LITANIJA LIL SAN ĠORĠ PRECA

O Sinjur Alla tagħna, Missier, Iben u Spirtu s-Santu, ftakar kemm f’ħajtu l-qaddis Saċerdot Ġorġ Preca interċeda għall-poplu tagħna u kien mismugħ minnek, ilqa’ nitolbuk dawn it-talbiet tagħna li qed inressqulek bl-interċessjoni tiegħu. Aħna persważi li Int O Alla tilqagħhom għall-imħabba li hu wriek f’ħajtu, Int li għalih kont l-oġġett waħdieni tal-qalb tiegħu.

 

San Ġorġ Preca , Benefattur kbir ta’ artna Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Sod fil-kuntrarji Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Mixgħul għal Alla Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Viġilanti fuq l-inganni Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Ġgant fil-Manswetudni Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Kolonna fl-umiltà Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Elokwenti fis-silenzju Itlob għalina

 

Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali Ħenn Għalina.

 

San Ġorġ Preca , Tiddi fis-satra Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Eżaltat fil-ħabi tiegħek innifsek Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Semmiegħ tal-Leħen-il Maħbub Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Mgħallem fis-sengħa tad-direzzjoni Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li taqra l-qlub Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li sirt kollox għal kulħadd Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li iklek li tagħmel ir-rieda ta’ Alla Itlob għalina

 

Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali Ħenn Għalina.

 

San Ġorġ Preca , Saċerdot għal dejjem bħal Melkisedek Itlob għalina

San Ġorġ Preca , bħal Mosè, meħlus mill-għarqa Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Magħżul biex tgħallem lill-poplu ta’ Alla Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int xorti għal min jiltaqa’ miegħek Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li begħtt kollox biex tikseb il-Ġawhra prezzjuża Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li bnejt darek fuq il-blat Itlob għalina 

San Ġorġ Preca , Appostlu tal-Verbum Dei Itlob għalina

 

Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali Ħenn Għalina.

 

San Ġorġ Preca , b’qalb tan-nar għal Alla Itlob għalina

San Ġorġ Preca , b’qalb tal-laħam għall-proxxmu Itlob għalina

San Ġorġ Preca , b’qalb tal-bronż għalik innifsek Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li skennejt taħt ġwienaħ l-arkanġlu Mikiel Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li fiqt bl-intercessjoni tal-ħelu Ġużeppi Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li għaraft bi profeta lill-Ferrer Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li ħabbejt lill-manswet Stiefnu Itlob għalina

 

Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali Ħenn Għalina.

 

San Ġorġ Preca , Int li għaraft lil Pawlu b’fundatur veru Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li stqarrejt li postok mal-Papa dejjem Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li minn kunjomok bniedem ta’ talb Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li rċevejt l-Arloġġ tad-deheb mill-Arkanġlu Mikiel Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li smajt it-twissija ħelwa ta’ Marija ‘Serva Silentium’ Itlob għalina 

San Ġorġ Preca , Int li f’żogħżitek tgħarrast mal-Knisja ta’ Kristu Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li bnejt għal uliedek ‘l-Arka tas-Salvazzjoni’ Itlob għalina

 

Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali Ħenn Għalina

 

San Ġorġ Preca , Int li fraħt għall-għażla tal-Battista bħala patrun Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Predikatur eminenti tal-Intenzjoni Retta Itlob għalina 

San Ġorġ Preca , Predikatur eminenti tan-Novissmi Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Predikatur eminenti tal-Ġustizzja u l-Ħniena ta’ Alla Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li imbuttajt il-karretta għall-amar tat-tfajjel Ġesù Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li xandart f’ħinu u barra minn ħinu Itlob għalina 

San Ġorġ Preca , Xandar assidwu tal-Kelma t’Alla Itlob għalina

 

Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali Ħenn Għalina.

 

San Ġorġ Preca , Xandar tal-Kelma ta’ Alla bil-kitba Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Xandar ta’ Alla bl-ezempju Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int it-tieni Missier tal-Maltin fil-fidi Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Patrijarka Buono, Umile e Mansueto Itlob għalina 

San Ġorġ Preca , Għalliem tal-Ktieb il-Kbir – il-Kurċifiss Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Għalliem tat-Tliet kotba kbar –L-Isptar, iċ-Ċimiterju u l-Kurċifiss Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li esplorajt fil-fond is-Sakrarju ta’ l-Ispirtu ta’ Kristu Itlob għalina

 

Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali Ħenn Għalina.

 

San Ġorġ Preca , Ħabbar tal-Misteri tad-Dawl Itlob għalina

Patri Franku, fl-Ordni Karmelitan Itlob għalina

Patri Franku li kont issib ir-rikreazzjoni tiegħek fl-Ewkaristija Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li ikkontemplajt il-Wiċċ ta’ Ġesù Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Appostlu tal-Pjagi ta’ Kristu Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li għext ħajja twila b’pulmun wieħed Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li għallimtna ngħidu: Grazzi Sinjur Alla u Aħfirli Sinjur Alla Itlob għalina

 

Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali Ħenn Għalina.

 

San Ġorġ Preca , Int li għadek ħaj fostna fis-Soċjetà li wellidt Itlob għalina

San Ġorġ Preca , Int li l-ħolma tiegħek kienet li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju. Itlob għalina

San Ġorġ Preca , l-Appostlu tal-Midalja Mirakoluża Itlob għalina

 

Sanctus Giorgius Preca Berikna

Sanctus Giorgius Preca Ħarisna

Sanctus Giorgius Preca Itlob ‘l Alla għalina.

 

Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali Ħenn Għalina.

Sanctus Deus, Sanctus Fortis, Sanctus Immortalis Miserere Nobis

 Agios O Teos, Agios Iskiros, Agios Atanatos Eleison Imas.