Dun Ġorġ jimbotta l-karretta bid-demel

Int li imbuttajt il-karretta għall-amar tat-tfajjel Ġesù

Nimmagina u nipprevedi li jkun hawn min jistaqsini x’ifissru dawn il-kelmiet.

Qrib is-sena 1910, tlett snin wara li kien waqqaf is-Socjeta ghall-Irgiel u fis-sena li kien qed jahseb li jibdiha fost in-nisa, Dun Gorg kien fi triqtu lejn ir-Rahal il-Gdid, bil-mixi u ghall-habta tal-5.00 pm. Kif wasal hdejn is-Salib tal-Marsa, jilmah tifel ta’ tnax-il sena jigbed karretta baxxa fuq ir-roti b’qoffa kbira mimlija demel (fertilizzant ). Dan dar fuqu u b’lehen ta’ kmand qallu: ‘Aghtini l-ghajnuna’.

Dun Gorg jghid li seta’ haseb u qal, ‘dan x’pastaz hu jordna lili sacerdot nimbuttalu qoffa bid-demel!’  Imma le, minflok jghid li hass li ghandu jaghmel kif ordnalu. Medd idejh u beda jimbotta u hass fih hena kbira u ma jafx x’gara aktar u liema direzjoni mxew.

Baqa’ mitluf jahseb x’kienet dik il-grajja, li dejjem baqa’ jsejhilha, ‘il-grajja stupenda ta’ Croce Marsa’. Hu dejjem zamm li dik kienet dehra mistika. It-tfajjel ma kienx ghajr Gesu fl-eta ta’ 12-il sena meta kien ghallem fit-tempju; il-karretta soda – il-Knisja; il-qoffa bid-demel – it-taghlim. Gesu kien qed jikkonfermalu dak li hu kien qed iwettaq.

Kien jghid lill-membri: ‘Intom kontu hemm timbuttaw mieghi. Hu qed imexxi, mela l-progett huwa tieghu, jekk jghaddini minn fuq il-ward jew minn fuq ix-xewk, hu qed imexxi.’