www. laikos.org

Sit tas-Segretarjat għal-Lajċi,  Malta.

 ARKIVJU   | KUMMENTI   |   LIBRERIJA   |   LINKS   |                                                     X

ŻWIEĠ U L-FAMILJA >

"Bħal ma hemm min jippromwovi d-divorzju f’soċjetà pluralistika, hekk ukoll il-missjoni tal-Knisja hi li tħeġġeġ l-istabbiltà taż-żwieġ: billi tinsisti fuq il-mument tal-kunsens bħala l-fus tal-impenn għall-miżżewġin. Permezz tad-divorzju sseħħ ċaqliqa minn dak li seħħ fil-kunsens għal deċiżjoni f’kull ċirkostanza li tinqala’ u li tagħti lil xi wieħed mill-miżżewġin il-possibilita’ tad-dritt li jerġa’ lura mill-kunsens li jkun ta, u hekk itemm ir-rabta taż-żwieġ."  Nota Pastorali tal-Isqfijiet Maltin, 28 Awwissu 2010

Tagħrif dwar ...

Segretarjat għal-Lajċi

Forum tal-Għaqdiet

Distretti, Unitajiet u Parroċċi

Viżta Pastorali

Fratellanzi f'Malta

 

Għaqdiet u Movimenti ...

Azzjoni Kattolika Maltija

Fergħa Ewkaristika 

Fraternità Charles de Foucauld

Grupp Familji Nsara

Leġjun ta’ Marija

Mixja Neokatekumenali

Moviment Kariżmatiku

Moviment tal-Fokolari

MUSEUM - Irġiel - Nisa

Żgħażagħ Ħaddiema Nsara

 

Persekuzzjoni kontra ħutna insara fl-Iraq  ...

Awissu 2004 - sensiela tà  bombi kienu l-mira ta' ħames knejjes, inqatlu 11-il persuna

Ottubru 2006 - Qassis Ortodoss Dun Boulos Iskander maħtuf f'Mosul minn grupp, u talbu l-ħlas għall-fidwa tiegħu. Minkejja li l-ħlas tal-fidwa sar, Dun Iskander instab maqtul bla ras u b'riġlejh amputati.

Ġunju 2007 - Dun Ragheed Ganni - qassis u segretarju tal-Arċisqof Paulos Faraj Rahh (li kien inqatel fl-2008) – inqatel hu wkoll b'tir fil-knisja tiegħu flimkien ma' tliet insara oħra.

Jannar 2008 - Bombi jisplodu barra tliet knejjes Kaldej u Assirjani f'Mosul, żewġ knejjes f'Kirkuk u erbgħa knejjes f'Bagdad.

Frar 2008 – L-Arċisqof Kattoliku Kaldew Arċisqof Paulos Faraj Rahh inħataf minn grupp armat; il-ġisem tiegħu instab mirdum ġimgħatejn wara.

April 2008 - Dun Adel Youssef, qassis Ortodoss Assirjan, inqatel b'tir minn qattiela mhux magħrufa.

Frar 2010 - Mill-inqas tmien Insara jmutu f'numru ta' attakki kontinwi li damu ġimgħatejn sħaħ fil-belt tramuntana ta' Mosul.

30 Ottubru 2010 – Seba' min-nies mietu waqt attakk fuq Knisja Kattolika Sirjana f'Bagdad

10 Novembru 2010 – 3 min-nies mietu u 25 ohra indarbu waqt attakk ieħor fuq l-insara f'Bagdad.

 

Fil-Librerija issib ukoll ...

> Enċikliċi u kitbiet tal-Papiet...

> Dokumenti tas-Sinodu...

> Kelma tal-Isqfijiet Maltin...

> Lectio Divina...

> Liturġija tas-Sigħat...

> Qari tal-Quddies tal-Ħadd...

   Aktar ... >

Il-Lajk u s-Saċerdot; Kollaborazzjoni u Korresponsabiltà ...

Diskorsi kollha li saru waqt seminar organizzat mis-Segretarjat għal-Lajċi fi tmiem is-Sena tas-Saċerdotli, f' Gattard Hse, Blata l-Bajda. 3 u 4 Ġunju 2010.

Ikklikkja ... >

Preżentazzjonijiet Pastorali ...

Christifideles Laici

L-ewwel parti ...>

It-tieni parti ...>

Is-Segretarjat għal-Lajċi joffri l-għajnuna lill-parroċċi li jixtiequ jippreżentaw lil-lajċi din l-Eżortazzjoni Appostolika dwar il-vokazzjoni u l-missjoni tagħhom fil-Knisja u fid-dinja.

Ħalli messaġġ …>

Fit-Toroq tal-Kelma ...

Lectio Divina bbażata fuq il-Priedka tal-Muntanja, mill-Evanġelju skont San Mattew, Kapitli  5 -7.

Dawn qed ikunu mxandra live minn Radju Marija, kull nhar ta’ Ħamis bejn  is-7.00 u t-8.00 ta’ filgħaxija. Isma r-recoding tal-programmi li xxandru. 

Ikklikkja  … >

Is-Sigriet ta’ Fatima ...

Fit-13 ta’ Ottubru jaħbat it-93 sena mill-aħħar dehra tal-Madonna ġewwa Fatima meta kien seħħ il-miraklu tax-xemx.

>  Is-Sigriet ta' Fatima ...

>  Il-Ġrajja ta' Fatima ...

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                        http://www.laikos.org      

AVVIŻI

MIS-SEGRETARJAT

Reliġjon fuq l-Internet

Is-Segretarjat għal-Lajċi se jorganizza sessjonijiet live fuq l-internet li matulhom tkun mogħtija għajnuna lil min jixtieq jersaq għall-eżami  tar-Reliġjon, livell avvanzat. 

Dawn ikunu laqgħat interattivi u jkunu bla ħlas.  Għal aktar tagħrif iktibilna email fuq jf.emailbox@gmail.com.

Għandek xi brevjar żejjed?

Xi lajċi jixtiequ jkollhom kopja tal-brevjar bil-Malti ħalli huma wkoll jkunu jistgħu  jitolbu kuljum il-Liturġija tas-Sigħat.

Għalhekk nitolbu biex min għandu xi kopji żejda tal-brevjar, anke jekk dawn ikunu verżjoni qadima, jgħaddihom lis-Segretarjat għal-Lajċi fil-Kurja ta’ Arċisqof ħalli aħna nkunu nistgħu ngħatuhom lil min jitlobna kopja.

Tistgħu wkoll tħalluna messaġġ u nagħmlu kuntatt magħkom aħna stess. Grazzi.

Laqgħa dwar

il-Liturġija tas-Sigħat.

Ser issir laqgħa ta’ tagħrif dwar il-Liturġija tas-Sigħat, l-importanza tagħha u kif titqassam matul il-jum u matul is-sena liturġika.

Issir nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru 2010, fil-Kurja tal-Arċisqof, bejn is-6.30 u t-8.00 ta’ filgħaxija.  Dħul mill-bieb ta’ wara.

 Ħallilna messaġġ …>