LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

 

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

Tv Vatikan

Tv 2000

Kappella

Santwarju EWTN
 

Flimkien għall-Ewropa 2012

L-impenn ta’ 300 Moviment u Komunità minn Knejjes insara differenti fi Brussell u f’aktar minn 130 belt fil-kontinent.  Akkoljenza u Integrazzjoni, Paċi, Ekonomija, Ambjent, Familja huma xi wħud mis-suġġetti li ser ikunu affrontati.

Fit-12 ta’ Mejju 2012 il-belt ta’ Brussells ser issir iċ-ċentru ta’ poplu li jrid juri d-dinamiżmu ta’ dik l-imħabba tal-aħwa li ġa teżisti fil-kontinent. Din it-tielet edizzjoni internazzjonali ta’ Flimkien għall-Ewropa qed tiġi definita bħal biċċa mużajk magħmula minn nies ta’ kull età, ġejjin minn 300 moviment u għaqdiet insara differenti li ser jinġabru fl-istess ħin fi Brussells u f’aktar minn 130 belt oħra fl-Ewropa. Malta ser tipparteċipa kemm b’delegazzjoni li ser titla’ Brussell kif ukoll b’avveniment lokali: Run4Unity. L-Eċċellenza Tiegħu il–President ta’ Malta, Dr. George Abela ser jagħmel il-ftuħ uffiċċjali tar-Run4Unity.

Ara aktar dettalji. ...>

L-iffriżar tal-embrijuni umani ...

 

Fil-filmat qasir, l-Isqof Donal Murray, li jippresiedi l-Grupp Konsultattiv tal-Konferenza Episkopali Irlandiża dwar il-Bioetika, jitkellem fuq id-dokument “Dignitatis Personae”, li fih  il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tittratta fost l-oħrajn dwar l-iffrizar tal-embrijuni umani.

Ara wkoll ...

Maurizio P. Faggioni, OFM, The Question of Frozen Embryoes, 31 Dec 2001.

 

 

Fil-Librerija tal-Laikos issib ukoll ...

Sorsi oriġinali, mill-Kotba Mqaddsa u t-Tagħlim tal-Knisja

  • Il-Bibbja bil-Malti u b’ilsna oħra...

  • Kitbiet tas-Santi Padri...

  • Il-Liġi Kanonika...

  • Dokumenti tal-Konċilji u tal-Papiet...

 

Riżorsi oħra miġbura skont is-suġġett.

  • Dwar il-Kelma ta’ Alla u t-tagħlim nisrani...

  • Dwar is-sejħa u l-ħajja ta-nisrani...

  • Dwar l-anġli u l-qaddisin...

  • Dwar liturġija, talb u devozzjonijiet...

  • Mill-ħajja tal-Knisja f’Malta...

Idħol fil-Librerija >

 

Il-Lajkat u l-Appostolat tal-Lajċi:

Teżori u Ġarar tal-Fuħħar.

Il-fuħħar huwa don ta’ Alla u xogħol il-bniedem flimkien.  U Alla dejjem jgħaqqad id-don tiegħu max-xogħol tal-bniedem. Dan minkejja d-dgħufija u d-dnub li hemm fil-bniedem. 

Din kienet it-tema tal-messaġġ li Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona OP wassal nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Marzu 2012, lil dawk minġbura fis-sala tal-Iskola Santa Monika f’Birkirkara biex flimkien ifakkru Jum il-Lajċi Nsara.

It-tema tad-diskors kienet imfissra f’aktar dettal minn Monsinjur Anton Gouder, Pro-Vigarju Ġenerali li wera kif l-appostolat nisrani għandu jkun pont li fuqu jgħaddi Kristu stess, minn għand min qed iwettaq l-appostolat għal għand min qed jirċevih.

Fil-laqgħa ntwera dokumentarju qasir dwar il-Konċilju Vatikan II, li fil-11 ta’ Ottubru ta’ din is-sena jitfakkar il-50 anniversarju mill-bidu tiegħu.

Għad-diskors kollu tal-Arċisqof Pawlu ikklikkja hawn >

Għad-diskors kollu ta’ Mons. Gouder ikklikkja hawn >

Ara dokumentarju “Il-Konċilju - 50 Sena Wara”  >

Is-Sena tal-Fidi ...

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar Sena ta’ Fidi bejn il-11 ta’ Ottubru 2012 u l-24 ta’ Novembru 2013.

 

Is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja. (Porta Fidei 6)

Illum tinħass il-ħtieġa għal impenn ekkleżjali aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn. (PF 7)

L-istqarrija tal-fidi hi att personali u komunitarju fl-istess ħin. Infatti, il-Knisja hi l-ewwel suġġett tal-fidi. (PF 10)

Ara d-dokument Porta Fidei >

Rakkomandazzjonijiet għas-Sena tal-Fidi.

VATICAN, 7 Jannar 2012.  Illum is-Santa Sede ppublikat lista ta’ rakkomandazzjonijiet pastorali biex jgħinu ħalli fll-Knisja Universali tkun ċelebrata aħjar is-Sena tal-Fidi. 

Dawn iridu jkunu għodda f’idejn l-operaturi pastorali kollha fit-twettieq aħjar tal-pjan pastorali.

Ikklikkja >

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org