IRĊEVEJNA DIN
L-EMAIL U XTAQNA
NGĦADDUHA LILKOM.
X’TAĦSBU? IKTBULNA!
ĦBIEB,
Ħabib kbir tiegħi,
li mill-pozizzjoni
importanti li
jokkupa qed jaħdem
ħafna b'risq
il-Familja Maltija,
spiss igħidli: "inutli
naħdmu ħafna jekk ma
nitolbux ħafna iktar."
U għandu raġun biex
ibiegħ. "Għalxejn
jibnu l-bennejja,
jekk id-dar ma
jinihiex HU", tgħid
il-Kelma ta' Alla.
Allura nixtieq
nissuġġerixxi ħaġa
semplici ħafna, li
nistgħu nagħmluha
ILKOLL. Anzi nistgħu,
u għandna, immexxuha
lkoll kemm aħna,
billi nibagħtu din
l-email lill-ħbieb
kollha tagħna, bl-internet
stess.
Is-suġġeriment hu li
KULĦADD KULJUM,
FIT-8.00 am, f'
NOFSINHAR, u
FIT-8.00 pm, ngħidu
3 AVEMARIJIET
għall-bzonnijiet
tal-Familja tagħna,
u tal-Familji Maltin
kollha, anzi tad-dinja
kollha ( Alla hu
kbir bizzejjed biex
jakkomodana lkoll!
), u nispiccaw
bl-intercessjoni:
SULTANA TAL-FAMILJA,
SAĦĦAĦ IL-FAMILJI
TAGĦNA.
Xi ħaġa bħal din
kienu ssuġġerewha
grupp ta' insara
mill-Ewropa , biex
l-Ewropa terġa'
tiskopri (għax
insiethom sew), l-għeruq
insara tagħha. Aħna
nistgħu ngħaqqdu ż-żewġ
intenzjonijiet
flimkien. Barra l-valur
tat-Talb, ikollna
wkoll il-valur tat-talb
flimkien. Naf li
miegħi, fl-istess
ħin, hemm mijiet,
nittamaw eluf, li
qed jitolbu
bl-istess intenzjoni.
Mela ħbieb, nibdew
issa stess nibagħtu
din l-email lil tant
ħbieb tagħna. Nieħu
gost tibagħtuha lili
wkoll. Min jixtieq
jibgħatli xi
reazzjoni jew xi
suġġeriment, nieħu
gost ħafna nirċevih.
Il-Paċi tal-Mulej
tkun dejjem magħkom
u mal-Familji
tagħkom.
Dun Pawl Camilleri.
Tistgħu tibagtu
l-kummenti u
s-suġgerimenti
fl-indirizz - lajċi@maltadiocese.org
...ð |