OMELIJI TAL-PAPA FRANĠISKU MINN DAR SANTA MARTA

SENA 2020

JANNAR 2020

07. Ngħidu le lill-ispirtu tad-dinja li jwassalna biex inkunu korrotti.

09. Illum hawn tant qiegħan ta' gwerra iżda l-paċi vera tinżera' fil-qalb.

10. Min jgħid li jħobb 'l Alla imma ma jħobbx lil ħuħ huwa giddieb.

14. L-awtorità mhix il-kmand imma koerenza u xhieda.

16. It-talba ċkejkna li biha Alla jħossu mqanqal.

17. L-essenzjali fil-ħajja hi r-relazzjoni tagħna ma' Alla.

20. Il-veru ħelsien niksbuh meta nobdu 'l Alla.

21. Aħna ma ħallasna xejn biex insiru nsara, dak hu rigal.

24. L-għejra ġġib il-gwerra, imma dejjem tibqa’ bużżieqa tas-sapun.

28. In-nisrani għandu jkun ferħan, qatt priġunier tal-formalità.

30. Aħna nsara jew nies tad-dinja? Alla se jiġġudikana bl-istess kejl.

31. Il-mondanità ftit ftit lil dak li jkun tmexxi lejn id-dnub.

 

FRAR 2020

04. Alla jibki meta aħna nitbegħdu minnu.

07. Fil-Knisja wkoll tkun nieqsa l-umiltà jekk ma naċċettawx l-umiljazzjoni.

13. Meta niżżersqu lejn il-mondanità nkunu qed nitbegħdu mill-qalb ta' Alla.

14. Lil min jakkumpanjana fil-mixja tal-ħajja nżommuh fi qlubna.

18. Alla jrid minna qalb miftuħa u mimlija kumpassjoni.

20. Tkun nisrani jfisser li taċċetta t-triq ta' Ġesù sa fuq is-salib.

25. L-akbar wieħed fil-Knisja hu dak li jservi mhux li għandu l-akbar għadd ta' titli.

 

MARZU 2020

09. Quddiesa għall-bżonnijiet tal-morda bil-coronavirus u min jieħu ħsiebhom.

10. Il-Papa jħeġġeġ lis-saċerdoti biex jieħdu -Ewkaristija lill-morda bil-Coronavirus.

11. Il-Papa talab għall-ħabsin.

12. Nitolbu għall-awtoritajiet bla ma ninsew lill-foqra.

13. Rgħajja qrib il-poplu, il-miżuri drastiċi mhux dejjem tajbin.

14. Il-Papa talab għall-paċi fil-familji f'dan il-waqt diffiċli.

15. Il-Papa talab għall-ħaddiema kollha li qed jagħtu servizz essenzjali f'daż-żmien diffiċli.

16. Il-Papa: il-Mulej jgħin lill-familji biex isibu lill xulxin mill-ġdid waqt dan iż-żmien diffiċli.

17. Il-Papa talab għall-anzjani li qiegħdin waħedhom.

18. Il-Papa offra l-quddiesa għall-operaturi sanitarji li tilfu ħajjithom kemm ilha li bdiet il-pandemia.

19. Il-Papa offra l-quddiesa għall-ħabsin u ħeġġiġna biex nagħmlu t-tqarbna tax-xewqa.

20. Il-Papa offra l-quddiesa għat-tobba, għall-operaturi sanitarji li qed jagħtu saħħtihom u ħajjithom biex jgħinu lill-morda bil-COVID-19.

21. Il-Papa talab għall-familji, speċjalment dawk bit-tfal.

22. Il-Papa talab għall-vittmi tal-coronavirus u għall-familjari tagħhom.

23. Il-Papa talab għal kull min jinsab f'diffikultajiet finanzjarji minħabba l-imxija tal-coronavirus, speċjalment il-familji.

24. Il-Papa talab għas-saċerdoti u t-tobba li mietu bil-coronavirus.

25. Il-Papa talab għas-sorijiet li jirriskjaw u jagħtu ħajjithom biex jassistu lill-morda.

26. Il-Papa talab biex f'daż-żmien diffiċli l-Mulej jgħinna negħlbu l-biża'.

27. Il-Papa jrodd ħajr li kull min qed jagħti daqqa t'id lil min jinsab f'diffikultà.

28. Il-Papa offra l-quddiesa ta' dalgħodu għall-familji li diġà bdew iħossu l-għafsa tal-pandemija.

29. L-omelija tal-Papa Franġisku fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

30. Il-Papa offra l-quddiesa għal min hu mbeżża' minħabba l-pandemija.

31. Il-Papa jitlob għall-persuni li m'għandhomx saqaf fuq rashom.

 

APRIL 2020

01. Żommu fil-kelma tal-Mulej.

02. It-tliet dimensjonijiet tal-ħajja nisranija: ħatra, wegħda, patt.

03. Marija Addolorata, dixxiplu u omm.

04. Il-proċess tat-tentazzjoni.

06. Ifittxu lil Ġesù fil-fqir.

07. Nipperseveraw fis-servizz.

08. Alla jikkonverti l-Ġuda tal-lum li jisfruttaw lil dawk fil-bżonn.

13. Nitolbu biex il-politiċi u x-xjenzati jfittxu soluzzjoni għall-poplu u mhux għall-flus.

14. Nitolbu biex il-Mulej itina l-grazzja tal-għaqda bejnietna.

15. Nitolbu għall-anzjani, speċjalment għal dawk li huma iżolati fid-djar tax-xjuħ.

16. Nitlob għall-ispiżjara: huma wkoll jaħdmu sfiq biex jgħinu lill-morda jeħilsu mill-mard tagħhom.

17. Nitolbu għan-nisa li qed jistennew tarbija u huma mħassbin, preokkupati.

18. Nitolbu għal dawk li joffru servizz lill-persuni b'diżabbilta'.

20. Nitolbu għall-irġiel u n-nisa li għandhom vokazzjoni politika.

21. Nitolbu biex is-silenzju jgħallimna nisimgħu.

22. Nitolbu għall-Ewropa sabiex jirnexxilha tikseb dik l-għaqda fraterna li kienu ħolmu l-missirijiet fundaturi tal-Unjoni Ewropea.

23. Nitolbu għall-familji fil-bżonn u għall-użuraj biex il-Mulej imissilhom qalbhom u jikkonvertu.

24. Nitolbu għall-għalliema u għall-istudenti.

25. Nitolbu għall-persuni li jagħtu servizz fil-funerali.

26. Nitolbu għall-persuni kollha ta' qalbhom sewda.

27. Nitolbu għall-artisti, biex permezz tat-triq tas-sbuħija juruna t-triq li għandna nterrqu.

28. Nitolbu lill-Mulej biex itina l-grazzja tal-prudenza u tal-ubbidjenza għall-istruzzjonijiet ħalli l-pandemija ma terġax terfa' rasha.

29. Nitolbu għall-għall-għaqda tal-Unjoni Ewropea: biex ilkoll flimkien nibqgħu mexjin 'il quddiem bħall-aħwa.

30. Nitolbu għall-mejtin, dawk li mietu minħabba l-pandemija u dawk anonimi.

 

MEJJU 2020

01. Nitolbu għall-ħaddiema biex ħadd ma jkun imċaħħad mix-xogħol u kollha jitħallsu kif jixraq u jgawdu d-dinjità tax-xogħol u tas-sbuħija tal-mistrieħ.

02. Nitolbu għall-governanti li għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu ħsieb il-popli tagħhom f'daż-żmien ta' kriżi.

03. Nitolbu għar-rgħajja li madwar id-dinja kollha jagħtu ħajjithom għall-fidili, anki matul dil pandemija.

04. Nitolbu għall-familji biex ikomplu jgħixu fil-paċi, bil-kreattività u bil-paċenzja, tul il-kwarantina.

05. Nitolbu għal dawk li mietu minħabba l-pandemija.

06. Nitolbu għal kull min jaħdem fil-qasam tal-meżżi tal-komunikazzjoni.

07. Nitlob għall-artisti għal darb'oħra għax jgħinuna nifhmu x'inhi s-sbuħija li mingħjarha ma nistgħux nifhmu s-sbuħija tal-Evanġelju.

08. Nitolbu għall-persuni li jaħdmu fl-istituzzjonijiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar.

09. Nitolbu għas-sorijiet vinċenzjani li ilhom jmexxu dan iċ-ċentru tas-saħħa u li jaħdmu fid-Dar Santa Marta.

10. Nitolbu lill-Mulej illum sabiex l-Ewropa tikber fl-għaqda, fl-għaqda tal-fratellanza li ssaħħaħ lil-popli kollha fl-għaqda bid-diversità.

11. Nitolbu għal dawk ħutna li qed ibatu minħabba n-nuqqas ta' xogħol.

12. Nitolbu għall-infermieri kollha li f'daż-żmien ta' pandemija taw eżempju ta' eroiżmu u wħud minnhom ħallsu wkoll b'ħajjithom.

13. Nitolbu għall-istudenti, iż-żgħażagħ li qed jistudjaw, u għall-għalliema li jkollhom ifittxu metodi ġodda biex ikomplu jgħallmu.

14. Nitolbu ‘l Alla jħenn għalina f’dal-waqt traġiku tal-pandemija.

15. Nitolbu għall-familji biex fihom joktor l-Ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-imħabba, tar-rispett, tal-libertà.

16. Nitolbu għall-persuni li jidfnu lil min miet minħabba dil-pandemija.

17. Nitolbu għall-ħafna persuni li jnaddfu l-isptarijiet, it-toroq, li jbattlu l-iskart u jiġbruh mid-djar.

 

LULJU 2020

08. Omelija fis-7 Anniversarju taż-żjara li l-Papa Franġisku kien għamel f'Lampedusa.