LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

Fittex fil-Laikos

 

 

Messaġġ tal-Papa għar-Randan ...

"Jekk nemmnu fl-imħabba, ngħixu l-imħabba"

Iċ-ċelebrazzjoni tar-Randan, fil-kuntest tas-Sena tal-Fidi, toffrilna okkażjoni prezzjuża biex nimmeditaw fuq ir-rabta bejn fidi u mħabba: bejn li nemmnu f’Alla, f’Alla ta’ Ġesù Kristu, u l-imħabba, li hi l-frott ta’ l-għemil ta’ l-Ispirtu s-Santu u teħodna f’mixja ta’ għotja lil Alla u lil xulxin.

Kompli ara l-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għar-Randan 2013


Pastorali għall-Elezzjoni Ġenerali 2013 ...

L-Isqfijiet jappellaw għar-rispett lejn il-verità u lejn xulxin

■  Kull ċittadin għandu jħossu fid-dmir li jipparteċipa b'mod ħieles u responsabbli;

■  Il-kandidati billi jagħżlu li jkunu ta' servizz għal kulħadd u l-elettorat billi jesprimi l-vot tiegħu.

■  Il-Knisja la tippretendi u lanqas titlob privileġġi, imma  bħal kull soċjetà oħra, tistenna li tibqa' tgawdi l-ħelsien li tkompli l-missjoni tagħha.

■  Niġbdu l-attenzjoni għal erba' aspetti ta' importati: il-familja, il-ġenerazzjoni żagħżugħa, il-fqar u l-batuti, u l-ambjent.

Ara l-Pastorali kollha bil-Malti

Verżjoni bl-Ingliż


Ħamsin Sena Wara ...

Id-dokument tal-Konċilju dwar ir-Rivelazzjoni Divina, Dei Verbum.

Fl-okkażjoni ta’ għeluq il-50 sena mill-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II u b’rabta mas-Sena tal-Fidi, Radju Marija qed ixandar sensiela ta’ programmi fuq il-Kostituzzjoni Dommatika, Dei Verbum dwar ir-Rivelazzjoni Divina. Jixxandru fuq Radju Marija (FM 102.30) kull nhar ta' Ħamis bejn it-8.00 u d-9.00 ta' filgħaxija matul ix-xhur ta' Jannar - Marzu 2013.

Isma r-rekording tal-programmi li saru s'issa


Mixja oħra mal-Kelma ta’ Alla.

Kull nhar ta’ Ġimgħa, matul ix-xhur ta’ April, Mejju u Ġunju, is-Segretarjat għal-Lajċi se jorganizza laqgħat ta’ Lectio Divina, din id-darba b’siltiet meħuda mill-Evanġelju skont San Ġwann.  Il-laqgħat isiru kollha fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Floriana u jkunu bejn is-6.30 u t-8.00 ta’ filgħaxija. 

In-numru ta’ postijiet huwa limitat ħafna u għalhekk min jixtieq jieħu sehem huwa mitlub jinfurmana  malajr. Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas madankollu kull min jixtieq jattendi huwa mitlub biex jagħmel dan b’impenn u kemm jista’ jkun jattendi regolarment.

Iktbilna email fuq:- lajci@maltadiocese.org


Tifsira tal-Quddiesa

44 filmat qasir b’tifsira dettaljata ta’ kull parti tal-quddiesa.

Produzzjoni tal-Kummissjoni Liturġika ta’ Ħaż-Żabbar.

Ikklikkja

 

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org