MILL-PASTORALI TAL-AVVENT 2012 

Biex tkun tista’ tevanġelizza tassew, jeħtieġ li l-Knisja toqgħod hi l-ewwel f’riġlejn il-Mulej tisma’ l-Kelma tiegħu.  Għaliex jekk l-Insara, partikularment dawk ta’ quddiem nett, huma torox għall-Kelma, kif jistgħu jwasslu l-Kelma?

 

LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

Fittex fil-Laikos

 

 

"Jolqotna l-fatt li dak il-mument deċiżiv għad-destin ta’ l-umanità meta Alla sar bniedem, hu mgeżwer fi skiet kbir.  Il-laqgħa bejn il-ħabbâr divin u l-Verġni Immakulata tgħaddi kważi mingħajr ma tiġi osservata: ħadd ma jaf biha, ħadd ma jitkellem fuqha.  Hi ġrajja li, kieku kellha sseħħ fi żminijietna, ma kienet tħalli l-ebda ħjiel tagħha fil-ġurnali u fir-rivisti, għax dan hu misteru li jseħħ fis-skiet.  Dak li hu tabilħaqq kbir spiss jgħaddi minn quddiemna bla ma nintebħu bih u s-skiet bla ħoss ta’ xejn iħalli iżjed frott mill-ġenn frenetiku li jikkaratterizza l-ibliet tagħna; l-attiviżmu li ma jagħtiniex ċans nieqfu, noqogħdu fil-kwiet, nisimgħu s-skiet li fih il-Mulej isemma’ l-leħen diskret tiegħu."

Aqra d-diskors tal-Papa Benedittu XVI fil-Piazza di Spagna, 8 ta’ Diċembru 2012

Avvent  - Knisja li toħroġ mis-sagristiji komdi u mħarsa ...

“Ħdejn il-missjoni ta’ evanġelizzazzjoni, kull ħidma oħra li ssir mill-Knisja u fil-Knisja hija ħuxlief u tiben." Hekk kitbu Isqfijiet fil-pastorali tal-Avvent fil-bidu tas-Sena tal-Fidi. L-urġenza li l-Kelma ta’ Alla tasal lill-bniedem titlob li l-evanġelizzazzjoni tkun prijorità. Il-Knisja hi konvinta  wkoll li trid tiftaħ widnejha beraħ għall-karba tal-bniedem  imgħobbi bis-salib.

Hekk hija ma tistax tingħalaq f'sagristiji komda u mħarsa, imma trid timita s-Samaritan it-tajjeb li jgħaddi minn kull triq, anki l-aktar mwarrba u perikolużi, fejn tiltaqa’ ma’ Kristu preżenti fil-bniedem ferut u mitluq.

Ara, aqra u isma l-Pastorali tal-Avvent

Ara riflessjoni għal kull jum tal-Avvent


Mixja ta' Fidi mal-Kelma t'Alla  (Lectio Divina) ...

Is-Segretarjat għal-Lajċi qiegħed għal darb’ oħra jorganizza laqgħat ta’ Lectio Divina, li din id-darba huma bbażati fuq passaġġi mill-Evanġelju marbuta mat-tema tal-fidi. Isiru kull nhar ta’ Tlieta, bejn is-6.00 u t-7.30 ta’ filgħaxija fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana. 

Jekk tixtieq tattendi, iktbilna email fuq ...

lajci@maltadiocese.org

Idħol fil-paġna tal-Lectio Divina


Slides għall-Qari tal-Quddies ...

Preżentazzjonijiet bis-slides tal-qari tal-Liturġija tal-Ħdud għall-Avvent u għal matul il-festi tal-Milied. 

Produzzjoni mis-Segretarjat Liturġija


Aktar dwar is-Sinodu ...

Komunikati regolari mill-Isqof Mario Grech

L-Omelija tal-Papa fil-bidu tas-Sinodu

58 proposta mill-Isqfijiet fi tmiem is-Sinodu

Kompli aqra

50 sena ilu beda l-Konċilju Vatikan II ...

Kienu l-11 ta’ Ottubru 1962, meta fl-iżgħar stat tad-dinja, il-Papa Ġwanni XXIII, b’diskors memorabbli tiegħu lil aktar minn elfejn isqof minn madwar id-dinja kollha, fetaħ il-Konċilju Vatikan II.  

Kompli aqra

Aktar dwar Vatikan II

Il-Papa dwar Vatikan II ...

Kienet ġurnata mill-isbaħ dik tal-11 ta’ Ottubru 1962 meta l-Konċilju Vatikan II fetaħ bil-purċissjoni solenni ta’ iktar minn elfejn Padri Konċiljari lejn il-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma. ... Kien mument ta’ stennija straordinarja.  Kellhom iseħħu ħwejjeġ kbar.

Kompli aqra

 

Is-Sena tal-Fidi

 

Jum ...

ikklikkja fuq il-logo

Katekeżi mill-Papa għas-Sena tal-Fidi ...

"Il-lum nixtieq nintroduċi serje ġdida ta’ katekeżijiet li sa ndomm matul is-Sena tal-Fidi li għadna kemm bdejna .. "

Kompli aqra

L-Omelija tal-Papa Benedittu XVI fil-bidu tas-Sena tal-Fidi ...

Is-Sena tal-Fidi hi marbuta b’mod armonjuż mal-mixja sħiħa tal-Knisja tul l-aħħar ħamsin sena: mill-Konċilju ...

Kompli aqra

L-Omelija tal-Papa Benedittu XVI f'għeluq is-Sinodu ...

Jagħmel ħafna sens li l-Papa sejjes l-omelija tiegħu fl-okkażjoni ta’ għeluq is-Sinodu Ordinarju tal-Isqfijiet dwar l-evanġelizzazzjoni fuq l-Evanġelju tal-Liturġija tat-tletin Ħadd Matul is-Sena. Għax il-Liturġija hija wieħed mill-modi l-iktar fundametali li bihom issir l-evanġelizzazzjoni l-ġdida ... il-Liturġija hija l-espressjoni ewlenija u l-iktar qawwija tal-evanġelizzazzjoni l-ġdida.

Kompli aqra

Is-Sena tal-Fidi f'Malta ...

L-anjostici huma kontinwament mistoqsijin mid-domanda dwar Alla huma aktar qrib tas-Saltna ta’ Alla minn dawk li jemmnu li l-ħajja tagħhom hija biss rutina.

Isma d-diskors

L-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet.

L-Ittra Pastorali għat-tfal.

Rapport tal-ftuħ tas-Sena tal-Fidi f'Malta

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org