Laikos

 

 

 

Talba lil Ġesù Konċeput fil-Ġuf ta' Marija

Ġesù, Verb etern, imwieled mill-Missier qabel iż-żmien, u mwieled fiż-żmien minn Marija Verġni: jien nimmeditak magħluq f’dak il-ġisem femminili mill-aktar teneru, li minnu ssawret l-umanità tiegħek.

Nimmedita l-bidu divin preżenti f’dawk l-ewwel mumenti li fihom jibda jiġi ffurmat il-ġisem tiegħek, dak il-ġisem li kellu jitwieled, imut u jirxoxta għas-salvazzjoni tad-dinja.

Quddiemek, Ġesù, li tikber fil-ġuf ta’ Bint il-bniedem, inressaq lil dawk l-imnisslin kollha li fil-kenn tal-ġuf ta’ ommijiethom, imqanqlin mir-ruħ spiritwali li ma tinqeridx, qegħdin jikbru u jersqu lejn il-jum tat-twelid tagħhom.

Ġesù Mnissel fil-Ġuf! Nitolbok: imla lill-ommijiet u lill-missirijiet bi mħabba u ferħ għal dawk l-innoċenti li ser jitwieldu.

_____________

Fis-Solennità tat-Tnissil ta' Ġesù fil-Ġuf ta' Marija. Talba ddedikata lill-ommijiet kollha li qegħdin jistennew tarbija, speċjalment fi żmien il-pandemija tal-Corona Virus. Mill-Komunità Anawin flimkien mal-Voluntiera ta' Dar Ġużeppa Debono. 25 ta' Marzu 2020.