Talba biex jinqalgħu grazzji bl-interċessjoni tal-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II. ...>

 

www. laikos.org

Sit tas-Segretarjat għal-Lajċi,  Malta.

ARKIVJU

BLOG EMAIL LIBRERIJA LINKS  

VATIKAN TV

SAT 2000

Ninħtieġu l-għajnuna tiegħek …

Ninħtieġu persuni biex jgħinuna fit-typing, traduzzjoni għall-Malti, riċerka u xogħol ieħor biex inkomplu nibnu din il-website.  Jekk tista’ tgħinna b’xi mod … iktbilna email fuq lajci@maltadiocese.org.  Ninħtieġu wkoll it-talb tiegħek.

Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.

F'erba’ taqsimiet marbutin bejniethom: Il-misteru nisrani (a) jitwemmen; (b) jiġi ċċelebrat u mogħti fil-liturġija; (c) idawwal u jwettaq lil ulied Alla fl-imġieba kollha tagħhom; u (d) hu l-pedament tat-talb li bħala espressjoni privileġġjata tiegħu għandu l-Missierna.

Issa wkoll bil-Malti fuq il-Laikos. ...>

Bibbja bil-Malti.

Lajkat Nisrani.

Talb Popolari.

Liturġija tas-

Sigħat.

Librerija ta’ Sorsi u Riżorsi fil-Laikos.

Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ dan is-sit elettroniku huwa li s-Segretarjat għal-Lajci tal-Arċidjoċesi ta’ Malta joffri librerija virtwali ta’ għajnuniet li jkunu jistgħu jkunu wżati mill-operaturi pastorali kemm saċerdoti u reliġjużi kif ukoll lajċi.

Tista’ tidħol għaliha billi tikklikkja fuq  LIBRERIJA  li tidher taħt ir-ras ta’ din il-paġna.

Il-Liberija toffri żewġ għażliet, f'waħda hemm lista ta’  SORSI , li jinkludu il-Bibbja, il-kitbiet tas-Santi Padri u diversi dokumenti oħra tal-Knisja. 

Fl-oħra hemm ġabra ta’  RIŻORSI  li jinkludu kitbiet, studji u għajnuniet dwar suġġetti diversi.

Idħol fil-Librerija. …>

Blog mal-Website.   

Matul l-aħħar ġimgħat kienu diversi li wrewna x-xewqa tagħhom li ma’ din il-website jkollna wkoll blog li jkun jista’ jservi ta’ forum ta’ diskussjoni serja dwar suġġetti ta’ natura reliġjuża jew soċjo-reliġjuża. Bdejna nagħmlu xi xogħol fuq dan il-proġett. Tista' tidħol għalih minn hawn stess inkella mil-link permanenti li hemm taħt ir-ras ta' din il-paġna. Napprezzaw ħafna jekk nirċievu l-kummenti u s-suġġerimenti tiegħek. Idħol fil-BLOG tal-Laikos

Iktbulna jew permezz ta' email fuq lajci@maltadiocese.org inkella ħalli kumment fil-blog nnifsu.

50 Sena mill-Konċilju Vatikan II.

Ħamsin sena ilu, eżattament fil-Milied tal-1961, il-Papa Ġwanni XXIII, iffirma l-Kostituzzjoni Appostolika Humanae Salutis, li biha sejjaħ il-Konċilju Vatikan II. Ħadu sehem fih 2625 isqof minn madwar id-dinja kollha u wara aktar minn tliet snin ta’ laqgħat, kienu publikati sittax-il dokument.

Għadda kważi nofs seklu,  iżda dawn id-dokumenti għad għandom importanza kbira għall-Knisja tallum u għalhekk fi ftit żmien ieħor, is-Segretarjat għal-Lajċi se jorganiżża sensila ta’ laqgħat dwar il-Konċilju Vatikan II u d-dokumenti publikati minnu.  Il-postijiet f’dawn il-laqgħat se jkunu limitati, u għalhekk jekk inti tixtieq tattendi, iktbilna email fuq lajċi@maltadiocese.org.

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                        http://www.laikos.org      

LECTIO DIVINAL

“Jiena nixtieq b’mod partikulari nfakkar u nirrakkomanda t-tradizzjoni antika tal-Lectio Divina. 

Jekk din tkun inkuraġġita b’mod effettiv, il-prattika tagħha ġġib fil-Knisja – jiena konvint minn dan – rebbiegħa spiritwali ġdida.”

Il-Papa Benedittu XVI fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Kelma ta’ Alla, Ruma 2009.

 

+++

Is-Segretarjat għal-Lajċi se jorganizza laqgħat ta’ Lectio Divina. 

Jekk tixtieq tattendi, iktbilna email fuq lajci@maltadiocese.org.

X'inhi Lectio Divina? ...>