Tagħrif dwar ...

Segretarjat għal-Lajċi

Forum tal-Għaqdiet

Distretti, Unitajiet u Parroċċi

Viżta Pastorali

Fratellanzi f'Malta

 
 

Għaqdiet u Movimenti

Azzjoni Kattolika Maltija

Fergħa Ewkaristika

Fraternità Charles de Foucauld

Leġjun ta’ Marija

Mixja Neokatekumenali

Moviment Kariżmatiku

Moviment tal-Fokolari

MUSEUM - Irġiel - Nisa

Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

 

Links Oħra

Arċidjoċesi ta’ Malta

Djoċesi ta’ Għawdex

Santa Sede

Discern, Istitut għar-Riċerka

Moviment ta' Kana

KDZ – Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ

 

 Interessanti

Uħud mill-videos tassew interessanti li sibna fuq YouTube.

Videos ta' Tagħlim bil-Malti.               

Mill-Belt tal-Vatikan.

Talb għas-Saċerdoti.

Is-Sejħa ta’ Alla għalik.

Evanġelju tal-Ġurnata.

Ir-Rużarju Mqaddes.

Katekeżi fuq is-Saċerdozju.

 
 

FIT FOR MISSION?CHURCH.

Bishop Patrick O'Donaghue, Bishop of Lancaster has today (27 August 2008) released Fit for Mission? Church to offer practical guidance on how to live out the teachings of the Second Vatican Council, through challenging common misinterpretations of the key council documents on Liturgy, Revelation, the Church, and the Church in the world.

click....ð

 

Sit Uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                              email ...          arkivju ...

ID-DRITTIJIET TAL-FAMILJA

Id-“Dokument tad-Drittijiet tal-Familja” ħareġ bħala riżultat tat–talba mfassla mis-Sinodu ta’ l-Isqfijiet li sar f’Ruma fl-1980 dwar is-suġġett “Is-Sehem tal-Familja Nisranija fid-Dinja llum. L-għan tiegħu hu li jqiegħed  quddiem in-nies ta’ żmienna, kemm jekk dawn huma nsara u kemm jekk mhumiex, formulazzjoni sħiħa kemm jista’ jkun tad-drittijiet fundamentali li hemm fin-natura ta’ dik is-soċjetà naturali u universali li hi l-familja.

Id-drittijiet imniżżla fid-dokument joħorġu mill-kuxjenza tal-bniedem kif ukoll mill-valuri tal-familja kollha tal-bnedmin.  Il-bidu tagħhom insibuh fil-liġi li l-Ħallieq naqqax fil-qalb ta’ kull bniedem u għalhekk huwa dmir tas-socjetà li tħares dawn id-drittijiet minn kull vjolazzjoni u li tirrispettahom u ġġibhom ‘il quddiem kollha kemm huma bla mittiefsa.

Minħabba f’hekk id-dokument hu prinċipalment inidrizzat lill-gvernijiet u lill-organizazzjonijiet interanzzjonali bejn il-gvernijiet. Indirizzat ukoll lill-familji nfushom bil-ħsieb li jsaħħaħ fihom il-fehma li l-familja għandha dmir u post fis-soċjetà li ħadd u xejn ma jista’ jeħodulha. Fl-aħħarnett id-dokument hu ndirizzat lill-irġiel u n-nisa kollha u b’mod partikolari lill-insara sabiex jintrabtu li jagħmlu kulma jistgħu biex jiżguraw li d-drittijiet tal-familja jiġu mħarsa u sabiex l-istituzzjoni tal-familja tissaħħaħ għall-ġid tal-bnedmin kollha, tal-lum u ta’ għada.

Ikklikkja hawn għad-dokument sħiħ. ...ð

Żewġ dokumenti oħra tal-Papa Ġwanni Pawlu II, issa wkoll bil-Malti....

Bl-għajnuna ta’ Alla u bix-xogħol ta’ kontributuri li b’mod volontarju joffru l-ħin tagħhom biex jittajpjaw, illum is-Segretarjat għal-Lajċi, permezz ta’ din il-website, qed joffri lill-Knisja f’Malta, żewġ dokumenti oħra tal-Papa Ġwanni Pawlu II, bil-Malti.

L-ewwel dokument huwa l-Ittra Appostolika, Tertio Millenio Adveniente, publikata fl-10 ta’ Novembru 1994 u li fiha l-Papa jitkellem dwar it-tħejjija għas-Sena 2000.  Minkejja li qegħdin fl-2009, minn jaqra din l-ittra jintebaħ kemm kliem il-papa għadu attwali anke llum.

It-tieni dokument huwa l-Enċiklika, Evangelium Vitae, publikata fil-25 Marzu 1995 u titratta dwar is-siwi u l-invjolabbiltà tal-ħajja tal-bniedem.  Minkejja li għaddew aktar minn erbatax-il sena mill-publikazzjoni, nistgħu ngħid li din l-Enċiklika hija aktar attwali llum minn meta inkitbet.

Nittamaw li dawn id-dokumenti, bħal l-oħrajn kollha li hemm fil-Librerija ta’ Riżorsi tagħna, jkunu ta’ għajnuna fil-ħidma pastorali ta’ bosta.

Il-Lectio Divina, laqgħa ma’ Ġesù Kristu esperjenza li biha jixtieq jibdlilna ħajjitna.

 

Il-Bibbja,

kollha bil-Malti fuq l-Internet.

Liturġija tas-Sigħat, tqaddes il-medda kollha tal-jum binhar u bilejl.

Pastorali tal-Isqof Mario Grech għall-festa ta’ Santa Marija.

ALLA GĦAD JAGĦMEL ĠUSTIZZJA

Tkun kemm tkun kbira l-inġustizzja, in-Nisrani għandu jkun konvint li Alla għad jagħmel ġustizzja mal-magħzulin tiegħu. Kif il-Missier għamel ġustizzja ma’ Ibnu li wara mewt inġusta qajmu mill-qabar, hekk jagħmel magħna. Barra minn hekk, Alla jgħin lil min jixtieq jinfatam minn atteġġjamenti nġusti. Ix-xewqa li hemm fil-bniedem biex jgħammar fil-ġustizzja hi motiv biex hu jemmen fl-eternità, fejn jgħibu l-ħwejjeġ ta’ qabel, ma jkunx hemm aktar tbatija u Alla jixxuttalna kull demgħa minn għajnejna. Dan it-twemmin huwa msaħħaħ bis-solennità li sejrin niċċelebraw tat-Tlugħ fis-Sema tal-Vergni Marija. ...ð


FIDES et RATIO

Enċiklika oħra tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar ir-relazzjoni li għandu jkun hemm bejn il-Fidi u r-Raġuni..... Ikklikkja hawn ... 

Xi dokumenti oħra tal-Papa Ġwanni Pawlu II  bil-Malti ...

Fides et Ratio, Enċiklika dwar ir-relazzjoni bejn il-Fidi u r-Raġuni... ð

Ecclesia de Eucharistia, Enċiklika, dwar l-Ewkaristija u l-Knisja...ð

Christifideles Laici, Eżortazzjoni dwar il-Missjoni u l-Vokazzjoni tal-Lajċi... ð

Dies Domini, Ittra Appostolika dwar Jum il-Ħadd... ð

Familiaris Consortio, Eżortazzjoni Appostolika fuq il-ħidma tal-familja nisranija fid-dinja.

Gratissimam Sane, Ittra tal-Papa lill-Familji ... ð

Ittra lin-Nisa, Fl-okkażżjoni tar-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f’Beijing ...ð

L-Immigranti Rregolari, Messaġġ tal-Papa għal Jum l-Emigranti 1996...ð

Hemm ukoll bosta dokumenti oħra... ð

LIBRERIJA TA’ RIŻORSI ... ð

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RIŻORSI DWAR ŻWIEĠ U FAMILJA ... Ê

Sikwit jiġri li r-raġel u l-mara ta’ llum, huma u jfittxu bis-sinċerità kollha tweġiba għall-problemi kbar ta’ kuljum li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħhom taż-żwieġ u tal-familja, isibu min iwasslilhom fehmiet u jgħatihom tweġib li jogħġob dak il-ħin, iżda mbagħad jasal biex b’xi mod jew ieħor jagħmel ħsara lill-verità u lid-dinjità tal-persuna tal-bniedem. 

Dawn il-fehmiet u dan it-tweġib spiss jaslilhom permezz tal-organizzazzjoni qawwija li tilħaq ‘il kulħadd permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali, li b’mod l-aktar fin jaslu biex ma jħallux lil min, b’mod ħieles u bil-ħila tiegħu, jagħraf il-ħaġa kif inhi tassew.

Ħafna ġa ntebħu b’dan il-perikolu li qiegħed jhedded il-persuna tal-bniedem u għalhekk qegħdin iħabirku għall-verità. 

Il-Knisja, li tara u tgħarbel kollox fid-dawl ta’ l-Evaġelju, tissieħeb magħhom u toffri s-servizz tagħha għall-verità, għall-libertà u għad-dinjità ta’ kull mara u ta’ kull raġel.

Ġwanni Pawlu II, Familiaris Consortio, 4.

XI RIŻORSI OĦRA ... Ê

Ikklikkja hawn għal aktar riżorsi...ð

Bibbja  - Il-Kotba kollha tal-Iskrittura bil-Malti.

Doni tal-Ispirtu s-Santu minn Dun Hector Scerri.

Kelma tal-Ħajja, mill-Moviment tal-Fokolarini.

Lectio Divina - stedina minn Alla lill-bniedem.

Liturġija tas-Sigħat - tqaddis tal-ħin b'tifħir lil Alla.

Ommna Marija - Ittra mill-Kumiat Madonna ta’ Fatima.

San Pawl, minn P. Martin Micallef OFMCap.

Storja tal-Konċilji minn H. Agius Ordway.

Talb għal kuljum - MP3 - WMA -Podcast.

 

Karità fil-Verità –

Enċiklika Soċjali Ġdida.

Il-Papa Benedittu XVI rregalalna dokument ieħor ta’ valur enormi u ta’ portata soċjali għall-umanita’ kollha.

Wara l-enċikliċi tiegħu dwar l-imħabba t’Alla (Deus Caritas Est, 2005) u t-tama nisranija (Spe Salvi, 2007), nhar it-Tlieta 7 ta’ Lulju, ġewwa Ruma ġiet preżentata lill-istampa internazzjonali l-enċiklika l-ġdida Caritas in Veritate. ... ð

Ara wkoll it-test Malti taż-żewġ enċikliċi l-oħra tal-Papa Benedittu XVI...

Deus Caritas Est, Alla Huwa Mħabba. ...ð

Spe Salvi, dwar it-Tama Nisranija. ...ð

 

 

http://www.laikos.org

Website         għalik ....

Din il-website tal-Konferenza Episkopali ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerka hija ta' għajnuna kbira, interessanti u utli ħafna għall-għarajjes, għall-miżżewġin, u għall-familji.

Meta tidħlu fiha, nieħdu gost jekk tibagħtulna r-reazzjoni tagħkom, ħalli naqsmuha ma' dawk kollha li jużaw il-website tagħna.

 

 

ikklikkja... Ê