L-infern bħala rifjut definittiv ta’ Alla

ĠWANNI PAWLU II. UDJENZA ĠENERALI. L-Erbgħa, 28 ta’ Lulju 1999

Qari: Ġw 3, 17-19

  1. Alla huwa Missier infinitament twajjeb u ħanin. Imma l-bniedem, imsejjaħ biex iwieġbu fil-libertà, jistà sfortunatament jagħżel li jwarrab b’mod definittiv l-imħabba u l-maħfra tiegħu, waqt li hekk jinqatà għal dejjem mill-komunjoni ferrieħa miegħu.. Propju din is-sitwazzjoni traġika hija disposta mid-duttrina nisranija meta titkellem dwar dannazzjoni jew infern. Dan mhux kastig ta’ Alla imsawwab minn barra, imam tal-iżvilupp ta’ premessi diġa mqiegħed mill-bniedem f’din il-ħajja. L-istess dimensjoni ta’ dwejjaq li din il-kondizzjoni oskura ġġib magħha tistà tkun b’xi mod issopponuta fid-dawl ta’ xi esperjenzi terribbli tagħna, li jirrendu l-ħajja, kif wieħed soltu jgħid, “infern”.

Fis-sens tejoloġiku, madankollu, l-infern huwa ħaġ’oħra: huwa l-aħħar konsegwenza tal-istess dnub, li jdur lura kontra min ikun ikommettieh. Huwa s-sitwazzjoni li fiha jpoġġi ruħu definittivament minn iwarrab il-ħniena tal-Missier ukoll fl-aħħar waqt ta’ ħajtu.

  1. Biex tiddeskrivi din ir-realtà, l-Iskrittura Mqaddsa tinqeda b’lingwaġġ simboliku, li b’mod progreassiv jippreċiża ruħu. Fit-Testment il-Qadim, il-kondizzjoni tal-mejtin ma kinitx għadha mdawla għal kollox mir-Rivelazzjoni. Infatti wieħed kien jaħseb l-iktar l-iktar li l-mejtin kienu miġbura fix-sheól, post tad-dlamijiet (cfr 28, 8; 31,14; Ġb10, 21s.; 38, 17; Sal 30, 10; 88, 7.13), qabar tal-massa li minnu wieħed ma setax jitlà  (cfr Gb 7, 9), post li fih mhux possibbli tfaħħar lil Alla (cfr  38, 18; Sal 6, 6).

It-Testment il-Ġdid jipproġetta dawl ġdid dwar il-kondizzjoni tal-mejtin, speċjalment meta jħabbar li Kristu, bil-Qawmien mill-Imwiet tiegħu, rebaħ il-mewt u estenda l-qawwa tiegħu liberatriċi ukoll fis-saltna tal-mejtin.

Ir-redenzjoni tibqà madankollu offertà ta’ fidwa li tmiss lill-bniedem li jilqagħha bil-libertà. Għal dan kull wieħed se jiġi ġġudikat “skont l-opri tiegħu” (Ap 20, 13). Waqt li jirrikorri għal xbihat, it-Testment il-Ġdid jippreżenta l-post iddestinat għal dawk li jikkommettu l-azzjonijiet ħżiena bħala forġa tħeġġeġ, fejn hemm “il-biki u t-theżżiż tas-snien”  (Mt 13, 42; cfr 25, 3 0.41), jew inkella l-Ġehenna tan-“nirien li ma jintfewx” (Mk. 9, 43). Dan kollu huwa espress b’mod narrattiv fil-parabbola tal-għani  Epuluni, li fiha jippreċiża li l-inferi huma l-post tal-piena definittiva, bla ebda possibiltà ta’ ritorn jew mitigazzjoni tan-niket (cfr Lq 16, 19-31).

Ukoll l-Apokalissi  ipinġi b’mod plastiku f’“għadira ta’ nar” lil dawk li jċaħħdu lilhom infushom mill-ktieb tal-ħajja, waqt li hekk imorru jiltaqgħu mat-“tieni mewt” (Ap 20, 13s.). Mela min iwebbes rasu biex ma jinfetaħx għall-Vanġelu jippredisponi ruħu għal “rovina eterna, ‘il bogħod minn wiċc il-Mulej u mill-glorja u l-qawwa tiegħu” (2 Ts 1, 9).

  1. Ix-xbihat li bihom l-Iskrittura Mqaddsa tippreżenta l-infern għandhom jiġu nterpretati b’mod rett. Dawn jindikaw l-frustrazzjoni u l-vojt sħiħ ta’ ħajja mingħajr Alla. L-infern qiegħed biex jindika iktar milli post, is-sitwazzjoni li fiha jiġi biex isib ruħu min b’mod liberu u definittiv jitbiegħed minn Alla, sors ta’ ħajja u ta’ ferħ. Hekk fi ftit kliem jiġbor l-informazzjonijiet tal-fidi rigward dan is-suġġett il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika: «Immutu fid-dnub il-mejjet mingħajr ma nindmu u mingħajr ma nilqgħu l-imħabba ħanina ta’ Alla, jfisser li nibqgħu mifrudin għal dejjem minnu b’għażla libera tagħna. U huwa dan l-istat ta’ awto-esklużjoni definittiva mill-komunjoni ma’ Alla u mal-beati li jiġi mfisser bil-kelma ‘infern’» (n. 1033).

Għalhekk id-‘dannazzjoni’ m’għandhiex tkun attribwita għall-inizjattiva ta’ Alla, , għaliex fl-imħabba ħanina tiegħu huwa ma jistax għajr irid is-salvazzjoni tal-esseri maħluqin minnu. Fir-realtà hija l-krejatura li tagħlaq lilha nfisha għall-imħabba tiegħu. Id-‘dannazzjoni’ tikkonsisti propju fit-tbegħid definittiv minn Alla magħżul b’mod liberu mill-bniedem u kkonfermat bil-mewt li tissiġilla għal dejjem din l-għażla. Is-sentenza ta’ Alla  tirratifika dan l-istat.

  1. Il-fidi nisranija tgħallem li, fis-sogru tal-‘iva’ u tal-‘le’ li jiddistingwi l-libertà krejaturali, xiħadd diġa qal le. Dawn huma l-krejaturi spiritwali li rribellaw għall-imħabba ta’ Alla u jissejħu demonji (cfr Concilio LateranenseIV: DS 800-801). Għalina esseri umani din il-biċċa tagħhom iddoqq bħala twissija: hija sejħa kontinwa biex nevitaw it-traġedja li fiha  jirriżulta d-dnub u biex nimmudellaw l-eżistenza tagħna fuq dik ta’ Ġesù li biddlet id-direzzjoni fis-sinjal tal-‘iva’ lil Alla.

Id-dannazzjoni tibqà possibiltà reali, imma mhux mogħti lilna li nagħrfu, mingħajr rivelazzjoni divina speċjali, bħala esseri umani kemm aħna effettivament  involuti. Il-ħsieb tal-infern –  xejn inqas l-utilizzazzjoni impropja tax-xbihat bibbliċi – m’għandhiex toħloq psikożi jew  inkwiet, imma tirrapreżenta twissija meħtieġa u benefiċjali għal-libertà, għall-intern tal-bxara li Ġesù Rxoxt rebaħ lil Satana, waqt li tana l-Ispirtu ta’ Alla, li jġagħlna nsejħu “Abba, Missier” (Rm 8, 15; Gal 4, 6).

Din il-prospettiva għanja ta’ tama  tispikka fil-bxara nisranija. Hija tiġi riflessa b’mod effikaċi fit-tradizzjoni liturġika tal-Knisja, bħal ma jixhdu per eżempju l-kliem tal-Canone Romano: “Aċċetta b’rieda tajba, o Mulej, l-offertà li nippreżentawlek aħna ministri tiegħek u l-familja kollha tiegħek . . . salvana mid-dannazzjoni eterna, u ilqagħna fil-merħla tal-magħżulin”.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb