laikos.org

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

WIEĦED MINNA - ONE of US - UNO di NOI

Favur il-Ħajja Umana

 

Servizz kbir lill-Knisja u lis-soċjetà ...

In-Nunzju tal-Vatikan fil-Ġnus Magħquda, Mons Silvano Maria Tomasi qal lill volontari ta’ “Uno di Noi” (Wieħed Minna): “Qed tagħmlu servizz kbir lill-Knisja u lis-soċjetà”

Rimini, 22 Awwissu 2013 (Zenit.org)

 Il-Papa Benedittu XVI ukoll kien tkellem dwar din l-inizjattiva

"Insellem lill-Moviment għall-Ħajja u nawguralhom suċċess fl-inizjattiva “Wiehed Minna”.  Grazzi. Jalla l-Ewropa tkun dejjem il-post fejn kull bniedem ikun imħares fid-dinjità tiegħu."

Angelus, 3 ta' Frar 2013.

IFFIRMA ONLINE  ikklikkja hawn

EĦFEF TIFFIRMA ONLINE

Ikun eħfef għalik u għall-organizzaturi jekk inti tiffirma direttament online.  Dan tista’ tagħmlu billi tidħol f’dan is-sit …

https://ec.europa.eu/citizens-initiative/ECI-2012-000005/public/index.do?initiativeLang=mt.

Wara ikklikkja fuq il-kelma Support. Mill-fomrola li tinfetaħ għażel il-pajjiż Malta, imbagħad kompli biex timla il-kumplament tal-formola.

Jekk ikollok xi diffikulta ċempel fuq 77214663 jew ikteb email:-

ederico.figallo@gmail.com.

Il-Papa Franġisku dwar l-inizjattiva, “One of Us” 

"Insellem lill-parteċipanti tal-Mixja għall-ħajja li saret dalgħodu f’Ruma u nistieden lil kulħadd biex ikomplu jkunu attenti fuq din it-tema tant importanti tar-rispett għall-ħajja umana sa mill-ewwel mument tat-tnissil. F’dan ir-rigward, irrid insemmi l-ġbir ta’ firem li qed isir fil-parroċċi Taljani biex jagħtu appoġġ għall-inizjattiva “Wieħed Minna” (Uno di Noi) fl-Ewropa u li hi maħsuba biex tiggarantixxi protezzjoni legali lill-embrijun, li tipproteġi lil kull bniedem sa mill-ewwel mument tal-eżistenza tiegħu.  Mument speċjali għal dawk li għandhom għal qalbhom id-difiża tal-qdusija tal-ħajja umana se jkun “Jum l-Evanġelium Vitae”, li ser isir hawn fil-Vatikan fil-15 u s-16 ta’ Ġunju li ġej, fil-kuntest tas-Sena tal-Fidi." 

Papa Franġisku, Regina Coeli, 12 ta' Mejju 2013.


FORMOLA GĦALL-ĠBIR TAL-FIREM

◄  Biex tniżżel formola għall-firem favur l-inizjattiva WIEĦED MINNA, ikklikkja hawn.

 

 

NOTI IMPORTANTI:

Il-firmatarji għandhom ikunu ĊITTADINI ADULTI (18+) TAR-REPUBBLIKA TA' MALTA u d-dettalji mitluba għandhom jitniżżlu KOLLHA U B'ITTRI KBAR.

Għal persuni b'ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea dawn mitluba jappoġġaw l-inizzjattiva billi jżuru http://www.oneofus.eu. F'każ ta' bżonn jistgħu jidħlu f'kuntatt mal-koordinatur nazzjonali. Min mhux ċittadin tal-UE ma jistax jiffirma.

Dawn il-formoli għandhom jintużaw biss sa nofs Ottubru, l-aħħar ħmistax ta' Ottubru għandhom jintużaw jew il-formoli uffiċjali approvati mill-Kummissjoni Ewropea jew is-sistema fuq l-internet direttament. Dan minħabba l-ħin rikjest biex nipproċessaw il-formoli li qed ngħaddilek ma' dan il-messaġġ.

Formoli mimlija ghandhom ikunu mibgħuta lil Dr Edric Micallef Figallo, fl-indirizz:- Edric Micallef Figallo, 103/8, Rohan Flats, Triq Belvedere, Gżira GZR1115.

Min jixtieq jgħin fil-ġbir tal-firem jew għal aktar informazzjoni żur http://www.oneofus.eu jew ikteb lill-koordinatur nazzjonali, l-avukat Edric Micallef Figallo, fuq ederico.figallo@gmail.com, jew ċempillu fuq 77214663.

Nitolbuk tiffirma biex ...

fl-Unjoni Ewropea jkun hemm ...

Protezzjoni ġuridika tad-dinjità, id-dritt għall-ħajja u l-integrità ta’ kull persuna umana mill-konċepiment f’dawk l-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE li fihom l-istess protezzjoni hija ta’ importanza relevanti”,

u biex ...

L-embrijun uman jistħoqqlu r-rispett għad-dinjità u l-integrità tiegħu. Dan kien konfermat fis-sentenza tal-QĠUE (Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea) fil-każ ta’ Brustle vs. Greenpeace, li fiha l-embrijun uman ġie definit bħala l-bidu tal-iżvilupp tal-bniedem. Biex tiggarantixxi koerenza fis-setturi tal-kompetenza tagħha, fejn il-ħajja hija mhedda l-embriju uman, l-UE għandha tistabbilixxi projbizzjoni u twaqqaf darba għal dejjem il-finanzjament ta’ attivitajiet li jinvolvu qerda tal-embrijun uman, partikolarment f’oqsma ta’ riċerka, għajnuna għall-iżvilupp, u sanità pubblika.


WIEĦED MINNA

ONE OF US bl-Ingliż jew UNO DI NOI bit-Taljan, hija inizzjattiva taċ-ċittadini Ewropej li qegħda tipproponi li l-Unjoni Ewropea ma tiffinanzjax attivitajiet u programmi li jwasslu għall-qerda tal-embrijun uman.

WIEĦED MINNA hija mbuttata minn movimenti favur il-ħajja minn madwar l-Unjoni Ewropea. Bl-appoġġ tiegħek int tgħin fid-difiża tal-ħajja umana innoċenti fejn jidħlu lkompetenzi tal-Unjoni Ewropea, biex b'hekk titkattar aktar kultura favur il-ħajja biex kull bniedem li għadu ma twelidx jitqies tassew bħal ma hu: “WIEĦED MINNA”.


L-ISQOF MARIO GRECH

"Din hija inizjattiva nobbli ..."

"Fl-Unjoni Ewropea bħalissa għaddejja dik li tissejjaħ European Citizens’ initiative ONE OF US biex jingabru firem bizzejjed biex il-Parlament Ewropew jiġi mgħarraf li aħna ċ-ċittadin Ewropej inzommu li l-embrijun huwa wieħed minna u għalhekk għandu jiġi protett bil-ligijiet. Din hija inizjattiva nobbli u importanti li wieħed jiffirmaha biex l-Ewropa ma tittradixxix iċ-ċivilta’ tagħha favur il-ħajja. Inħeġġeġ lill-Azzjoni Kattolika biex taħdem aktar ħalli jkun kotran l-għadd ta’ dawk li jiffirmaw din l-inizjattiva."

Aqra d-diskors kollu >

Is-Segretarjat għall-Lajċi wkoll qed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Inizjattiva WIEĦED MINNA!  U inti, x’se tagħmel?