|
Ġublew tat-Tama 2025
Via Crucis tal-Pellegrin
Meditazzjonijiet mal-Papa Franġisku
(Spes non confundit)
Introduzzjoni
V/. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
R/. Amen.
Qari mill-Iskrittura Lhud 13:12-14
Għalhekk Ġes� wkoll bata �l barra minn bieb il-belt biex bid-demm tiegħu nnifsu jqaddes lill-poplu. Ejjew mela noħorġu niltaqgħu miegħu �l barra mill-kamp mgħobbijin bl-għajb li rafa� hu. Għax aħna hawnhekk ma għandniex belt li tibqa� għal dejjem, iżda qegħdin infittxu dik li għad trid tiġi.
Introduzzjoni
Għal dan il-Ġublew il-Knisja tridna nkunu �pellegrini tat-tama�, jiġifieri mexjin fl-istorja bħala xhieda ta� Kristu, it-tama tagħna. Ejjew nimxu mill-ġdid il-Via Crucis ta� Ġes� flimkien ma� Marija, Omm tiegħu u tagħna, bħala t-tappi tal-pellegrinaġġ personali tagħna ta� konverżjoni u ta� ritorn lejn il-Missier.
Talba
O Alla, bidu u tmiem ta� kollox, li tiġma� l-umanit� kollha fit-tempju ħaj ta� Ibnek, agħmel li permezz tal-ġrajjiet hienja u kiebja ta� din id-dinja, inżommu sħiħa t-tama tagħna fis-saltna tiegħek, żguri li bis-sabar tagħna għad niksbu l-ħajja. Bi Kristu Sidna.
R/. Amen.
1. Ġes� kkundannat għall-mewt
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura Mt 27:26
Lil Ġes�, wara li tah is-swat, [Pilatu] tahulhom biex isallbuh.
Antifona Salm 121:1-2
Nerfa� għajnejja lejn l-għoljiet;
mnejn se tiġini l-għajnuna?
L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej,
li għamel is-sema u l-art.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 22
Il-ġudizzju ta� Pilatu jinkarna l-ġudizzju li tendenzjalment ikisser lill-foqra u l-magħkusa. Hu differenti minn dan il-�ġudizzju ta� Alla, li hu mħabba� u li jibni fuq l-imħabba, �b�mod speċjali fuq kemm inkunu jew ma nkunux ħaddimnieha ma� dawk l-iktar fil-bżonn, li fihom Kristu, l-Imħallef innifsu, hu preżenti�. Inkunu niġġudikaw skont kif jaħseb Alla meta ngħixu �relazzjoni ta� verit� ma� Alla-mħabba u magħna nfusna fi ħdan il-misteru tal-ħniena divina li ma nistgħux nifhmuh għalkollox�.
Invokazzjonijiet
Marija, Verġni tat-triq, tgħinna nħarsu bi mħabba lejn il-proxxmu tagħna, bla ma niġġudikawh għad-dehra tiegħu jew skont il-viżjoni dejqa tal-ispirtu tagħna.
Santa Marija tat-tama, itlob għalina.
Santa Marija tat-triq, itlob għalina.
Santa Marija tad-dawl, itlob għalina.
Santa Marija, serħan tal-maħqurin, itlob għalina.
S. Wieqfa kienet, imbikkija,
l-Omm ħdejn Binha
fit-tbatija, fuq salib imdendel.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
2. Ġes� jerfa� s-salib sal-Kalvarju
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura Ġw 19:17
Ġes� rafa� s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ �il-Qorriegħa�, bil-Lhudi Golgota.
Antifona Salm 121:5-6
Il-Mulej hu dak li jħarsek;
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.
Ma tolqtokx ix-xemx binhar,
anqas il-qamar billejl.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 3
�Huwa l-Ispirtu s-Santu, u l-preżenza dejjiema tiegħu fil-mixja tal-Knisja, li jsawwab fuq dawk li jemmnu d-dawl tat-tama�, dak id-dawl meħtieġ biex nimxu wara Ġes� fil-mixja tiegħu ta� ubbidjenza lejn il-Missier. Għandna bżonn tal-Ispirtu, għax huwa hu li jżomm imkebbsa t-tama tagħna �bħal musbieħ li qatt ma jintefa, biex twieżen u tħeġġeġ lill-ħajja tagħna�.
Invokazzjonijiet
Marija, l-Omm tagħna tas-Sema, tgħallimna nilqgħu lill-Ispirtu s-Santu, biex jagħmilna doċli għat-tagħlim tiegħu u jiftaħ il-qlub tagħna għad-dawl tat-tama.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina.
Profezija taż-żminijiet ġodda, itlob għalina.
Żerniq tad-dinja ġdida, itlob għalina.
Qaddejja tal-Ispirtu s-Santu, itlob għalina.
S. Ta� din l-Omm il-qalb maqsuma
f�dak l-imrar bl-uġigħ mitmuma,
nifed sejf in-niket.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
3. Ġes� jaqa� għall-ewwel darba
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura Iż 53:4
Iżda hu rafa� fuqu l-mard tagħna, tgħabba bin-niket tagħna.
Antifona Salm 121:3-4
Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor;
ma jongħosx dak li jħarsek.
Ara, la jongħos u lanqas jorqod
dak li jħares lil Iżrael.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 16
Is-Sena Ġubilari, sena ta� grazzja u ta� konverżjoni, għandha tkun appell ukoll �lin-Nazzjonijiet li qed jgħumu l-aktar fil-ġid, biex jagħrfu s-serjet� ta� tant deċiżjonijiet meħuda u jistabbilixxu li jinħafru d-djun lill-pajjiżi li qatt ma jistgħu jħallsuhom lura�. Dan ifisser li nagħrfu l-wiċċ ta� Ġes� f�dawk kollha li, fi żmienna, qed ibatu l-konsegwenzi ta� inġustizzji u ħażen li nies bla skrupli jgħabbu fuq l-ispallejn ta� min hu l-aktar fqir.
Invokazzjonijiet
Fi Kristu aħna msejħin nagħtu xhieda li l-popli kollha għandhom jedd ikunu magħrufin għad-dinjit� umana u soċjali tagħhom. Marija tgħinna f�din il-ħidma.
Omm il-Messija ħellies, itlob għalina.
Omm il-mifdijin, itlob għalina.
Omm il-ġnus kollha, itlob għalina.
Omm li trid il-ħelsien ta� wliedek, itlob għalina.
S. Kemm tbatija f�qalb muġugħa,
liema dwejjaq li jifnuha
ħasset l-Omm imbierka!
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
4. Ġes� jiltaqa� ma� Ommu
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura ara Ġw 19:26-27
Mela kif Ġes� lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: �Mara, hawn hu ibnek�.
Antifona Salm 125:1-2
Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta� Sijon,
li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.
Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm,
hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,
minn issa u għal dejjem.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 24
Minn fuq is-salib Ġes� tana lil Marija bħala Omm it-Tama. �Mhux ta� b�xejn li l-pjet� popolari tissokta ssejjaħ lill-Verġni Mqaddsa bħala Stella maris, titlu li jesprimi t-tama ċerta li fil-ġrajjiet imqallba tal-ħajja l-Omm ta� Alla taqbeż għalina biex tgħinna, tweżinna u tistedinna nafdaw u nkomplu nittamaw�. Nilqgħu għalina l-kelmiet li Marija tlissen liż-żagħżugħ ta� Guadalupe: �Forsi m�iniex hawn ħdejk jien, l-omm tiegħek?�.
Invokazzjonijiet
Ġes� tana lil Marija bħala Omm ħelwa u kollha għożża, biex tħares il-mixi tagħna, biex isserraħna qalb it-tiġrib, biex tmexxina fil-virt� u fis-sabar.
Verġni fidila, itlob għalina.
Verġni tas-skiet, itlob għalina.
Verġni tas-smigħ, itlob għalina.
Verġni li tgħanni, itlob għalina.
S. X�weġgħa ġarrbet u x�kefrija
meta ratu fit-tbatija
l-Omm lil Binha, Alla!
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
5. Ġes� megħjun minn Xmun iċ-Ċirinew
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura ara Lq 23:26
Qabdu wieħed, jismu Xmun, minn Ċireni, li kien ġej lura mir-raba�, u għabbewh bis-salib biex iġorru wara Ġes�.
Antifona Salm 24:3-4
Min jista� jitla� fuq l-għolja tal-Mulej,
min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa,
u anqas ma jaħlef bil-qerq.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 11
Bl-għajnuna li ta lil Ġes� fit-triq tal-Kalvarju, Xmun minn Ċireni jgħallimna noffru sinjali ta� tama fuq kollox �lill-morda, li jinsabu f�dar jew fi sptar. It-tbatijiet tagħhom jistgħu jsibu serħan fil-qrubija ta� persuni li jżuruhom u fl-imħabba li jirċievu. L-opri tal-ħniena huma wkoll opri ta� tama, li jqanqlu fil-qlub sentimenti ta� gratitudni�.
Invokazzjonijiet
Marija tgħallimna l-għożża għall-oħrajn, l-attenzjoni għal min hu fil-bżonn. Meta nimxu magħha, nifhmu l-valur tas-sagrifiċċju tagħna nfusna għall-ġid ta� min qed ibati.
Marija, qaddejja tal-Mulej, itlob għalina.
Marija, qaddejja tal-Kelma, itlob għalina.
Marija, qaddejja tal-Fidwa, itlob għalina.
Marija, xbieha tal-Knisja, itlob għalina.
S. Omm u għajn ta� mħabba għalija,
ġagħalni nħoss dik it-tbatija,
biex jien nibki miegħek.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
6. Waħda mara tixxotta wiċċ Ġes�
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura 2 Kor 4:6
Dan Alla li qal: �Ħa jiddi d-dawl mid-dlam�, dak hu li idda fi qlubna biex jagħtina d-dawl tal-għarfien tal-glorja ta� Alla, li tiddi f�wiċċ Kristu.
Antifona Salm 27:8-9
�Ejja�, għedt f�qalbi, �fittex �il wiċċu�;
jien wiċċek infittex, Mulej.
La taħbix wiċċek minni,
la twarrabx bl-herra l-qaddej tiegħek.
Inti l-għajnuna tiegħi;
tħallinix u titlaqnix,
Alla tas-salvazzjoni tiegħi.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 23
Il-mixja ġubilari ssejħilna għar-rikonċiljazzjoni ma� Alla permezz tal-qrar. �Ir-Rikonċiljazzjoni sagramentali mhijiex biss opportunit� spiritwali sabiħa, imma tirrappreżenta pass deċiżiv, essenzjali u fundamentali għall-mixja tal-fidi ta� kull wieħed u waħda. Hemm inħallu lill-Mulej jeqred id-dnubiet tagħna, ifejqilna qalbna, jerfagħna mill-ġdid u jħaddanna miegħu, jurina l-wiċċ tiegħu ħelu u kollu mogħdrija�.
Invokazzjonijiet
Li mmorru għand Ġes� jfisser li nimxu fiduċjużi t-triq tal-konverżjoni: fih insibu l-maħfra jekk, għall-interċessjoni ta� Marija, nitolbu l-ħniena ta� Alla.
Qaddisa Marija, nixxiegħa tal-grazzja, itlob għalina.
Qaddisa Marija, għajn tal-maħfra, itlob għalina.
Qaddisa Marija, dixxiplu ta� Kristu, itlob għalina.
Qaddisa Marija, oħt l-umanit�, itlob għalina.
S. Min ma jħossx id-dwejjaq tagħha
xħin ta� Kristu l-Omm jilmaħha
f�niket kbir ma� Binha?
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
7. Ġes� jaqa� għat-tieni darba
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura ara Kol 1:24
Jien issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f�ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta� Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja.
Antifona Salm 123:1,3
Lejk nerfa� għajnejja,
int li tgħammar fis-smewwiet.
Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina,
għax mitmugħa sax-xaba� bit-tagħjir.
Meditazzjoni Spes non confundit, nn. 5, 25
Waqt li aħna msejħin inkunu pellegrini tat-tama, ma ninsewx lin-nies ta� fidi li �diġ� qed jgħixu l-pellegrinaġġ tal-Via Crucis, li minħabba fiha spiss ikollhom iħallu l-art tal-oriġni tagħhom�. Hi raġuni konkreta oħra biex inħabirku f�dik ix-�xhieda ta� min jemmen� li ssir fid-dinja �ħmira li ttella� l-għaġna ta� tama ġenwina, tħabbira ta� smewwiet ġodda u art ġdida, fejn ngħammru fil-ġustizzja u fl-armonija bejn il-popli, aħna u nistennew il-milja tal-wegħda tal-Mulej�.
Invokazzjonijiet
Li nimxu bil-fidi l-Via Crucis tagħna jfisser li, flimkien ma� Marija, nafdaw ruħna fil-ħniena ta� Alla u ngħinu lill-proxxmu fil-ħtiġijiet tiegħu, u hekk insiru xhieda veri tal-Vanġelu.
Marija, Omm l-emarġinati, itlob għalina.
Marija, xhud tal-Vanġelu, itlob għalina.
Marija, għalliema tal-Knisja, itlob għalina.
Marija, xempju ta� kull min jemmen, itlob għalina.
S. Mewt Ġes� qegħedli quddiemi,
fuq il-pjagi jkun biss kliemi
u l-Passjoni tiegħu.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
8. Ġes� jiltaqa� man-nisa li jibkuh
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura Lq 23:28
Nisa ta� Ġerusalemm, mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom.
Antifona Salm 126:5-6
Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ
jaħsdu bl-għana ta� ferħ.
Huma u sejrin, imorru jibku,
iġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.
Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b�għana ta� ferħ,
iġorru l-qatet f�idejhom.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 23
Li nkunu pellegrini ma� Kristu jfisser nitolbu u nagħtu l-maħfra bil-qawwa tat-tama. Aħna nafu li �meta naħfru, ma nkunux nibdlu l-passat, ma nistgħux nibdlu dak li diġ� seħħ; u madankollu, il-maħfra tista� tippermetti li nibdlu l-futur u li ngħixu b�mod differenti, bla rabja, korla u vendetta. Il-futur imdawwal mill-maħfra jagħtina li naqraw il-passat b�għajnejn differenti, iktar sereni, imqar jekk imħaffra bid-dmugħ�.
Invokazzjonijiet
Meta nibku l-miżerji u l-ħtijiet tal-umanit�, inkunu noqorbu lejn kull bniedem li, magħna, qed iġorr it-taħbit ta� mixja li xi kultant hi iebsa, imma li Marija timxiha magħna.
Marija, imbierka fost in-nisa, itlob għalina.
Marija, dinjit� tan-nisa, itlob għalina.
Marija, kobor tal-mara, itlob għalina.
Marija, tama ta� min jindem, itlob għalina.
S. Rat lil Binha u baqgħet miegħu
f�dak l-imrar tal-mewta tiegħu
waqt li ħarġet ruħu.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
9. Ġes� jaqa� għat-tielet darba
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura Lhud 5:8
[Ġes�], għad li kien Iben, tgħallem minn dak li bata xi tfisser l-ubbidjenza.
Antifona Salm 119:92-93
Li ma sibtx l-hena fil-liġi tiegħek,
kont nintemm fin-niket tiegħi.
Ma ninsa qatt il-preċetti tiegħek,
għax bihom int tagħtini l-ħajja.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 3
Li timxi wara Ġes� mhix ħaġa faċli, għax titlob doċilit� għall-pjanijiet ta� Alla. F�dan is-sens, �it-tama Nisranija ma tilludix u ma tiddeludix, għax hi mibnija fuq iċ-ċertezza li xejn u ħadd ma jista� qatt jifridna mill-imħabba ta� Alla�. L-imħabba ta� Alla hija l-għajn tagħna u d-destinazzjoni tagħna, u huwa għalhekk li �din it-tama ma ċċedix fid-diffikultajiet: hi tinbena fuq il-fidi u titmantna bl-imħabba, u hekk tagħtina li nibqgħu nħarsu �l quddiem fil-ħajja�.
Invokazzjonijiet
Marija, l-ewwel dixxiplu ta� Ġes�, tgħallimna nemmnu fil-pjanijiet misterjużi ta� Alla, li fihom hu kkontemplat li aħna nitbaxxew biex ngħixu fil-milja tagħha l-umilt� ta� Ġes�.
Qaddisa Marija, dixxiplu fidil, itlob għalina.
Qaddisa Marija, għajn tat-tama, itlob għalina.
Qaddisa Marija, omm il-foqra, itlob għalina.
Qaddisa Marija, omm l-umli, itlob għalina.
S. Bis-salib fit-triq wennisni,
u b�mewt Ibnek, Omm, ħarisni,
żommni sħiħ fil-grazzja.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
10. Ġes� mneżża� minn ħwejġu
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura Ġw 19:23
Wara li sallbu lil Ġes�, is-suldati ħadu l-ilbies tiegħu u qassmuh f�erbgħa, sehem lil kull wieħed minnhom.
Antifona Salm 119:55-56
Billejl f�ismek niftakar, Mulej,
u nħares il-liġi tiegħek.
Din hi l-barka li messet lili:
li jiena nħares il-preċetti tiegħek.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 19
Ġes�, imneżża� minn ħwejġu, jurina l-bniedem bħala vittma tal-injoranza u tas-suppervja umana. Hu refa� fuqu l-ħtija tagħna biex jurina l-gravit� kollha tagħha: �Jekk jonqos il-pedament ta� Alla u t-tama tal-ħajja ta� dejjem, id-dinjit� tal-bniedem tonqos ħafna, kif spiss illum jiġri, u l-enigma tal-ħajja u tal-mewt, tal-ħtija u tal-indiema, jibqgħu bla tweġiba, u għalhekk mhux ftit drabi l-bnedmin jaqgħu fid-disperazzjoni�.
Invokazzjonijiet
Ġes� ġie msejjaħ �il-mastrudaxxa, bin Marija�, forsi għax riedu jbaxxuh: fir-realt�, matul is-sekli, dan deher bħala titlu ta� mħabba profonda u sinċiera.
Marija, Verġni tas-smigħ, itlob għalina.
Marija, Verġni tal-umilt�, itlob għalina.
Marija, Verġni tas-sabar, itlob għalina.
Marija, Verġni tal-gratitudni, itlob għalina.
S. Kebbes f�qalbi nar ta� mħabba,
la tħalliha qatt tittabba�
imħabbti għal Kristu.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
11. Ġes� msammar mas-salib
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura ara Lq 23:33
Meta waslu fil-post jgħidulu l-Qorriegħa, sallbuhom hemm, lilu u lill-ħatja, wieħed fuq il-lemin tiegħu u l-ieħor fuq ix-xellug.
Antifona Salm 22:15,17
Qalbi hi bħal xemgħa,
iddub ġewwa fija.
Qabda klieb daru għalija;
ġemgħa nies ħżiena rassewni.
Taqqbuli jdejja u riġlejja.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 3
�It-tama titwieled mill-imħabba u tissejjes fuq l-imħabba li tgelgel mill-Qalb ta� Ġes� minfuda fuq is-salib�. Hija l-istess ħajja ta� Ġes� li, permezz ta� dan id-don ta� mħabbtu, �tidher fil-ħajja tal-fidi tagħna, li tibda bil-Magħmudija, tikber fid-doċilit� għall-grazzja ta� Alla, u għalhekk hi animata mit-tama, dejjem imġedda u msaħħa mill-azzjoni tal-Ispirtu s-Santu b�mod li ma tiġġarrafx�.
Invokazzjonijiet
Ma� Marija naslu fuq il-Kalvarju bis-salib tagħna: inqegħduh f�riġlejn Ġes� msallab, biex miegħu u permezz tiegħu jsir triq tad-dawl għall-mixi tagħna.
Marija, Omm imnikkta, itlob għalina.
Marija, Omm il-Knisja, itlob għalina.
Marija, Omm l-imwarrbin, itlob għalina.
Marija, Omm il-moribondi, itlob għalina.
S. Aqsam miegħi dit-tbatija
għal Ġes�, li mħabba fija
xerred demmu kollu.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
12. Ġes� jmut fuq is-salib
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura Ġw 19:30
Kif Ġes� ħa l-ħall, qal: �Kollox hu mitmum!�. Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu.
Antifona Salm 22:28
Jiftakru t-truf kollha tal-art,
u jerġgħu lura lejn il-Mulej;
u quddiemu jinxteħtu
r-razez kollha tal-ġnus.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 24
Marija, �f�riġlejn is-salib, waqt li qed tilmaħ lil Ġes� innoċenti jbati u jmut, imqar jekk minfuda minn niket agonizzanti, ittenni l-�iva� tagħha, bla ma titlef it-tama u l-fiduċja fil-Mulej. Hekk hi għalina kkoperat fil-milja ta� dak li Binha kien qal� dwar il-mewt tiegħu fuq is-salib. Marija, �fl-uġigħ ta� dik it-tbatija offruta bi mħabba [hi] saret Omm tagħna, Omm it-tama�.
Invokazzjonijiet
Ma� Marija nibqgħu taħt is-salib biex nitgħallmu l-ubbidjenza li ssaffi l-qalb tagħna minn kull ħażen, biex insiru offerta prezzjuża u mogħġuba minn Alla.
Marija, Omm it-tama, itlob għalina.
Marija, fidila sa taħt is-salib, itlob għalina.
Marija, fidila fl-istennija, itlob għalina.
Marija, fidila fil-mixja wara Ġes�, itlob għalina.
S. Ġagħalni nħoss il-pjagi fija,
is-salib u kull tbatija,
u nissaffa b�Demmu.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
13. Ġes� mniżżel mis-salib
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura Ġw 19:34
Wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b�lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma.
Antifona Salm 23:4
Imqar jekk nimxi f�wied mudlam,
ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.
Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek,
huma jwennsuni.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 20
Il-pellegrinaġġ tagħna fuq din l-art għandu destinazzjoni: �it-tmien jum, jiġifieri dak tal-qawmien, il-jum li jmur lil hemm mir-ritmu tas-soltu, immarkat minn tmiem kull ġimgħa, u hekk jiftaħ iċ-ċiklu taż-żmien għad-dimensjoni tal-eternit�, għall-ħajja li tibqa� għal dejjem�. Hu pellegrinaġġ imqanqal mit-tama, li x-xhieda l-aktar konvinċenti tagħha �joffruhielna l-martri, li, sħaħ fil-fidi tagħhom fi Kristu Rxoxt, għarfu jiċħdu l-istess ħajja ta� hawn isfel biex ma jittradux lill-Mulej tagħhom�.
Invokazzjonijiet
Ġes� hu mniżżel mis-salib biex jidħol fil-qlub tagħna: hi Marija li tgħallimna nilqgħu l-Verb tal-ħajja, kif laqgħetu hi stess fit-tħabbira tal-anġlu.
Marija, preżenza kollha dawl, itlob għalina.
Marija, qawwa tal-emarġinati, itlob għalina.
Marija, faraġ tal-migranti, itlob għalina.
Marija, mgħallma tal-akkoljenza, itlob għalina.
S. Verġni mbierka, Omm qalbiena,
uri miegħi din il-ħniena,
biex inħoss l-indiema.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
14. Ġes� midfun fil-qabar
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura Mt 27:59
Ġużeppi [minn Arimatija] ħa l-ġisem u keffnu f�liżar nadif, 60qiegħdu fil-qabar ġdid tiegħu li kien ħaffer fil-blat.
Antifona Salm 3:5-6
Jien b�leħen għoli l-Mulej insejjaħ;
hu jweġibni mill-għolja mqaddsa tiegħu.
Immur nimtedd u norqod,
u nqum, għax il-Mulej iżommni.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 5
Li nimxu ma� Kristu sal-qabar ifisser nogħdsu fil-ħemda ta� Sibt il-Għid biex, għad-dawl tal-grazzja, nerġgħu norbtu l-ħjut tal-ħajja tagħna. Dan huwa wkoll is-sens tal-pellegrinaġġ u ta� kull ġrajja ġubilari, għax �il-mixi hu tipiku ta� min qed ifittex x�inhi t-tifsira tal-ħajja. Il-pellegrinaġġ bil-mixi jiffavorixxi ħafna l-kixfa mill-ġdid tal-valur tas-skiet, tat-taħbit, ta� dak li hu essenzjali�.
Invokazzjonijiet
Nitgħallmu minn Marija nħarsu, fis-sikta, il-Kelma ta� Alla fina, anki fil-mumenti tal-ikbar tbatija u li ma nistgħux nifhmuhom. Bl-għajnuna tagħha nibqgħu fis-sliem u d-dinjit� mqar qalb il-provi.
Verġni tas-skiet, itlob għalina.
Verġni tal-istennija, itlob għalina.
Verġni fidila għall-Kelma, itlob għalina.
Verġni għarfa, itlob għalina.
S. Kemm nixtieqni nibqa� miegħek
mas-salib, u fid-dmugħ tiegħek
nissieħeb minn qalbi.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.
15. Ġes� jqum mill-mewt
V/. Nadurawk, o Ġes�, u nberkuk.
R/. Għax b�Salibek u l-Mewt tiegħek inti fdejtna.
Qari mill-Iskrittura ara Mk 16:6
[L-anġlu qal lin-nisa]: �Xejn la tinħasdu. Qegħdin tfittxu lil Ġes� ta� Nazaret li kien imsallab; qam mill-mewt, mhuwiex hawn!�.
Antifona Salm 16:9,11
Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi,
u ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.
Int tgħallimni t-triq tal-ħajja;
hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,
hemm l-għaxqa għal dejjem f�lemintek.
Meditazzjoni Spes non confundit, n. 20
�Kristu miet, difnuh, qam mill-mewt, deher. Għalina għadda mit-traġedja tal-mewt. L-imħabba tal-Missier qajmitu bil-qawwa tal-Ispirtu, u għamlet mill-umanit� tiegħu l-ewwel ħsad tal-eternit� għas-salvazzjoni tagħna. It-tama Nisranija tikkonsisti proprju f�dan: quddiem il-mewt, fejn kollox jidher spiċċa, għandna ċ-ċertezza li, grazzi għal Kristu, għall-grazzja tiegħu li tgħaddiet lilna fil-Magħmudija, �il-ħajja ma tintemmx, imma tinbidel��.
Invokazzjonijiet
Fuq il-passi li Ġes� ried iterraq għalina u magħna, naslu hemm fejn Marija qed tistenniena, fil-qalb ħanina u fidila tal-Missier.
Marija, l-ewwel frott tal-Għid, itlob għalina.
Marija, kewkba tal-evanġelizzazzjoni, itlob għalina.
Marija, sinjal tal-wiċċ matern ta� Alla, itlob għalina.
Marija, sinjal tal-frott tal-Ispirtu, itlob għalina.
S. Meta jmut dal-ġisem fqajjar,
agħmel int li jien nittajjar
lejn is-sebħ tal-Ġenna.
T. Omm qaddisa, isma� talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f�qalbi
t�Ibnek Ġes� msallab.