LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

 

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 
 

Is-Sena tal-Fidi ...

 

Sal-bidu tas-Sena tal-Fidi fadal ...

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar Sena ta’ Fidi

mil-11 ta’ Ottubru 2012 sall-24 ta’ Novembru 2013.

 

  • Is-Sena tal-Fidi hi sejħa biex mill-ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja. (Porta Fidei 6)

  • Illum tinħass il-ħtieġa għal impenn ekkleżjali aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn. (Porta Fidei  7)

  • L-istqarrija tal-fidi hi att personali u komunitarju fl-istess ħin. Infatti, il-Knisja hi l-ewwel suġġett tal-fidi. (Porta Fidei 10)

Ara aktar tagħrif dwar is-Sena tal-Fidi   

 

 

Is-Sena tal-Fidi f'Malta ...

 

 

"Il-problema hi li fi żminijietna hemm ħafna aktar oġġetti li jisirqulna l-attenzjoni tas-sensi tagħna, l-aktar is-smigħ u l-viżjoni. Illum, il-bżonn tagħna ma jikkonsistix filli nimlew il-vojt li hawn madwarna, bħalma kien snin ilu, iżda li ma nixegħlux jew inkella nitfu xi ħaġa biex insibu l-ispazju li fih moħħna jkun jista' jirċievi u jaħseb fuq affarijiet li huma bogħod minna, moħbijin f'Alla. Il-problema llum hija l-ispazju u l-ħin li fihom irridu ninfetħu."

Ara l-Ittra Pastorali fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi

Ara l-Ittra Pastorali għat-tfal fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi

 

Il-Pastorali tal-Isqfijiet u l-Porta Fidei tal-Papa ...

"Inkunu boloh, inkunu bħax-xebbiet li ma ħadux żejt magħhom, inkunu bħal dak li bena daru fuq ir-ramel, jekk nidħlu għas-Sena tal-Fidi bħallikieku kollox għadu kif kien 50 sena ilu meta nfetaħ il-Konċilju Vatikan II."

Ara r-riflessjoni ta’ Dun Hector Scerri waqt l-Assemblea Djoċesana dwar ir-rabta tal-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet Maltin mal-Ittra Appostolika tal-Papa, Porta Fidei 

 

Għaliex għandna bżonn il-Fidi?

Birkirkara, 6 Ottubru 2012: L-anjostici li huma kontinwament mistoqsijin mid-domanda ta’ Alla, dawk li jixtiequ jkollhom qalbhom safja iżda li qegħdin ibgħatu minħabba d-dnub tagħhom huma aktar qrib tas-Saltna ta’ Alla minn dawk li jemmnu li l-ħajja tagħhom hija biss rutina u li jħarsu lejn il-Knisja biss bħala istituzzjoni bla ma jħalluha biss tmiss qalbhom jew ilu l-fidi tmiss qalbhom.

Isma’ d-disorks kollu li l-Arċisqof Pawlu Cremona għamel waqt l-Assemblea Djoċesana dwar il-ħtieġa tal-fidi 

 

 

50 sena ilu beda l-Konċilju Vatikan II ...

 

Kienu l-11 ta’ Ottubru 1962, meta fl-iżgħar stat tad-dinja, il-Papa Ġwanni XXIII, b’diskors memorabbli tiegħu lil aktar minn elfejn isqof minn madwar id-dinja kollha, fetaħ il-Konċilju Vatikan II.

Kienu jiem ta’ l-akbar theddida fil-ġrajja umana. Matulhom żvolġiet dik li baqgħet magħrufa bħala l-kriżi tal-missili Sovjetiċi f’Kuba. Is-sena meta l-Amerka kienet biss ftit biss mumenti ‘il bogħod milli tattakka l-flotta Russa.

Ara aktar dwar il-Konċilju ...>

Ikklikka l-vleġġa ta' fuq l-istampa

 

Gaudet Mater Ecclesia ...                                   

 

Sinodu dwar Evanġelizzazzjoni Ġdida ...

Vatikan, 07 Ottubru 2012: Illum fil-Vatikan jibdew jiltaqgħu isqfijiet minn madwar id-dinja sabiex flimkien jiddiskutu t-tema tal-Evanġelizzazzjoni Ġdida għat-Trasmissjoni tal-Fidi Nisranija.

Din id-darba wkoll, il-Konferenza Episkopali Maltija se tkun rappreżentata minn wieħed mill-Isqfijiet Maltin u peress li fl-aħħar Sinodu tal-2008 kien ħa sehem l-Arċisqof Pawlu Cremona, din id-darba jkun l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech li jirrapreżenta liż-żewġ djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex.

Aktar dwar l-Evanġelizzazzjoni Ġdida ...>

 

Mixja ta' Fidi mal-Kelma t'Alla  (Lectio Divina) ...          

Bħala parti mill-ħidma tiegħu għal matul is-Sena tal-Fidi mħabbra mill-Papa Benedittu XVI u li se tibda fil-11 ta’ Ottubru li ġej, is-Segretarjat għal-Lajċi qiegħed għal darb’ oħra jorganizza laqgħat ta’ Lectio Divina, li din id-darba se jkunu bażati fuq passaġġi mill-Evanġelju li huma marbuta mat-tema tal-fidi.

Dawn il-laqgħat jsiru kull nhar ta’ Tlieta, bejn is-6.30 u t-8.00 ta’ filgħaxija fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana. L-ewwel laqgħa tkun fit-2 ta’ Ottubru u l-aħħar waħda fit-18 ta’ Dicembru.

Il-laqgħat ikunu bla ħlas madankollu huwa mixtieq li kull min japplika jagħmel dan b’impenn u b’mod kemm jista’ jkun regolari.

Jekk tixtieq tattendi iktbilna email fuq lajci@maltadiocese.org

 

ISQOF AWŻILJARI GĦAL MALTA

Il-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI ħatar lil Monsinjur Charles J. Scicluna Isqof Awżiljari ta’ Malta u nnominah Isqof Titulari ta’ San Leone. 

Bħala Isqof Awżiljari, Monsinjur Scicluna, li għandu 53 sena, huwa msejjaħ biex ikun il-kollaboratur u l-konsulent l-iżjed qrib tal-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Pawlu Cremona O.P, u biex ikollu responsabilitajiet ta’ tmexxija fil-Kurja kif ukoll fil-ministeru pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Ma’ l-Ordinazzjoni Episkopali, li ser issir fis-24 ta’ Novembru li ġej, Monsinjur Scicluna isir membru tal-Konferenza Episkopali Maltija flimkien ma’ Monsinjur Arċisqof u ma’ l-Isqof t’Għawdex, Monsinjur Mario Grech.

Ara aktar tagħrif ...>

Min huwa l-Isqof il-Ġdid? ...>

KORSIJIET U LAQGĦAT TA' FORMAZZJONI

Għal aktar tagħrif, skrolja hawn taħt ...

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org