It-Tagħlim tal-Papa Franġisku fil-Meditazzjonijiet tal-Via Sagra Djoċesana f’Għawdex.

Il-Ħadd 6 ta’ April 2014, il-ħames Ħadd tar-Randan, id-Djoċesi ta’ Għawdex bħal kull sena sa żżomm il-Via Sagra Djoċesana, li titlaq fis-6.30pm mis-Santwarju Ta’ Pinu u timxi ma’ l-istazzjonijiet tat-Triq tas-Salib sa fuq l-Għolja Ta’ Għammar.

Il-meditazzjonijiet ta’ din is-sena ġew mislutin kollha mid-diskorsi u l-omeliji tal-Papa Franġisku u huma stampati fi ktejjeb bl-isem It-Triq ta’ l-Imħabba, li jinkiseb mis-Santwarju Ta’ Pinu għall-prezz ta’ €1.

Il-Via Crucis fuq l-Għolja Ta’ Għammar tkun immexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, bis-sehem tal-Kulleġġ tal-Kappillani Għawdxin u bosta familji mill-komunitajiet parrokkjali tad-Djoċesi.  Il-kant ikun animat mill-Kor Stella Maris taħt id-direzzjoni ta’ Carmel P. Grech, u ċ-ċelebrazzjoni tixxandar diretta fuq Radju Marija.