www. laikos.org

Sit tas-Segretarjat għal-Lajċi,  Malta.

 ARKIVJU   | KUMMENTI   |   LIBRERIJA   |   LINKS   |                                                     X

ĠWANNI PAWLU II DWAR IL-FAMILJA

“Jekk għandna nitkellmu dwar it-tiġdid, dwar riġenerazzjoni tas-soċjetà umana, anzi dwar il-Knisja bħala soċjetà tal-bnedmin, irridu nibdew minn dan il-punt, minn din il-missjoni.   Knisja Qaddisa ta’ Alla, inti ma tistgħax tagħmel il-missjoni tiegħek, ma tistgħax twettaq il-missjoni tiegħek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u tal-missjoni tagħha.   Permezz tas-sagrament ta’ l-ilma u ta’ l-Ispirtu s-Santu, aħna ninsabu mgħaddsa f’dan il-misteru tal-Għid ta’ Kristu, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Ninsabu mgħaddsa biex insibu mill-ġdid il-milja tal-ħajja.  U din il-milja rridu insibuha fid-dimensjoni tal-persuna.      Imma fl-istess waqt fid-dimensjoni tal-familja,  li hija l-għaqda tal-persuni, li twassal u ddawwal b’dan it-tiġdid tal-ħajja, l-ambjenti differenti, is-soċjetajiet,  il-popli, il-kulturi,  il-ħajja soċjali, il-ħajja ekonomika …  Dan kollu għall-familja. Iva.  Intom tridu tmorru fid-dinja kollha biex tgħidu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.  Tennu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.

Fil-Librerija issib ukoll ...

> Enċikliċi u kitbiet tal-Papiet...

> Dokumenti tas-Sinodu...

> Kelma tal-Isqfijiet Maltin...

> Lectio Divina...

> Liturġija tas-Sigħat...

> Qari tal-Quddies tal-Ħadd...

   Aktar ... >

Fit-Toroq tal-Kelma ...

Bl-istess mod li d-dixxipli għamlu l-esperjenza ta’ Kristu fit-toroq tal-Palestina, hekk ukoll aħna mistiedna nagħmlu l-istess esperjenza fil-paġni tal-Kelma ta’ Alla.  Il-Lectio Divina tgħinna biex dawn il-paġni jinfetħu għalina bħal triq li fiha ngħmlu aħna wkoll l-esperjenza ta’ l-Imgħallem tagħna.

Dawn qed ikunu mxandra live minn Radju Marija, kull nhar ta’ Ħamis bejn  is-7.00 u t-8.00 ta’ filgħaxija. Isma r-recoding tal-programmi li xxandru sallum.

Ikklikkja  … >

Il-Lajk u s-Saċerdot; Kollaborazzjoni u Korresponsabiltà ...

Diskorsi kollha li saru waqt seminar organizzat mis-Segretarjat għal-Lajċi fi tmiem is-Sena tas-Saċerdotli, f' Gattard Hse, Blata l-Bajda. 3 u 4 Ġunju 2010.

Ikklikkja ... >

Preżentazzjonijiet Pastorali ...

Christifideles Laici

L-ewwel parti ...>

It-tieni parti ...>

Is-Segretarjat għal-Lajċi joffri l-għajnuna lill-parroċċi li jixtiequ jippreżentaw lil-lajċi din l-Eżortazzjoni Appostolika dwar il-vokazzjoni u l-missjoni tagħhom fil-Knisja u fid-dinja.

Ikklikkja …>

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                        http://www.laikos.org      

DIVORZJU – IVA JEW LE?    SKOND MINN LIEMA NUĊĊALI TĦARES LEJH!

DOMANDA - Min jista’ jiċħad li kien hemm każi fejn it-tieni żwieġ solva problema ta’ individwi jew koppji?

TWEĠIBA -Ħadd!  Huwa fatt li jkun hemm każi fejn persuni jerġgħu jiżżewġu u dan iż-żwieġ jidher li jkun solva l-problemi li kien hemm fl-ewwel żwieġ.  Għalhekk l-argument ikompli li biex nerġa niżżewweġ, irrid ninħall miż-żwieġ ta’ qabel, u allura l-hemm bżonn jidħol id-divorzju.

IMMA - Bl-istess argument ħadd ma jista jiċħad li xi persuni jistgħu jsolvu l-problemi tagħhom billi jisirqu, jittraffikaw id-droga jew jistampaw il-flus foloz.

Allura nillegelazzaw is-serq, it-traffikar tad-droga, u l-istampar tal-flus foloz?

L-argument f’dawn il-każi huwa wieħed.  Mhux kull ma jidher li huwa tajjeb għal individwu, bilfors ikun ta’ ġid għas-soċjetà.  Il-legaliżazzjoni ta’ azzjoni li minnha nfisha tmur kontra l-liġi tan-natura tnawwar il-valuri u magħhom lis-soċjetà kollha.

Għax fil-bidu ma kienx hekk!

 Aktar dwar żwieġ u familja …>