IT-TMIEN STAZZJON - Ġesù jiltaqa’ man-nisa ta’ Ġerusalemm.

 

Nadurawk O Ġesù u nberkuk, għax b’salibek u l-mewt Tiegħek, Inti fdejtna.

Imma Ġesù dar lejhom u qalilhom: ”Nisa ta’ Ġerusalemm, mhux lili ibku, iżda ibku lilkom u lil uliedkom. Għax araw, għad jiġi żmien meta jgħidu, ’Hiena dik li ma għandhiex tfal, hieni l-ġuf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma redda’!” Imbagħad jibdew jgħidu lill-muntanji, ’Aqgħu fuqna!’ u lill-għoljiet, ’Ordmuna!’  Għax jekk dan kollu qegħdin jagħmluh liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?” (Luqa. 23:28-31)

 

Meditazzjoni

Tisma’ lil Ġesù jċanfar lin-nisa ta’ Ġerusalemm li kienu mixjin warajh waqt li kienu qed jibkuh iġgħelna nirriflettu bis-sħiħ. Kif ser nifhmu kliemu? Ma jidhrux li huma  kliem li mhumiex jagħtu kas tal-ħniena li hi biss sentimentali u li ma twassalx lejn il-konverżjoni u l-Fidi vera? Għalxejn noqogħdu nibku għat-tbatija fid-dinja u kollox jibqa’ għaddej qisu mhu qed jiġri xejn! U għalhekk il-Mulej iwiddibna dwar il-perikli li nkunu ninsabu fihom. Hu jkellimna kemm dwar is-serjetà tad-dnub kif ukoll dwar dik tal-ħaqq. Jista’ jkun, li minkejja dak li nħossu u nuru dwar il-ħażen u t-tbatija ta’ l-innoċenti, aħna lesti biex inċekknu l-misteru ta’ l-istess ħażen? Aħna aċettajna biss il-ġentilezza u l-imħabba ta’  Alla u ta’ Ġesù, u bil-mod il-mod warrabna t-tifsira tal-ħaqq? Kemm inħobbu ngħidu: ”Kif jista’ jkun li Alla jagħti każ tan-nuqqasijiet tagħna? Wara kollox aħna bnedmin!”  Madankollu waqt li noqogħdu naħsbu dwar it-tbatijiet ta’ l-Iben, għandna naraw aktar ċara s-serjetà tad-dnub, u li dan irid ikun hemm tpattija sħiħa għalih biex ikun mirbuħ. Quddiem id-dehra tat-tbatijiet tal-Mulej, il-waħx tal-ħażen qatt m’għandu jiġi mċekken. Lilna wkoll jgħidilna: ”Tibkux lili, ibku lilkom infuskom....jekk jagħmlu dan meta z-zokk hu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef”.

 

Talba

Mulej, lin-nisa li kienu qed jibku int kellimthom dwar l-indiema u dwar Jum il-Ħaqq, meta aħna lkoll niġu wiċċ’imb’wiċċ miegħek: quddiemek l-Imħallef tad-dinja. Int issejħilna biex ma nċekknux il-waħx tal-ħażen li jnawwar il-kuxjenzi tagħna u nibqgħu sejrin qisu xejn mhu xejn. Int turina is-serjetà tar-responsabbiltà li nġorru, il-periklu li niġu misjuba ħatja u bla skuża f’Jum il-Ħaqq. Agħtina li mhux biss nimxu warajk, bla ma għandna x’noffrulek ħlief kliem  ta’ mogħdrija. Ikkonvertina u agħtina ħajja ġdida. Agħtina l-grazzja li meta noqorbu lejn it-tmiem tagħna ma nkunux biss injam niexef, imma friegħi ħajjin fik, il-vera dielja, li tagħti l-frott għal ħajja ta’ dejjem(Ġw. 15: 1-10).

 

Ngħidu flimkien il-Missierna...

Aqsam miegħi t-tbatija ta’ Ibnek imġerraħ li għalija kien lest ibati.