www. laikos.org

Sit tas-Segretarjat għal-Lajċi,  Malta.

 ARKIVJU   | KUMMENTI   |   LIBRERIJA   |   LINKS   |                                                    

ĠWANNI PAWLU II DWAR IL-FAMILJA

“Jekk għandna nitkellmu dwar it-tiġdid, dwar riġenerazzjoni tas-soċjetà umana, anzi dwar il-Knisja bħala soċjetà tal-bnedmin, irridu nibdew minn dan il-punt, minn din il-missjoni.   Knisja Qaddisa ta’ Alla, inti ma tistgħax tagħmel il-missjoni tiegħek, ma tistgħax twettaq il-missjoni tiegħek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u tal-missjoni tagħha.   Permezz tas-sagrament ta’ l-ilma u ta’ l-Ispirtu s-Santu, aħna ninsabu mgħaddsa f’dan il-misteru tal-Għid ta’ Kristu, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Ninsabu mgħaddsa biex insibu mill-ġdid il-milja tal-ħajja.  U din il-milja rridu insibuha fid-dimensjoni tal-persuna.      Imma fl-istess waqt fid-dimensjoni tal-familja,  li hija l-għaqda tal-persuni, li twassal u ddawwal b’dan it-tiġdid tal-ħajja, l-ambjenti differenti, is-soċjetajiet,  il-popli, il-kulturi,  il-ħajja soċjali, il-ħajja ekonomika …  Dan kollu għall-familja. Iva.  Intom tridu tmorru fid-dinja kollha biex tgħidu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.  Tennu lil kulħadd, “Għall-familja … mhux għas-spejjes tal-familja”.

Benedittu XVI lil-Lajċi - Kunu Ħmira għas-Soċjetà

BUENOS AIRES, Arġentina, APRIL 4, 2011 - Il-Q.T. jinkoraġġixxi lil-lajċi Kattoliċi li jidħlu iktar fil-fond fil-formazzjoni Nisranija tagħhom, ħalli jwasslu l-ħmira tal-Evanġelju b’mod iktar effettiv fis-soċjetà. ... > ikklikkja


Mixja ma’ Marija u Att ta’ Konsagrazzjoni tal-Familja

Din is-sena, il-Mixja ta’ Fidi li se nagħmlu ma’ Marija Addolorata, hija waħda partikulari ħafna. Se nkunu qed nitolbu l-interċessjoni ta’ Marija għal pajjiżna, għas-soċjeta’ Maltija, u għall-familja Maltija li hija l-pedament tas-soċjeta’.

Hawn issib xi ħsibijiet u talb biex jintużaw waqt din il-Mixja ta’ Fidi li l-poplu Malti se jagħmel ma’ Ommna Marija Addolorata fit-toroq tal-irħula kollha ta’ pajjiżna nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ April 2011. Magħhom hawn ukoll Att ta’ Konsagazzjoni tal-Familji Maltin. 

Ikklikkja hawn …>

Ir-Rużarju fil-Familja u għall-Familja

Ktejjeb bil-Malti li fih b’Rużarju mill-Familji u għall-Familji.  Jintalab bl-istess mod kif soltu nitolbu r-Rużarju, imma hawn insibu meditazzjonijiet mill-Bibbja u li huma ċentrali fuq il-familja. Dan il-ktejjeb hu approvat mill-Kurja tal-Arċisqof. Kulħadd mħeġġeġ jistampa dan il-ktejjeb biex jużah waqt it-talb u jgħaddih ukoll lill-persuni oħra.

Ikklikkja hawn ...>

Talb għall-Familja

Is-Segretarjat tal-Parrocci flimkien mas-Segretarjat għal-Lajċi qegħdin jistiednu lill-insara Maltin kollha sabiex ilkoll flimkien, kemm lajċi, kemm saċerdoti kif ukoll reliġjużi irġiel u nisa, jiltaqgħu f’mumenti ta’ talb għall-familji kollha ta’ pajjiżna. F’dawn il-laqgħat ser isir ir-Rużarju tal-Familja u Adorazzjoni Ewkaristika.

Ikklikkja hawn ...>


Jekk indaħħlu d-divorzju f'pajjiżna

- Titkisser l-idea ta’ żwieġ sal-mewt u allura aktar persuni jibdew jikkoabitaw, b'riżultat li jikbru l-problemi fost l-ulied  ... >

- Jikber il-faqar f’pajjiżna u ħafna aktar żwiġijiet jibdew jitfarrku … >

Fil-Librerija issib ukoll ...

> Enċikliċi u kitbiet tal-Papiet...

> Dokumenti tas-Sinodu...

> Kelma tal-Isqfijiet Maltin...

> Lectio Divina...

> Liturġija tas-Sigħat...

> Qari tal-Quddies tal-Ħadd...

   Aktar ... >

Fit-Toroq tal-Kelma ...

Bl-istess mod li d-dixxipli għamlu l-esperjenza ta’ Kristu fit-toroq tal-Palestina, hekk ukoll aħna mistiedna nagħmlu l-istess esperjenza fil-paġni tal-Kelma ta’ Alla.  Il-Lectio Divina tgħinna biex dawn il-paġni jinfetħu għalina bħal triq li fiha ngħmlu aħna wkoll l-esperjenza ta’ l-Imgħallem tagħna.

Ikklikkja  … >

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                        http://www.laikos.org      

DIVORZJU – IVA JEW LE?    SKOND MINN LIEMA NUĊĊALI TĦARES LEJH!

DOMANDA - Jekk f’pajjiżna jidħol id-divorzju, allura nisrani jista’ jerġa jiżżewweġ bil-Knisja?

 

TWEĠIBA - Dan huwa kunċett kompletament żbaljat li huwa mxerred fost bosta. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, f’paragrafu 1650 huwa ċar dwar dan u jgħid:

“Illum, f’ħafna postijiet, huma ħafna l-insara li qegħdin ifittxu d-divorzju skond il-liġijiet ta’ pajjiżhom, u jfittxu rabta ġdida permezz ta’ żwieġ ċivili. Il-Knisja trid tibqa’ fidila għall-kliem ta’ Ġesù Kristu: “Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra, jkun ħati ta’ adulterju kontra l-ewwel waħda, u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta’adulterju” (Mk 10,11-12); għalhekk ma tistax tqis bħala valida din l-għaqda ġdida, jekk l-ewwel waħda tkun valida.

“Jekk divorzjati jiżżewġu ċivilment, isibu ruħhom f’qagħda li oġġettivament hi kontra l-liġi ta’ Alla. Għalhekk ma jistgħux jersqu għat-Tqarbin, sakemm idumu f’din il-qagħda.

“Għall-istess raġuni ma jistgħux jaqdu ċerti responsabbiltajiet ekklesjali.

Ir-rikonċiljazzjoni permezz tas-sagrament tal-Penitenza tista’ tingħata biss lil dawk li jisgħobbihom li kisru s-sinjal tal-Patt u tal-fedeltà lejn Kristu, u jintrabtu li jgħixu f’kontinenza sħiħa.”

F'paragrafu 2384 naqraw ...

"Id-divorzju hu offiża gravi lil-liġi naturali. Jippretendi li jħassar kuntratt aċċettat liberament miż-żewġ miżżewġin li jgħixu flimkien sal-mewt.

"Id-divorzju hu offiża lill-Patt tas-salvazzjoni li tiegħu ż-Żwieġ sagrament hu sinjal.

"Rabta ġdida, ukoll jekk magħrufa mil-liġi ċivili, iżżid fil-gravità tal-ksur tal-kuntratt: dak li jerġa’ jiżżewweġ isib ruħu f’qagħda ta’ adulterju pubbliku u permanenti."

 Aktar dwar żwieġ u familja …>