il-Veritatis Splendor tista' tkun aktar meħtieġa llum milli dakinhar għaliex fid-dlam ta' relattivizmu dejjem jikber, tinħass aktar il-ħtiega li fis-soċjeta' umana tkompli tixtered id-Dija tal-Verita'.

Veritatis Splendor bil-Malti fil-Laikos ...> http://www.laikos.org/veritatis_splendor_mt.doc

Tista' ssib ukoll bosta dokumenti oħra tal-Papiet ... > http://www.laikos.org/Librerija_papiet.htm

Żjara Ad Limina mill-Isqfijiet Maltin fil-Vatikan ...

Vatikan, Tnejn 28 ta’ Mejju 2012:  Il-qofol taż-żjara Ad Limina li l-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur  Pawlu Cremona OP u l-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech kellhom f’Ruma, kien illum, meta ltaqgħu privatament mal-Papa Benedittu XVI. Huwa ftakar fiż-żjara tiegħu f’Malta u l-laqgħa sabiħa li kellu mill-poplu Malti.

Fost id-diversi temi diskussi, il-Qdusija Tiegħu tkellem dwar  il-familja  u  l-bżonn li t-tfal jitrawwmu fil-fidi sabiex b’hekk il-fidi terġa’ tidħol fil-familja. Tkellem ukoll dwar il-vokazzjonijiet u kellu kliem ta’ apprezzament għall-ħidma li jwettqu s-saċerdoti Malti kemm f’pajjiżna u kif ukoll f’artijiet tal-missjoni.

Isma’ l-ewwel kummenti tal-Isqfijiet ...>

Il-Familja mhix sempliċi persuni li jgħixu taħt l-istess saqaf ...

B’familja aħna nifhmu dik is-soċjetà naturali ta’ persuni mibnija fuq relazzjoni bejn mara u raġel, ibbażata fuq iż-żwieġ bħala rabta dejjiema immirata għall-għaqda u l-imħabba ta’ xulxin u għat-tnissil, it-trobbija u l-edukazzjoni tal-ulied. ... Dan ifisser li l-familja qatt ma għandha tiġi ridotta għal sempliċi għarfien ta’ persuni li jgħixu taħt l-istess saqaf (household) jew ta’ relazzjonijiet oħra. Ladarba naqblu fuq x’inhi l-familja, tajjeb naraw jekk dan hux rifless fil-liġijiet, fil-politika u fil-qafas ekonomiku.

 

Mill-Pastorali tal-Isqof Mario Grech, 18 Mejju 2012. Ara l-Pastorali sħiħa …>

Ara t-test tal-Pastorali bl-Ingliż ...>

Fiż-żwieġ, id-differenza bejn is-sessi mhix irrilevanti ...

“Id-difiża tal-istituzzjoni taż-żwieġ bħala realtà soċjali hija kwestjoni ta’ ġustizzja, għaliex biha jkunu imħarsa l-ġid tal-umanità kollha u d-drittijiet tal-ġenituri u t-tfal.”

Dan stqarru l-Papa Benedittu XVI lil Isqfijiet Amerikani waqt iż-żjara Ad Liminia tagħhom f’Marzu li għadda.  Huwa semma l-kurrenti politiċi u kulturali

qawwija li qed ifittxu li jibdlu d-definizzjoni legali taż-żwieġ u qal li bl-argumenti tagħha l-Knisja trid tiddefendi l-familja bħala istituzzjoni naturali li tikkonsisti f’għaqda speċifika ta’ persuni, li għandha bħala għeruq tagħha il-kumplamentarjetà tas-sessi u li din tkun miftuħa għall-prokreazzjoni.  Għalhekk fid-definizzjoni taż-żwieġ, id-differenzi bejn is-sessi ma jistgħux ikunu meqjusa bħala rrilevanti.

Ara d-diskors kollu tal-Papa Benedittu XVI ...>


 
 

Il-Konċilju Vatikan II dwar il-Lajċi …

Fid-digriet tal-Konċilju Vatikan II dwar l-Apostolat tal-Lajċi, l-Isqfijiet fissru n-natura, ix-xejra, u l-varjetà ta' dan l-appostolat u taw il-prinċipji fondamentali u d-direttivi pastorali biex dan l-appostolat ikun jista’ jsir b’riżultati aħjar. 

Fil-50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju, is-Segretarjat għal-Lajċi ħejja żewġ dokumentarji qosra, wieħed dwar dan id-digriet tal-konċilju u ieħor dwar il-Konċilju Vatikan II nnifsu.

Ara d-dokumentarju dwar

id-Digriet fuq l-Appostolat tal-Lajċi …>

il-Konċilju Vatikan II …>

 

Ix-xhieda xokkanti ta’ Gianna Jessen ...

Is-Sena tal-Fidi ...

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar Sena ta’ Fidi bejn il-11 ta’ Ottubru 2012 u l-24 ta’ Novembru 2013.

Is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja. (Porta Fidei 6)

Illum tinħass il-ħtieġa għal impenn ekkleżjali aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn. (PF 7)

L-istqarrija tal-fidi hi att personali u komunitarju fl-istess ħin. Infatti, il-Knisja hi l-ewwel suġġett tal-fidi. (PF 10)

Ara d-dokument Porta Fidei >

Rakkomandazzjonijiet għas-Sena tal-Fidi.

VATICAN, 7 Jannar 2012.  Illum is-Santa Sede ppublikat lista ta’ rakkomandazzjonijiet pastorali biex jgħinu ħalli fll-Knisja Universali tkun ċelebrata aħjar is-Sena tal-Fidi. 

Dawn iridu jkunu għodda f’idejn l-operaturi pastorali kollha fit-twettieq aħjar tal-pjan pastorali.

Ikklikkja >

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org