Laikos

 

Aktar Talbiet tal-Quddiesa ...

 

TIFKIRIET U FESTI OĦRA

29 ta’ Mejju

SAN PAWLU VI, papa

Tifkira

Antifona tad-Dħul: Il-Mulej għamel miegħu patt ta' sliem; għamlu prinċep tal-poplu tiegħu u għażlu b'qassis tiegħu għal dejjem.

Kolletta: O Alla, għajn tal-ħajja, li wrejt lilek innifsek lill-qaddej tiegħek il-Papa San Pawlu VI, misteru ta' sliem u hena; agħmel li mdawlin mill-eżempju tiegħu, nagħrfu flbnek, Ġesù Kristu, l-uniku Feddej tal-bniedem.Hu li jghix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta' dejjem.

Talba fuq l-Offerti: Noffrulek, Mulej, dan is-sagrifiċċju ta' tifħir, fit-tifkira tal-Papa San Pawlu VI, b'qalbna qawwija li bit-talb tiegħu, inkunu meħlusa mill-ħażen ta' issa u ta' li ġej u hekk niksbu l-wirt li inti wegħedtna. Bi Kristu Sidna.

Antifona tat-Tqarbin: Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.


11 ta’ Ottubru

SAN ĠWANNI XXIII, papa

Tifkira

Antifona tad-Dħul: Il-Mulej għamel miegħu patt ta' sliem qiegħdu fuq il-poplu tiegħu, u tah id-dinjità ta' qassis għal dejjem. Sir 45:24

Kolletta: O Alla ta' dejjem li tista' kollox, int qegħidt lill-Papa San Ġwanni XXIII fuq il-poplu kollu tiegħek biex jagħmillu l-ġid bil-kelma u bl-eżempju; bit-talb tiegħu ħares lir-ragħajja tal-Knisja u l-merħliet tiegħek li afdajt f'idejhom, u mexxi lill-Knisja tiegħek, omm u għalliema tal-ġnus, fit-triq tas-salvazzjoni u s-sliem. B'Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta' dejjem.

Talba fuq l-Offerti: Aħna u nġeddu t-tifkira tal-Papa San Ġwanni XXIII, se noffrulek, Mulej, il-vittma qaddisa li bis-sagrifiċċju tagħha ħfirt id-dnub tad-dinja; agħmel li din l-offerta tkun ta' ġid għalina. Bi Kristu Sidna.

Prefazju tar-Raghajja tal-Erwieħ.

Antifona tat-Tqarbin: Mulej, int taf kollox; int taf li nħobbok. Ġw 21:17

Talba wara t-Tqarbin: Mulej, Alla tagħna, agħmel li d-doni li tajtna fit-tifkira tal-Papa San Ġwanni XXIII, jaħdmu fina bil-qawwa kollha tagħhom, biex jgħinuna f'din il-ħajja li tgħaddi u jiksbulna l-hena u l-ferħ ta' dejjem. Bi Kristu Sidna.


22 ta’ Ottubru

SAN ĠWANNI PAWLU II, papa

Festa. Tingħad il-Glorja 'l Alla

Kolletta: O Alla, għani fil-ħniena, li sejjaħt lil San Ġwann Pawlu II biex imexxi 'l Knisja tiegħek; agħti lilna li msaħħin mit-tagħlim tiegħu, niftħu qalbna bil-fiduċja għall-grazzja salvifika ta' Kristu, il-Feddej waħdieni tal-bnedmin. B'Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta' dejjem.

Talba fuq l-Offerti: Se noffrulek, Mulej, is-sagrifiċċju ta' tifħir fil-festa ta' San Ġwann Pawlu II, Papa, b'qalbna qawwija li, bit-talb tiegħu, neħilsu minn kull deni, issa u għal li ġej. Bi Kristu Sidna.

Prefazju tar-ragħajja tal-erwieħ.

Talba wara t-Tqarbin: Mulej Alla tagħna, t-tqarbina li għamilna żżomm ħaj fina dak in-nar ta' mħabba li bih tħeġġeġ San Ġwann Pawlu II, Papa, biex ingħata bla heda għall-ġid tal-Knisja tiegħek. Bi Kristu Sidna.