L-Arloġġ Mużewmin u San Mikiel

Meta San Ġorġ Preca kien għadu tifel ckejken, u allura kien għadu joqgħod il-Belt Valletta, vicin l-Auberge d'Aragon, kien mas-seftura Filomena u jgħid, taf int, kultant ikollna memorji ta' tfulitna li jibqgħu stampati f'moħħna, jgħid li ra fizzjal b'unifromi sabiha (kif żmien l-Ingliżi u min jaf x'kien jara l-belt) u resaq lejh u ħallielu f'idejh arloġġ sabih tad-deheb.   

Meta kiber staqsa dwar dan l-arloġġ imma donnu ħadd ma kien jaf xejn dwar dan l-inċident.   

 

Meta waqqaf is-Soċjetà huwa kiteb ktieb tat-talb għall-membri li jikkonsisti f'talb qasir għal kull kwarta tal-gurnata u semmiegħ Arlogg tat-Talb. Issa fehem li dik il-grajja ta' tfulitu kienet misterjuża - fis-sens li l-fizzjal sabih kien San Mikiel u l-arloġġ simboliku kien dan il-Ktieb - Manwal tat-Talb għal idejn il-membri tiegħu.  Dejjem kien jgħożż din il-grajja li għalih kienet misterjuża u profetika u dan il-ktejjeb dejjem attribwih lil San Mikiel Arkanġlu.