LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

 

 

Home

Librerija

Blog

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

 

 

Aktar laqgħat ta' Lectio Divina

F'Lulju 2011, is-Segretarjat għal-Lajci ta bidu għall-ewwel serje ta’ laqgħat ta’ Lectio Divina. Għal dawk li qed jattendu, din hija qabel esperjenza personali, li permezz tal-Kelma ta’ Alla mwassla fil-Qari Divin tal-Kotba Mqaddsa, huma jiltaqgħu personalment mal-Mulej Ġesù, bl-istess mod kif l-ewwel dixxipli ltaqgħu miegħu fit-toroq tal-Palestina.

Bejn Ottubru u Diċembru ta’ din is-sena, se jibdew serje ta’ tlettax-il laqgħa oħra. Dawn se jitmexxew minn Fr Tony Cilia OC u se jkunu bbażati fuq l-Evanġelju tal-Quddies tal-Ħadd ta’ wara.  Il-laqgħat isiru kull nhar ta’ Tlieta, fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana u jkunu bejn is-6.30 u t-8.00 ta’ filgħaxija.

Ara l-programm sħiħ ...>

Ara wkoll aktar tagħtif dwar x'inhi l-Lectio Divina ... >


Blog mal-Website.   

Matul l-aħħar ġimgħat kienu diversi li wrewna x-xewqa tagħhom li ma’ din il-website jkollna wkoll blog li jkun jista’ jservi ta’ forum ta’ diskussjoni serja dwar suġġetti ta’ natura reliġjuża jew soċjo-reliġjuża. Bdejna nagħmlu xi xogħol fuq dan il-proġett. Tista' tidħol għalih minn hawn stess inkella mil-link permanenti li hemm taħt ir-ras ta' din il-paġna. Napprezzaw ħafna jekk nirċievu l-kummenti u s-suġġerimenti tiegħek. Idħol fil-BLOG tal-Laikos

Iktbulna jew permezz ta' email fuq lajci@maltadiocese.org inkella ħalli kumment fil-blog nnifsu. ...>

Librerija ta’ Sorsi u Riżorsi fil-Laikos.

Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ dan is-sit elettroniku huwa li s-Segretarjat għal-Lajci tal-Arċidjoċesi ta’ Malta joffri librerija virtwali ta’ għajnuniet li jkunu jistgħu jkunu wżati mill-operaturi pastorali kemm saċerdoti u reliġjużi kif ukoll lajċi.

Tista’ tidħol għaliha billi tikklikkja fuq  LIBRERIJA  li tidher taħt ir-ras ta’ din il-paġna.

Il-Liberija toffri żewġ għażliet, f'waħda hemm lista ta’  SORSI , li jinkludu il-Bibbja, il-kitbiet tas-Santi Padri u diversi dokumenti oħra tal-Knisja. 

Fl-oħra hemm ġabra ta’  RIŻORSI  li jinkludu kitbiet, studji u għajnuniet dwar suġġetti diversi.

Idħol fil-Librerija. …>


Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.

F'erba’ taqsimiet marbutin bejniethom: Il-misteru nisrani (a) jitwemmen; (b) jiġi ċċelebrat u mogħti fil-liturġija; (c) idawwal u jwettaq lil ulied Alla fl-imġieba kollha tagħhom; u (d) hu l-pedament tat-talb li bħala espressjoni privileġġjata tiegħu għandu l-Missierna.

Issa wkoll bil-Malti fuq il-Laikos. ...>


50 Sena mill-Konċilju Vatikan II.

Ħamsin sena ilu, eżattament fil-Milied tal-1961, il-Papa Ġwanni XXIII, iffirma l-Kostituzzjoni Appostolika Humanae Salutis, li biha sejjaħ il-Konċilju Vatikan II. Ħadu sehem fih 2625 isqof minn madwar id-dinja kollha u wara aktar minn tliet snin ta’ laqgħat, kienu publikati sittax-il dokument.

Għadda kważi nofs seklu,  iżda dawn id-dokumenti għad għandom importanza kbira għall-Knisja tallum u għalhekk fi ftit żmien ieħor, is-Segretarjat għal-Lajċi se jorganiżża sensila ta’ laqgħat dwar il-Konċilju Vatikan II u d-dokumenti publikati minnu.  Il-postijiet f’dawn il-laqgħat se jkunu limitati, u għalhekk jekk inti tixtieq tattendi, iktbilna email fuq lajċi@maltadiocese.org.

 

IL-PAPA BENEDITTU

DWAR

IL-LECTIO DIVINA

 

“Jiena nixtieq b’mod partikulari nfakkar u nirrakkomanda t-tradizzjoni antika tal-Lectio Divina. 

Jekk din tkun inkuraġġita b’mod effettiv, il-prattika tagħha ġġib fil-Knisja – jiena konvint minn dan – rebbiegħa spiritwali ġdida.”

 

Fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Kelma ta’ Alla, Ruma 2009.

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org