JIENA NAĦFIRLEK

Gwida ta’ tagħlim u tagħrif dwar Is-Sagrament tal-Qrar

Thomas Moore ofm. conv.

4 ta’ Ottubru 2015 

Tifkira tas-Sena tal-Ġublew ta’ Wiċċ il-Ħniena

 MALTA 2015

 

MIġjub fil-Laikos bil-permess ġentili tal-Awtur

Typing għal-Laikos minn Carmen Galea

 


 

Messaġġ ta' Monsinjur Arċisqof

Patri Thomas Moore Ofm Conv. wara li tana l-ktieb tiegħu "JIENA HU — la tibżgħux", ġabriet ta' tagħlim dwar l-Ewkaristija Mqaddsa, issa qed jerġa jistampa dan il-ktieb dwar is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni u naħseb li hu tant opportun għal din is-Sena tal-Ħniena.

Bla dubju il-ktieb 'Jiena Naħfirlek' jitkellem dwar il-maħfra u kif kont qsamt magħkom fl-ittra pastorali tar-Randan ta' din is-sena, ippreżentajt il-maħfra fmumenti:

l-ewwel mument huwa li meta nitlob maħfra qiegħed nimpenja ruħi li nirbaħ bit-tajjeb ilażin li hemm fija u madwari. Hekk vizzju ħażin fil-ħajja tiegħi nirbħu biss billi nbiddlu b'għażliet aħjar; drawwa ħażina nkeċċiha 'l barra bi drawwiet tajbin. Il-maħfra tfisser ukoll li min jagħmilli l-ħsara mhux se npattihielu, għax jekk nagħmel hekk ma nkunx qed nirbaħ ilażin bit-tajjeb, iżda nkun qed nidħol f’ċirku vizzjuż ta' tpattija u forsi anke vjolenza li tiġġenera iżjed tpattija u vjolenza.

It-tieni mument tal-maħfra huwa li nifhem li dak li għamilt ħażin hemm bżonn li niftaħlu l-bieb biex jrog minn ħajti. Il-kelma ta' Ġesù lill-mara li nqabdet fid-dnub kienet "Mur, u mil-lum 'il quddiem tidnibx iżjed" (Ġw 8, 11). Il-kelma mur kienet kelma ta' ħelsien li permezz tagħha l-mara kellha d-dritt tibqa' tix għaliex Ġesù ma kkundannahiex għall-mewt. Imma Ġesù jgħidilha wkoll biex ma terġax tidneb, biex tbiddel ħajjitha, biex tagħmel li tista' biex tgħix aħjar. U dan I-impenn jevita li aħna nabbużaw mill-ħniena t'Alla jew li nersqu lejn is-Sagrament tal-Qrar bħala xi ħaġa li hija grazzja faċli.

It-tielet mument fil-maħfra hija I-kapaċità li dak li nitlob lill-Mulej inkun nista' naqsmu ma' ħuti, "Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru Iil min hu ħati alina" (Mt 6, 12). Jiena għandi jkolli l-wiċċ immur quddiem il-Mulej, mgħobbi bi dnubieti, u nitolbu maħfra biss jekk nimpenja ruħi li nitlob lill-Mulej jaħfirli biex jiena wkoll naħfer Iil min hu midjun miegħi. U għalhekk, it-tielet mument fdin it-triq tal-maħfra hija d-disponibilità tiegħi li naqsam ma' ħaddieħor dak li qed nirċievi mingħand il-Mulej. Hu jaħfirli u għalhekk jien irrid naħfer Iil ħaddieħor. Hekk insir tassew Wild il-Missier.

Ejjew nieħdu din I-opportunità li qed tagħtina din is-Sena Mqaddsa tal-Ħniena biex nersqu lejn is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Nawguralkom li dan il-ktieb jiffaċilita l-laqgħa tagħkom mal-Knisja u ma' Ġesù, fuq kollox ma' Ġesù, biex tkun dejjem laqgħa li ġġibilkom fejqan, serħan u paċi.

 

Charles J. Scicluna Arċisqof ta' Malta

8 ta' Diċembru 2015 Kuria Arċiv.

Floriana

 

 


 

DAĦLA

Il-Knisja, biex iġġib 'il quddiem r-rikonċiljazzjoni u l-penitenza, għandha mezzi ewlenin, mogħtijin lilha mill-istess Fundatur taghha: il-katekeżi u s-Sagramenti. Il-Knisja dejjem qieset li dawn iż-żewġ mezzi jaqblu sewwa mal-ħtiġijiet tal-missjoni tagħha ta' salvazzjoni, u fl-istess ħin iwieġbu tajjeb ħafna għal dak li jitolbu u jinħtieġu fir-ruħ il-bnedmin ta' kull żmien. (ara Rec. et Paen., n. 24).

L-ewwel pass meħtieġ biex il-bniedem jerġa' lura lejn Alla hu li jagħraf id-dnub tiegħu - li hu midneb, li jista' jidneb, li miġbud għad-dnub. Imbagħad, biex jitħabbeb ma' Alla, jeħtieġlu jinfatam mill-qagħda tad-dnub li fiha jkun waqa'; jeħtieġlu jagħmel penitenza jindem u juri ruħu li qabad it-triq biex jerga' lura għand il-Missier: "Missier, dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek" (Lq.15, 18-21).

Hawn tidħol il-pastorali tal-Knisja Omm u Għalliema li trid taqdi l-ministeru ta' rikonċiljazzjoni u penitenza. Hija għandha mandat mill-Fundatur biex tgħallem il-verità (Mt. 28, 20; ara Redem.Missio, 5). Biex taqdi dan l-uffiċċju trid tħaddem il-katekeżi ta' (a) rikonċiljazzjoni u (b) ta' penitenza. Din il-katekeżi trid tkun mibnija fuq il-Bibbja, l-aktar fuq it-Testment il-ġdid, biex aħna nifhmu l-patt ta' Alla magħna fi Kristu li fdiena u ħabbibna mal-Missier (ara Gw.,16).

II-katekeżi ta' rikonċiljazzjoni trid twassal għall-maħfra kemm mingħand Alla - il-Knisja li tibqa' taħfer, mhux għal darba, imma għal sebgħa u sebgħin darba (Mt. 18, 21), kif ukoll bejnietna - wieħed jinħafrulu dnubietu daqskemm hu jaħfer Iil min hu ħati għalih (Mt.6, 12). Imbagħad, il-katekeżi ta' penitenza trid turi ċar il-ħtieġa tal-bidla jew konvejoni, kif hi mfissra tajjeb fil-parabbola ta' "L-lben il-Ħali" (Lq. 15,17-19).

Din il-forma ta' katekeżi hija meħtieġa llum, forsi iżjed minn qatt qabel, għaliex aħna ma tantx naslu biex nammettu I-iżbalji tagħna, donnu min-natural tagħna li ma naċċettawx penitenza.

II-mezz I-ieħor imwaqqaf minn Alla u mħolli f'idejn il-Knisja għall-ħidma pastorali tagħha, huwa s-Sagramenti. F'kull Sagrament wieħed jista' jitqanqal għall-penitenza, għaliex kull Sagrament, minbarra I-grazzja li jagħti, huwa sinjal ta' penitenza u rikonċiljazzjoni. Fost dawn is-seba' Sagramenti hemm il-QRAR, li mhux biss jaħfer id-dnubiet, imma jsejjaħ ukoll għall-konverżjoni, għar-rikonċiljazzjoni u għall-penitenza (ara Rec. et Paen. n.27).

L-Ewkaristija u I-Qrar huma żewġ għejun ewlenin ta' rikonċiljazzjoni fil-ħajja nisranija. Mill-Konċilju Vatikan Il 'l hawn, il-Knisja tefgħet għeruqha ta' għarfien u apprezzament fl-Ewkaristija. Sensiela ta' bidliet fir-rit saħħet iżjed il-qawwa tal-Ewkaristija biex tgħaqqad I-individwu mal-Ġisem ta' Kristu. Imma mhux hekk ġara mis-Sagrament tal-penitenza, il-Qrar, li donnu safa bla bżonn; il-ħtieġa tiegħu qajl qajl donnha naqset kemm min-naħa tal-kleru kif ukoll min-naħa tan-nies.

II-fehmiet fundamentali tal-Knisja dwar is-Sagrament tal-Qrar ġew imtennija matul iż-żmenijiet kollha fil-kitbiet tal-papiet. II-Papa San Ġwanni Pawlu Il kemm-il darba tenna dwar dawn il-fehmiet fid-diskorsi tiegħu. FI-Eżortazzjoni Apostolika "Reconciliatio et Paenitentia" il-Papa ried jiġbor fil-qosor u jniżżel I-iswed fuq I-abjad dawn il-fehmiet jew konvinzjonijiet, biex b'hekk ineħħi kull dubju li dan is-Sagrament tal-Qrar jista' jonqos; mhux biss, imma wkoll isaħħaħ il-fidi u jqawwi t-tama biex aħna nersqu lejn is-Sagrament tal-Qrar mimli bl-imħabba u I-ħniena tal-Mulej għalina bnedmin, li ma jridx il-mewt tal-midneb, imma li jindem u jgħix (Eż 18, 23).

L-ewwel konvinzjoni: is-Sagrament tal-Qrar huwa t-triq li minnha jrid jgħaddi kulħadd bħala regola, biex jikseb il-maħfra u jitneħħewlu d-dnubiet mejta li jkun għamel wara I-Magħmudija. Ikun iblah u prużuntuż min jippretendi I-maħfra mingħajr ma jersaq lejn dan is-Sagrament.

It-tieni konvinzjoni: dan is-Sagrament għandu sura ta' ġudizzju - iżjed minn tribunal ta' ġustizzja iebsa, huwa tribunal ta' ħniena u maħfra. F’dan is-Sagrament insibu wkoll is-sura terapewtika jew mediċinali. Kristu stess jidher bħala t-tabib: ‘’Mhux dawk li huma b’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda’’ (Lq. 5,31). Dan is-Sagrament fih innifsu huwa msejjaħ bħala duwa. (Ordo Paen. n6c)

It-tielet konvinzjoni: kull ħaġa li jrid jagħmel il-penitent fil-Qrar hi meħtieġa jew biex is-Sagrament ikun jiswa, jew biex ikun sħiħ, jew biex ikun ta' ġid, pereżempju: is-sogħba, l-istqarrija tad-dnubiet, it-tewba. Min-naħa tal-konfessur hi meħtieġa l-assoluzzjoni (ara Rec. et Paen. n. 31).

Filwaqt li l-kelmiet ta' San Pietru: "Kunu Ikoll fehma waħda... "(1 Pt. 3,8) huma twissija xierqa għall-konfessuri, l-kelmiet tal-lmgħallem Gesù: "Ejjew għandi, intom ilkoll imtaqqlin u mħabbtin, u jiena nserraħkom" (Mt. 11, 26-30) huma bħala balzmu fuq il-ferita ta' ruħna mgħobbija bil-ħtija.

Dan il-ktejjeb qiegħed biex jagħti stampa ċara ta’ x’inhu s-Sagrament tal-Qrar filwaqt li jpoġġih f’postu biex aħna naraw il-qawwiet speċjali tal-grazzja li jagħti flimkien mal-fejqan li joħroġ minnu.

 

Ħu f’idejk u aqra.

Thomas Moore ofm. conv.

4 ta’ Ottubru 2015.

 

 


 

KAP 1

IL-QRAR ILLUM

Għaliex hu meħtieġ is-Sagrament tal-Qrar?

Għaliex aħna, bħala bnedmin, inġorru l-ħajja ġdida tagħna fi Kristu, u din inġorruha f'ġarar tal-fuħħar (ara 2Kor.4,7). Minħabba li aħna mġarrbin mit-tbatija, il-mard u l-mewt, din il-ħajja tista' tiddgħajjef u tintilef ukoll permezz tad-dnub (ksur tal-li ta' Alla). Għalhekk, il-Mulej Gesù li ħafer id-dnubiet tal-mifluġ u tah is-saħħa (Mk. 2, 1-12), ried li l-Knisja tiegħu tkompli, bil-qawwa tal-lspirtu s-Santu, il-ħidma tiegħu ta' fejqan u ta' salvazzjoni mal-membri tal-Ġisem tiegħu (ara Redem. Missio, 28). Dan hu l-għan ewlieni tas-Sagrament tal-Qrar: il-fejqan.

 

Min għandu jqerr?

‘’Kull nisrani li jasal għall-età tar-raġuni għandu iqerr tal-anqas darba fis-sena’’ (Konċ Trid. D. S. 1683; Kan.989) .

Min jaf li għamel dnub mejjet, m’għandux jersaq jitqarben, ukoll jekk iħoss sogħba kbira, qabel ma jkun rċieva l-assoluzzjoni sagramentali (D. S. 1647), sakemm ma jkunx hemm raġuni gravi biex jitqarben u ma jkunx jista’ jersaq għall-Qrar (Kan.916). Fil-każ għandu jagħmel indiema perfetta bil-proponiment li jfittex iqerr.

 

X’irridu nqerru?

Wieħed li jkun irid jikseb ir-rikonċiljazzjoni ma’ Alla u mal-Knisja, irid jgħid lill-konfessur id-dnubiet mejta kollha li għadu ma qerrhomx u li jiftakarhom wara li jagħmel eżami serju tal-kuxjenza. Għalkemm mhux meħtieġ, il-qrar tad-dnubiet venjali hu rrikkmandat ħafna mill-Knisja (KKK 1493).

 

Kif għandna nqerru?

Li tqerr mhix dejjem ħaġa ħafifa, xi drabi ma nafux x’naqbdu ngħidu, jew ma nħossux il-bżonn li mmorru għand is-saċerdot. Lanqas ma hija ħafifa li tqerr sewwa; illum, bħal fl-imgħoddi, id-diffikultà hija kif tiġbed l-attenzjoni mill-ġdid ta’ ħsieb, kelma u għemil li ħaqqhom kastig għax kontra l-Vanġelu. Għandna bżonn ta' mixja ta' konvejoni ġenwina. Din tinħtieg kemm fl-aspett negattiv - li wieħed jinħeles mid-dnub, kif ukoll fl-aspett pożittiv - li wieħed jagħmel it-tajjeb billi jaċċetta I-valuri tal-etika minquxin fil-liġi naturali li hija arsa u msaħħa fl-istess Vanġelu. F'dan il-kuntest trid tinftiehem I-għożża ta' tiġdid u ċ-ċelebrazzjoni qawwija tas-Sagrament tal-Qrar fit-tifsira profonda tagħha (ara TMA n.50).

Il-mixja tibda billi tisma' leħen il-Mulej; imbagħad jiġi I-eżami tal-kuxjenza, I-indiema, I-istqarrija tad-dnubiet lill-konfessur. Wara dan tiġi I-ħniena tal-Mulej bl-għoti tal-assoluzzjoni, ir-radd il-ħajr għall-maħfra tad-dnubiet u I-fehma sħiħa għal ħajja aħjar flimkien mar-rieda li ssir it-tewba (I-penitenza) bħala tpattija.

Il-qrara sagramentali (tissejjaħ  penitenza jew rikonċiljazzjoni), hija vera u tabiħaqq Sagrament imwaqqaf minn Gesù Kristu li bih, meta jsiru I-kundizzjonijiet meħtieġa, jiġu maħfura d-dnubiet magħmula wara I-Magħmudija (Mk. 2,10; Gw. 20,21-23; Mt. 16,19).

Meta ngħidu qrara sagramentali ma jfissirx kull qrara jew stqarrija magħmula għand xi ħadd, bħal ngħidu aħna għand xi psikologu, jew bħal meta tikxef sigriet ma' xi ħabib, ukoll jekk dan ikun saċerdot. Il-qrara sagramentali hija I-akkuża ta' dnubietek magħmula għand saċerdot konfessur, bl-intenzjoni li taqla' mingħandu I-maħfra (I-assoluzzjoni sagramentali) bil-an li taqla' I-maħfra mingħand Alla.

 

X'jiswa I-Qrar ghalija?

Il-Qrar għandu jgħinni (mhux biss biex neħles mid-dnub u niu I-maħfra), biex nagħraf id-dgħufija tiegħi permezz tad-dnub li għamilt, nistmell I-imgħoddi u I-kawża li biha jien waqajt fid-dnub; imma, u iżjed ukoll, biex nikxef u nara s-sinjali tal-grazzja ta' Alla li għadhom jidhru quddiemi b'wirja ta' ħniena u mħabba ta' dan il-Missier lejja.

alhekk, il-Qrara tiegħi trid tkun mhux biss stqarrija ta' dnubieti, imma wkoll stqarrija tal-fidi tiegħi u innu ta' tifhir Iil Alla Missierna, għax f'dan is-Sagrament Huwa jagħmel ħwejjeġ kbar magħna wliedu, meta jagħtina I-grazzja tieu, li hija I-maħfra, il-ħniena u I-imħabba. B'hekk nerġgħu nsiru dak li konna qabel: "Dan hu ibni I-għażiż, fih sibt I-għaxqa tiegħi’’ (Mt. 3, 17). Din hija, fi ftit kliem, it-tifsira tar-rikonċiljazzjoni.

 

Kif tissejjaħ din il-Qrara?

Tissejjaħ is-Sagrament tal-Qrar.

II-Qrar hu Sagrament għax hu kanal tal-grazzja ta' Alla. Għalhekk, minħabba f'dak li hu, dak li jfisser u dak li jagħti, jissejjaħ ukoll b'ismijiet oħra:

Is-Sagrament tal-indiema, għaliex I-indiema hija meħtiega għall-maħfra tad-dnub (Mk. 1 ,1 5) u I-mixja lura lejn il-Missier (Lq. 15, 18);

Is-Sagrament tal-konverżjoni, għaliex kull qrara trid tkun konverżjoni tabilħaqq: "Mur, tidnibx iżjed' (GW. 8, 10-1 1).

Is-Sagrament tal-bżonn, għaliex il-penitent irid jgħid dnubietu lill-konfessur, għaliex iħoss il-bżonn li jitlob maħfra Iil Alla (Lq. 15,18);

Is-Sagrament tal-maħfra, għaliex permezz tal-assoluzzjoni tal-konfessur Alla jagħti I-maħfra tad-dnubiet lill-midneb (Lq. 5,20);

Is-Sagrament tar-rikonċiljazzjoni, għaliex f'dan is-Sagrament il-midneb jerġa' jitħabbeb ma' Alla u ma' ħutu I-bnedmin u mal-Knisja (2Kor. 5,20).

 

Hemm xi kondizzjonijiet għall-maħfra tad-dnubiet?

II-kondizzjonijiet meħtieġa biex wieħed jaqla' l-maħfra tad-dnubiet magħmula wara I-magħmudija huma: I-indiema tad-dnubiet, il-proponiment li wieħed ma jerġax, I-istqarrija tad-dnubiet lill-konfessur, ir-rieda tajba li wieħed jaċċetta li jagħmel it-tewba u I-assoluzzjoni mingħand il-konfessur.

Fis-Sagrament tal-Qrar jiġu maħfura d-dnubiet magħmula wara I-Magħmudija; dawk magħmula qabel il-Maghmudija jiġu maħfura bl-istess Sagrament tal-Magħmudija.

 

Is-Sagrament tal-Qrar bħala rikonċiljazzjoni.

Mill-bidu tat-testment il-Ġdid 'l hawn il-messaġġ ta' Ġesù huwa wieħed: ir-rikonċiljazzjoni tana ma' Alla Missierna. F'dan id-dawl ta' rikonċiljazzjoni tispjega ruħha I-istorja tal-lben ta' Alla magħmul bniedem għalina: I-Għimmanu-el. Hekk it-twelid tal-Messija u Salvatur seħħ biex jifdi lill-poplu minn dnubiethom: 'Hi jkollha Iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva I-poplu tiegħu minn dnubiethom" (Mt. 1 ,21). F'ħajtu Ġesù ppriedka l-maħfra u l-indiema: ‘’Indmu għax is-saltna tas-smewwiet waslet’’ (Mt. 4 17). Huwa miet għal kulħadd; bil-mewt tiegħu ġieb ir-rebħa fuq id-dnub: ‘’Agħmlu l-qalb. Jien rbaħt id-dinja’’ (Ġw. 16,33). San Pawl kompla jgħid: ‘’Kien mogħti għall-mewt għal dnubietna u mqajjem għall-ġustifikazzjoni tagħna (Rum.4. 25). Inżul l-Ispirtu s-Santu nhar Pentekoste huwa ġrajja ta’ importanza kbira għalina, għaliex jagħmel sehem mill-misteru tas-salvazzjoni tagħna: ‘’Meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu intom tirċievu l-qawwa u tkunu xhieda tiegħi sa truf l-art’’ (Atti 1, 8). Hekk ukoll il-bidu tal-Knisja kien sejħa u messaġġ tar-rikonċiljazzjoni. Dan jidher tajjeb fl-Atti tal-Appostli: ‘’Indmu u u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta’ Ġesù Kristu għall-maħfra tad-dnubiet’’ (Atti 2, 38).

Ir-rikonċiljazzjoni min-naħa ta’ Ġesù: l-imħabba u l-maħfra, huma bla tarf: ‘’Ma ngħidlekx sa seba’ darbiet, imma aħfer sa sebgħa u sebgħin darba’’ (Mt. 18,22). Din hi t-tema tat-Testment il-Ġdid kollu.

 

 


 

KAP 2

IS-SAGRAMENT TAL-QRAR

 

It-tifsir tas-Sagrament

Sagrament huwa sinjal (oġġett, azzjoni) sensibbli li, imwaqqaf minn Sidna Ġesù Kristu, għandu s-saħħa li jfisser u jagħti I-grazzja santifikanti il-grazzja qaddiesa. II-grazzja santifikanti jew qaddiesa hija d-don li Alla jagħtina b'xejn mill-ħajja qaddisa tieu biex ifejjaqna mid-dnub u jqaddisna.

 

Kull Sagrament jiġbor fih erba' elementi:

1) is-sinjal estern li jista' jidher bis-sensi

2) il-bidu jew meta Ġesù Kristu waqqaf is-Sagrament

3) is-sinjal li jfisser il-grazzja santifikanti

4) dan is-sinjal naturali jagħti I-qawwa sopranaturali

II-Qrara hija Sagrament tabilħaqq magħżul mill-Magħmudija (Kon. Trid. D.S.1701, 1702).

 

Is-sinjal sensibbli tas-Sagrament tal-Qrar.

Biex wieħed jagħmel is-Sagrament tal-Qrar (u għal kull Sagrament ieħor) għandu bżonn tliet ħwejjeg li I-katekiżmu ta' San Piju X jseilhom:

 

Materja, forma u ministru.

II-materja (oġġett jew azzjoni sensibbli) meħtieġa skont is-Sagrament li jkun: (I-ilma naturali, il-ħobż u I-inbid, iż-żejt). II-materja tal-Qrar tinsab fl-azzjonijiet tal-penitent: I-indiema, il-proponiment, I-istqarrija tad-dnubiet u r-rieda li ssir it-tewba. San Tumas D'Aquino u t-teoloġi jsejħulhom kważi materja għaliex ma fihomx I-oġġett materjali (Kon. Trid.D.S.914; ara KKKn. 1450).

 

II-forma, jew dak il-kliem li qal Kristu direttament jew il-Knisja. II-kliem flimkien mal-materja jagħmlu s-sinjal tas-Sagrament. II-forma essenzjali tal-Qrar tinsab fil-kelmiet tal-assoluzzjoni: "Jiena naħfirlek dnubietek fl-isem tal-Missier, u tal-lben u tal-lspirtu s-Santu".

 

II-ministru huwa s-saċerdot konfessur li jaħfer f'isem Kristu u I-Knisja tiegħu, mogħni bil-ġurisdizzjoni xierqa skont il-Kanoni tal-Knisja (ara n.965; 969, par 1).

Sabiex dan is-Sagrament ikun validu, m'hemmx għalfejn li I-ministru jkun fil-grazzja ta' Alla; hu biżżejjed u meħtieg li jagħmel ir-rit skont il-forma, u li jkollu I-intenzjoni li jagħmel dak li trid il-Knisja.

 

II-Qrar jissejjaħ Sagrament tal-mejtin.

Is-Sagramenti jinqasmu hekk: tal-mejtin u tal-ħajjin. Is-Sagramenti tal-mejtin huma:

il-Magħmudija u I-Qrar. Is-Sagramenti talajjin huma: il-Griżma tal-lsqof, I-Ewkaristija, id-Dlik tal-Morda, l-0rdni Sagri u ż-żwieġ.

Tal-ewwel jissejħu Sagramenti tal-mejtin għaliex jistgħu jirċevuhom dawk li, għalkemm jgħixu fiżikament, huma mejtin għall-ħajja tal-grazzja minħabba d-dnub il-mejjet. Dawn is-Sagramenti jħassru d-dnub u jagħtu I-grazzja santifikanti, li hija I-ħajja tar-ruħ.

L-oħrajn jissejħu s-Sagramenti tal-ħajjin għaliex kull min jirċevihom irid ikun ħaj fil-grazzja (u mhux fid-dnub il-mejjet). F'każ mhux tas-soltu is- Sagramenti tal-ħajjin jistgħu jagħtu I-grazzja santifikanti, pereżempju, meta wieħed jirċievi s-Sagramenti tal-ħajjin filwaqt li nesa li kellu dnub mejjet, li tiegħu għandu ndiema ġenerali; f'dal-każ is-Sagrament iħassarlu d-dnub u jagħtih il-grazzja santifikanti.

Ta' min ikun jaf tajjeb li min jirċievi Sagrament tal-ħajjin fil-waqt li jaf li mhux fil-grazzja ta' Alla, jagħmel dnub mejjet ta' sagrileġġ.

 

 

L-effett tas-Sagrament tal-Qrar

II-Qrar, u s-Sagramenti I-oħra kollha, bir-rieda ta' Ġesù Kristu, mhux biss ifissru I-grazzja, imma għandhom il-grazzja u jgħadduha Iil min jiréevihom, sakemm dan ma jkollux xi impediment li jfixklu, bhal meta wieħed ma jridx jirċievi s-sagrament.

Fis-Sagrament tal-Qrar, u fis-Sagramenti l-oħra kollha, ikun hemm impediment meta jonqos jew ikun difettu2 xi wiehed mill-elementi essenzjali li jiffurmaw is-Sagrament: materja, forma, ministru.

Kull Sagrament huwa kawża vera li jagħti l-grazzja, ukoll jekk huwa kawża strumentali; is-Sagramenti jaħdmu fina bil-qawwa tagħhom imfissra fir-rit sagramentali li għandhom fihom mogħtija mill-istess Awtur Ġesù Kristu. Din il-qawwa tissejjaħ ex opere operato.

L-effett u l-għan tas-Sagrament tal-Qrar huwa li jroddna lura għall-grazzja ta' Alla u jgħaqqadna miegħu bi ħbiberija mill-akbar (Catec.Rom2,5, 18) ); iġib il-paċi u s-serħan fil-kuxjenza flimkien ma' faraġ spiritwali tassew (Kon. Trid.D.S.1674); irodd lura d-dinjità u l-ġid ta' ħajja ta' wlied Alla (Lq. 15,32), iħabbibna mill-ġdid mal-Knisja li tkun batiet minħabba fid-dnubiet tal-membri tagħha(1 Kor.12,26).

Minbarra l-maħfra mill-piena ta' dejjem (dnubiet mejta) u mill-pwieni taz-żmien jagħtina wkoll għajnuniet spiritwali għat-taqbida nisranija (ara Rec. et Paen.n3)

 

 


 

KAP 3

ID-DNUB

X'inhu d-dnub?

Id-dnub huwa offiża lil Alla bil-ksur tal-liġi tiegħu: "Kontrik biss jiena dnibt" (Salm 51 ,6; ara KKK 1849)

Ta' min ikun jaf li l-gravità tal-offiża hija marbuta mal-għarfien li wieħed għandu ta' Alla u tad-dmirijiet tiegħu. Il-gravità tal-istess dnub magħmul minn tifel jew wieħed kbir nieqes mit-tagħlim u dak magħmul minn teologu jew minn ruħ mogħnija b'xi grazzja speċjali, mhix xorta waħda.

 

Suriet tad-dnub

Id-dnubiet jistgħu jkunu ta' iżjed minn għamla waħda skont l-oġġett tagħhom bħala għemil tal-bniedem. Id-dnub, biex jissejjaħ hekk, irid ikun għemil tassew ta' bniedem.

Id-dnub jista' jkun oriġinali u attwali. Id-dnub oriġinali huwa dak li għamel Adam

bħala kap u ras il-bnedmin kollha, meta abbuża mil-libertà tiegħu u ma obdiex il-kmand ta' Alla (Gen. 2,17; 3,1 1 ). Dan id-dnub jgħaddi mingħandu f'kull bniedem bħala iben imnissel minn Adam, minn ġenerazzjoni għal oħra: "Bid-diżubbidjenza ta' bniedem wieħed, il-ħafna saru midinbin"(Rum. 5, 19).

Id-dnub attwali, jew personali, huwa dak li wieħed jagħmel minn rajh sa minn meta jilħaq l-użu tar-raġuni. Id-dnub jeżisti, u ma tistax taħbih jew tinjurah. Biex tifhem x'inhu u kemm hu ikrah, l-ewwel trid tagħraf ir-rabta kbira li hemm bejn Alla u l-bniedem: "Nagħmlu l-bniedem fuq is-sura u x-xbieha tagħna" (Gen. 1 ,26-28); "Alla hekk ħabb id-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem" (GW. 3, 16; ara Dei Verbum n.3).

Id-dnub attwali jista' jsir b'erba' modi:

i bil-ħsieb,

ii bil-kliem,

ii bil-għemil,

iv bit-tħollija tal-għemil.

Dawn jistgħu jkunu kontra Alla, kontra l-proxxmu u kontra tagħna nfusna. Id-dnub attwali jista' jkun mejjet (kbir) jew venjal ghir) (ara 1 Gw. 5,16-17).

 

Id-dnub il-mejjet

Id-dnub il-mejjet isir meta wieħed jikser il-liġi ta' Alla f'ħaġa tassew kbira, ikun jaf sewwa x'inhu jagħmel, u jrid hekk minn rajh ( Rec. et Paen. n.17 ).

Biex id-dnub ikun mejjet hemm bżonn li l-għemil imwettaq ikun uman, magħmul b'rieda ħielsa ta' min jagħmlu, u dan jagħraf sewwa t-tajjeb jew il-ħażin ta' dak li jagħmel. Imbagħad, il-bniedem isir responsabbli u l-awtur ta' dak li jagħmel tajjeb jew ħażin, li jistħoqqlu l-premju jew il-kastig. Id-dnub il-mejjet huwa nuqqas kbir tal-imħabba lejn Alla.

 

X'jeħtieġ għad-dnub il-mejjet?

Biex wieħed jgħid meta hu dnub mejjet, hemm bżonn tliet elementi flimkien:

Il-materja tkun gravi, jew ksur gravi tal-liġi

ii. li tkun taf x'qed tagħmel,

iii rieda sħiħa u ħielsa

 

i Il-materja gravi jew ksur gravi tal-liġi divina jew umana, tal-Knisja jew ċivili. Nagħtu eżempji: tiċħad jew tiddubita mill-eżistenza ta' Alla, jew ta' xi verità tal-fidi; tidgħi bl-isem ta' Alla, tal-Madonna u tal-Qaddisin, filwaqt li żżid ukoll titli inġurjużi; ma tismax quddiesa nhar ta' Ħadd u fil-festi tal-preċett mingħajr raġuni, għall-għażż, traskuraġni jew għax ma tridx; toffendi b'mod gravi lill-ġenituri jew superjuri tiegħek; toqtol jew tferi gravi lil xi ħadd; tipprokura direttament l-abort; tagħmel atti impuri waħdek jew ma' oħrajn; iġġib ħsara fiżika jew morali gravi; tisker (b'xorb jew bi droga) sa tasal titlef l-użu tar-raġuni; tkun ta' skandlu għal ħaddieħor f'ħaġa gravi; tirċievi Sagrament tal-ħajjin bid-dnub il-mejjet; ma tistqarrx dnub mejjet fil-Qrar.

 

Ii Tkun taf x'qed tagħmel, tagħraf sewwa u tqis li dak li se tagħmel jew tħalli huwa pprojbit jew mitlub b'mod gravi - b'hekk tmur kontra l-kuxjenza.

 

Iii Ir-rieda sħiħa u ħielsa: li trid tagħmel jew tħalli, għax hekk trid, dak li taf żgur li hu fih innifsu dnub mejjet.

 

Biex jitqies dnub mejjet hemm bżonn li dawn it-tliet elementi msemmija jkunu flimkien fl-istess waqt tad-dnub. Jekk jonqos wieħed minnhom, jew biċċa sewwa minn xi wieħed (ma jkunx hemm tagħrif jew rieda ħielsa) dan ma jitqiesx bi dnub mejjet.

 

L-effett tad-dnub il-mejjet

Id-dnub il-mejjet iċaħħad lir-ruħ mill-grazzja santifikanti, li hija l-ħajja tagħha. Jissejjaħ mejjet għaliex jaqta' r-rabta ħajja minn ma Alla.

Id-dnub il-mejjet jifred lil Alla minn mar-ruħ, li hija tempju tat-Trinità qaddisa meta hija fil-grazzja.

Id-dnub il-mejjet itellef lir-ruħ dawk il-merti mirbuħin fl-imgħoddi, meta kienet fil-grazzja t’Alla.

Id-dnub il-mejjet ma jħallix lir-ruħ tagħmel opri biex timmerita l-Ġenna.

Bid-dnub l-mejjet ir-ruħ tkun tistħoqqilha l-infern.

 

Kif terġa ġġib il-grazzja santifikanti

Il-grazzja santifikanti (b'dak kollu li ġġib magħha) li tintilef bid-dnub il-mejjet, tista' tintrebaħ b'żewġ modi:

a bi qrara tajba

b. b'att ta' indiema perfetta (dispjaċir u proponiment) magħquda ma' rieda għall-Qrara.

 

Id-dnub venjal

Id-dnub venjal huwa ksur tal-liġi divina jew tal-Knisja jew Ċivili f'ħaġa żgħira, jew f’ħaġa gravi imma mhux bl-elementi kollha meħtieġa.

 

L-effetti tad-dnub venjal

Id-dnub venjal iberred l-imħabba lejn Alla. Għalkemm ma jtellifx il-grazzja santifikanti, id-dnub venjal idgħajjef il-ħbiberija bejnna u bejn Alla; iċaħħad ir-ruħ minn ħafna grazzji li setgħet ħadet mingħand Alla li kieku ma kellhiex dnub; ihejjina bil-mod il-mod biex naqgħu fid-dnub il-mejjet.

Id-dnub venjal jistħoqqlu pwieni temporali li jridu jitħallsu jew f'din id-dinja jew fl-oħra (fil-purgatorju) ma jċaħħadniex mill-imħabba u l-ħbiberija ma’ Alla, u għalhekk lanqas mill-hena ta’ dejjem.

 

Kif tista’ tħassar id-dnub venjal

Id-dnub venjal jista' jitħassar b'ħafna modi: bis-sogħba, bit-talb, bl-opri tajba (quddies, tqarbin, karità), opri tal-ħniena, u bil-qrara sagramentali.

 

Il-ħafna suriet tad-dnubiet

Hemm kull xorta ta' dnubiet. L-ewwel u l-aktar importanti hija dik bejn id-dnub il-mejjet u d-dnub il-venjal, għaliex hemm differenza kbira bejniethom: id-dnub il-mejjet itellef il-grazzja santifikanti, fil-waqt li d-dnub venjal le.

 

L-irjus tad-dnubiet il-mejta

Is-suppervja, meta wieħed ikun kburi bih innifsu u bi ħwejġu, filwaqt li jiddisprezza lill-oħrajn. Ix-xeħħa, il-leblieba għall-ġid temporali, ż-żina, ix-xewqa u l-użu tal-pjaċir sesswali bla rażan, l-għira, tqanqil ta' sogħba li jwassal għall-mibegħda lejn persuna jew ħwejjeġ ħaddieħor minħabba xi ġid, l-għadab, is-saħna li biha wieħed joħodha kontra xi ħadd minħabba xi azzjoni li jkun irċieva, l-għażż, il-qtigħ il-qalb, in-nuqqas ta' dmir, id-dgħufija speċjalment fil-ħwejjeġ ta' Alla, ikel u xorb żejjed, l-użu tal-ikel u x-xorb b’mod eċċessiv.

 

Id-dnubiet kontra l-lspirtu s-Santu

Disperazzjoni dwar is-salvazzjoni,

tippretendi li ssalva mingħajr ma ħaqqek,

tmur kontra s-sewwa magħruf,

tgħir għall-grazzja tal-oħrajn,

twebbes rasek fid-dnub,

tibqa' ma tindimx sal-aħħar

Alla hu ta' ħniena bla qies. da min għax irid ma jilqax sogħbien il-ħniena ta' Alla, ma jkunx irid maħfra għal dnubietu u s-salvazzjoni li qiegħed joffrilu l-lspirtu s-Santu (ara Dom.et Vivific. n.46).

 

Dnubiet li jgħajtu ħaqq quddiem Alla

Qtil volontarju.

Dnub tal-impurità - kontra n-natura.

Moħqrija lill-foqra.

Qerq fil-ħlas tal-ħaddiema.

 


 

KAP 4

ID-DNUB SOĊJALI

 

lt-Tradizzjoni nisranija tgħallem dwar id-dnub li, għalkemm huwa att personali għax hu għemil il-bniedem li jagħmlu bil-libertà kollħa tiegħu, fih ukoll dimensjoni soċjali. Illum dan it-tagħlim ħareġ iżjed fid-dawl permezz tad-dokument Reconciliatio et Paenitentia tal-Papa San Gwanni Pawlu Il.

Dan għaliex id-dnub jinsab fil-ġrajja tal-bniedem li ta' sikwit jiġi nfluwenzat, ikkondizzjonat jew imġiegħel minn għadd ġmielu ta' fatturi qawwija li huma barra minnu. Dawn jistgħu jkunu ġibdiet, drawwiet u difetti li huma marbutin mal-istess qagħda soċjali tal-bniedem.

Fdan is-sens id-dnub huwa mhux biss att personali, imma wkoll dnub soċjali, għaliex id-dnub, kull dnub, b'qawwa kbira jew żgħira, jolqot ix-xirka kollha tal-Knisja, u lill-familja tal-bnedmin.

Hekk, pereżempju, matul il-medda tas-snin, nibtu ġrajjiet sa mill-bidu li firdu l-Insara mix-xirka tal-Knisja Kattolika - firdiet li ġabu ġrieħi fl-unità tal-Ġisem ta' Kristu. Dawn huma l-ereżija, l-apostasija u x-xiżma. Għax fejn hemm id-dnub hemm issib it-tkattir tiegħu, hemm issib ix-xiżma, hemm issib l-ereżija, hemm issib il-ġłied (cfr. Origene, Hom. In Ezech., 9,1).

ld-dnub, hekk imsejjaħ soċjali, mhux xi ħaġa ta' żmienna biss. L-lmgħallem Ġesù saħaq ħafna dwar dan meta għallem li l-ikbar kmandament huwa li tħobb 'l Alla fuq kollox, u t-tieni jixbhu, li tħobb lil ajrek bħalek innifsek (MIK. 12,30-31).

Minn dan it-tieni kmandament jinbtu d-dnubiet soċjali kollha. Illum, iżjed mill-bieraħ, qed ngħixu f'dinja mqallba fejn insibu dnubiet soċjali kontra l-ġustizzja, il-libertà, id-drittijiet fundamentali, id-dinjità u l-fama, il-ġid u s-saħħa, id-drittijiet ta' kull ċittadin, ta' kull familja, ta' kull nazzjon.

Biex insemmu xi ftit, illum nafu x'ġara u x'qed jiġri min-nies tat-Tielet Dinja u f'ċerti pajjiżi ċivilizzati minħabba l-ideoloġiji qerrieda kollhom mibegħda, li sal-lum għadhom ikaxkru nies innoċenti bid-dominju brutali ta' min jaħkem fuqhom. Kemm qed nisimgħu, naraw u naqraw ġrajjiet ta' wlied, ta' qtil, ta' vjolenza u ta' moħqrija. Jekk, imbagħad, irridu nfittxu f'pajjna, fis-soċjetà u fil-familja tagħna, għandna nsibu wkoll dix-xorta ta' dnubiet soċjali.

Huwa dnub soċjali kull għemil jew nuqqas ta' għemil tal-mexxejja politiċi, tal-ekonomisti u tal-mexxejja tat-Trade Unions li ma jħabirkux bil-għaqal u bl-għerf meħtieġ biex itejbu u jgħaddu 'l quddiem is-soċjetà.

Huwa dnub soċjali ta' dawk li għandhom ir-responsabbiltà fil-mezzi tax-xandir meta, mhux biss ma jgħallmux il-verità kif inhi, imma,u agħar minn hekk jabbużaw bl-istess mezzi għat-tixrid tal-pornografija, tal-qerq u ta' tagħlim żbaljat, bil-konsegwenza wkoll tal-iskandli.

Kif ukoll huwa dnub soċjali l-għemil tal-ħaddiema li jiskartaw ix-xogħol, jew ma jagħtux sehemhom kollu fuq ix-xogħol, b'mod li jfixklu l-industrija tagħhom hekk li ma jħalluhiex tgħaddi ‘l quddiem; u dan bi ħsara għalihom infushom, għall-familji tagħhom u ghas-soċjetà kollha kemm hi (ara Rec.et Paen. n. 16).

Fl-aħħar mill-aħħar, huma responsabbli ta’ dawn id-dnubiet soċjali dawk l-individwi li jġibu l-iskuża li d-dinja ma tistax tbiddilha milli hi. Dawn huma nies li ma jridu jagħmlu xejn jew għax għall-għażż jew minħabba fil-biża', jew għax iridu jżommu s-skiet, jew għaliex għandhom sehem moħbi fid-deni; iridu jeħilsu mix-xogħol mis-sikkatura u mir-responsabbiltà ; nies ma jimpurtahom minn xejn.

Hawn ta’ min ifakkar lil dawn it-talin fil-Kanone n.959, fejn jgħid li l-penitent, sobgħien minħabba dnubietu meta jaqla' il-maħfra tagħhom minn għand Alla bl-assoluzzjoni tal-konfessur, jitħabbeb ukoll mal-Knisja,- komunità li jkun waġġa’ bi dnubietu. Dan ifisser li, bħalma l-penitent irid ipatti al dnubietu , hekk ukoll għandu jagħmel il-ġid fil-Knisja-komunità biex ipatti għall-weġgħat li tkun ġarrbet bi dnubietu.

 

 


 

KAP 5

IL-GRAZZJA TA' ALLA

 

Tifsir tal-grazzja

Il-grazzja ta' Alla (favur, għajnuna jew don) hija għotja b'xejn mingħand Alla lilna bnedmin b'sinjal ta' mħabbtu lejna (ara 1, 12-18; Rum. 8, 14-17).

 

Kif tinqasam

Hemm tliet speċi ta' grazzja

Il-grazzja santifikanti, qaddiesa, jew abitwali

Il-grazzja sagramentali

Il-grazzja attwali

 

Il-grazzja santifikanti, qaddiesa, abitwali hija don sopranaturali fil-ħajja tar-ruħ mogħtija lilna minn Alla għall-merti ta' Ġesù Kristu. Dan id-don:

I. jagħtina sehem min-natura divina,

II. insiru wlied adottivi ta' Alla,

III. jagħmilna tempju ħaj tat-Trinità qaddisa,

IV. nistgħu nimmeritaw il-Ġenna bl-għemejjel tagħna,

V. jagħtina d-dritt għall-ħajja ta' dejjem.

 

Il-grazzja santifikanti, jew abitwali, hija don, għotja li Alla tana minn jeddu, mingħajr ma jistħoqqilna. Aħna l-bnedmin biss nistgħu nirċievu dan id-don, skont il-pjan ta' Alla għalina.

 

Sopranaturali, għaliex tisboq kull forza tan-natura tagħna. Aħna ma konna qatt sa naslu biex jistħoqqilna dan id-don; għalhekk Alla għoġbu jagħtihulna b'xejn b'sinjal ta' mħabba. Li kieku Alla ried jagħżel il-bniedem għal skop naturali, ma kienx ikollu bżonn għajnuna speċjali, sopranaturali biex jasal; kienu jkunu biżżejjed il-forzi tiegħu naturali. Jekk, imbagħad, Alla ried jagħżel il-bniedem għall-fini sopranaturali, ogħla għalkollox mill-forzi tiegħu, kellha tkun meħtieġa żgur l-għajnuna sopranaturali ta' Alla.

 

Eżempju: jiena nitlob lil xi ħadd biex jagħmel ħames kilometri bil-mixi f'siegħa. Issa jekk jiena nippretendi minnu li jagħmel mitt kilometru fl-istess ħin, irrid nagħtih xi mezz, bħal xi karozza, inkella jkun impossibbli għalih.

 

Fil-ħajja tar-ruħ, jiġifieri don li jidħol fir-ruħ, li jgħolliha u jibdilha fi stat ġdid. Il-grazzja min-natura tagħha tibqa' fir-ruħ, (għalhekk tissejjaħ ukoll abitwali), sakemm ma tintilifx bid-dnub il-mejjet. Bil-grazzja santifikanti (għaliex tqaddes lil min jirċeviha), ir-ruħ tirċievi wkoll il-virtujiet teologali u kardinali flimkien mad-doni li jagħtiha l-lspirtu s-Santu.

 

Mogħti lilna minn Alla, għall-merti ta' Ġesù Kristu. Alla seta' jagħtina din il-grazzja direttament; imma, wara li l-bniedem waqa' fid-dnub, ried li jagħtihielna permezz tal-merti ta' Gesù Kristu, li Hu qala' għalina Ikoll filajja tiegħu fostna. Din il-grazzja titqassam lil kull wieħed permezz tas-Sagramenti, skont id-dispożizzjoni ta' kull wieħed minna.

 

L-effetti tal-grazzja santifikanti

 

i) Don li jagħtina sehem min-natura divina. B'din il-grazzja santifikanti aħna nieħdu sehem min-natura taAlla. Dan ma jfissirx li nsiru daqs Alla, għaliex Alla huwa wieħed biss; imma jagħtina xebh ta' ħajja divina li jiġi mmarkat fir-ruħ tagħna. Il-grazzja hija bħal ħajja ġdida mwaħħda malajja naturali, mingħajr ma tneħħiha jew tinbidel fiha. Għalhekk, mela, il-bniedem, mogħni bil-grazzja, jissejjaħ bniedem ġdid, bniedem tal-ispirtu; filwaqt li min ma jkollux il-ħajja tal-grazzja jissejjaħ il-bniedem il-qadim (Ġw.15, 1-2, 4-8).

 

ii) Insiru wlied adottivi ta' Alla. Il-grazzja mhux biss tagħmilna ġusti, qaddisin u ħbieb ta' Alla, imma nsiru għalkollox ulied Alla, mhux naturali, għaliex il-Verb biss huwa Iben naturali ta' Alla, imma adottivi. Dan ifisser li wieħed jaċċetta l-persuna barranija bla ħlas, u din il-persuna tidħol għad-dritt tal-wirt. Għall-adozzjoni hemm bżonn tliet kondizzjonijiet:

a) li taċċetta persuna b'xejn, bħala wild,

b) li din il-persuna tkun barranija (mhux mill-wild),

c) l-adozzjoni ssir fuq livell tal-istess natura.

Aħna kien jonqosna l-identità tal-istess natura f'dak li għandu x'jaqsam ma' Alla. Għalhekk, Alla tana d-don tal-grazzja biex stajna nieħdu sehem mill-ħajja divina tiegħu u nkunu nistgħu niġu addottati minnu.

 

iii) Tagħmilna tempju ħaj tat-Trinità Qaddisa. Meta Alla tana l-grazzja, hekk ħabbna li ried mhux biss li nieħdu sehem min-natura tiegħu stess, jagħmilna wlied adottivi, imma ried ukoll jiġi jgħammar fina. San Pawl jgħallimna din il-verità : "Ma tafux li intom tempju tal-lspirtu s-Santu, u li l-lspirtu ta' Alla jgħammar fikom?" (1 Kor. 3,16). San Ġwann ukoll jurina dan:"Jekk wieħed iħobbni iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu" (Ġw. 14,23)

 

iv) Nistgħu nimmeritaw il-Ġenna bl-għemejjel tagħna. Il-bniedem fil-grazzja ta' Alla jista' jżid il-grad tal-grazzja li jkun qala' mingħand il-Ħallieq permezz ta' opri tajba. Sabiex jirnexxilu jagħmel dan hemm bżonn li jkun fil-grazzja santifikanti u li jkun f'ħajtu għaliex wara l-mewt ma nistgħux nimmeritaw; dak li jagħmel ikun moralment tajjeb (jiġifieri jaqbel mal-oġġett, l-intenzjoni u ċ-ċirkustanzi tal-liġi ta' Alla), ħieles (magħmul mingħajr rabta) u sopranaturali, magħmul għall-fini tal-ħajja ta' dejjem. Biż-żieda tal-merti, il-bniedem iżid il-grazzja u l-glorja talenna li tkun tistħoqq.

 

v) Tagħtina d-dritt għall-ħajja ta' dejjem. Jekk immutu fil-grazzja ta' Alla, ikollna d-dritt għall-ħajja ta' dejjem. Għedna li bil-grazzja, Alla għamilna wlied adottivi tiegħu. Id-dritt prinċipali tal-ulied adottivi huwa dak tal-eredità tal-missier; issa Alla Missierna jagħtina bħala eredità s-saltna tiegħu, lilu nnifsu, il-ħajja ta' dejjem, il-Ġenna.

 

Kif jista' wieħed jaqla' l-grazzja santifikanti.

It-tarbija taqla' il-grazzja santifikanti fil-Magħmudija. L-adult mhux mgħammed jaqla' l-grazzja santifikanti, minbarra bil-Magħmudija li jirċievi, bl-intenzjoni biss li jrid jieħu l-Magħmudija magħquda mas-sogħba tad-dnubiet il-mejta tiegħu (indiema perfetta) u l-proponiment li ma jerġax.

 

Kif tintilef il-grazzja santifikanti.

Il-grazzja santifikanti tintilef bid-dnub il-mejjet.

 

Kif terġa' ġġib il-grazzja santifikanti.

Il-grazzja santifikanti li wieħed jitlef bid-dnub il-mejjet, jista' jerġa' jġibha bis-Sagrament tal-Qrar magħmul bil-kondizzjonijiet neċessarji, jew bl-intenzjoni li jrid iqerr mill-aktar fis, magħquda mas-sogħba tad-dnubiet mejta tiegħu (indiema perfetta) u I-proponiment li ma jerġax.

 

II-bżonn tal-grazzja santifikanti.

II-grazzja santifikanti hija meħtieġa, bla dubju, fil-pont tal-mewt biex wieħed jaqla' I-Ġenna. Minbarra dan, il-grazzja hija meħtieġa biex wieħed jista' jimmerita għall-ħajja ta' dejjem; I-opri li huma I-aktar komuni, magħmulin bil-qawwa tal-grazzja, jaqalgħu wkoll merti għallenna.

 

IL-GRAZZJA SAGRAMENTALI

Hija dik il-ġabra ta' għajnuniet speċjali li kull Sagrament jagħti f'kull waqt meħtieġ biex jista' jwettaq I-iskop proprju tiegħu li għalih kull Sagrament ġie mwaqqaf. Kull Sagrament jagħti din il-grazzja Iil min jirċevih kif inhu xieraq. Is-Sagrament għandu din il-qawwa li jagħti I-grazzja permezz tal-merti ta' Ġesù Kristu.

 

IL-GRAZZJA ATTWALI

Hija għajnuna sopranaturali u tal-mument (għalhekk attwali) li Alla jagħtina biex idawwal I-intelliġenza tagħna u jqawwina fir-rieda sabiex nistgħu nagħmlu t-tajjeb u naħarbu I-ħażin, jiġifieri biex nagħmlu għemejjel sopranaturali. II-grazzja attwali hija meħtieġa għall-aħħar biex nistgħu niksbu I-ġustifikazzjoni u I-grazzja santifikanti; hija meħtieġa għan-nisrani li jkun waqa' fid-dnub il-mejjet biex jikkonverti u jerġa' jaqla' I-grazzja santifikanti; hija wkoll meħtieġa għal min hu ġust biex jaqla’ I-perseveranza sal-aħħar u s-salvazzjoni ta' dejjem.

Bl-opri tajba li nagħmlu u bit-talb, aħna ma ħaqqniex il-grazzja fil-veru sens tal-kelma; imma nithejjew u tkun tistħoqqilna f'sens wiesa', għax Alla jisma' Iil min jitolbu, u jifraħ b'min jagħmel jew irid jagħmel il-ġid u jitlob il-grazzja, il-perseveranza u I-ħajja ta' dejjem mingħand Alla.

 

TQASSIM TAL-GRAZZJA

Alla ma jqassamx il-grazzja lill-bnedmin bl-istess qies, imma Iil xi wħud ħafna, lill-oħrajn ftit, skont il-proġett misterjuż tiegħu ta' mħabba għalina. Dan kollu jagħmel sehem mill-pjanijiet moħbija ta' Alla. Meta qed jagħmel hekk, Alla ma jonqos lejn ħadd, għaliex Hu jista' jagħmel kif jogħġbu bid-doni tieghu. Dan hu żgur: Alla jagħti lil kulħadd il-grazzja meħtieġa u biżżejjed, u ħafna drabi iżjed ukoll, sabiex kulħadd ikun jista' jsalva.

Is-salvazzjoni, li kellha tiddependi mill-grazzja biss, kulħadd kien isalva; imma s-salvazzjoni tiddependi mill-grazzja u mir-rieda ħielsa u ġeneruża ta' kull wieħed

 

IL-GRAZZJA U L-LIBERTÀ

Il-grazzja tirrispetta bis-sħiħ il-libertà umana; lanqas Alla ma joħodha kontra din il-libertà. Alla jrid li kulħadd isalva, imma jrid li nsalvaw billi noqogħdu għall-pjan tiegħu ta' salvazzjoni b'ħelsien sħiħ. Għalhekk, Alla jipproponi t-triq tat-tajjeb permezz tal-grazzja, għalkemm wieħed jista' jiċħadha u jagħżel it-triq talażen li tieħu għat-telfien.

 

IL-GRAZZJA U L-QRAR

Is-Sagramenti kollha jagħtu jew iżidu l-grazzja santifikanti, u kull Sagrament jagħti wkoll grazzja speċjali jew sagramentali, li hija għajnuna divina ċerta biex wieħed jista' jwettaq l-iskop speċjali li għalih kien twaqqaf dak is-Sagrament.

Barra minn dan, l-adult, minħabba x-xejra suġġettiva tiegħu, jista' id suriet ta' gradi tal-grazzja mogħtija mis-Sagrament.

L-effett ewlieni tal-Qrara sagramentali huwa t-tħabbib tal-midneb ma' Alla, li jaqla' l-maħfra tad-dnubiet bit-tiswib tal-grazzja santifikanti. Din tiġi mogħtija lura jekk tintilef bid-dnub il-mejjet, jew tiżdied.

Wara li bl-assoluzzjoni tinħafer il-piena eterna, bit-tewba (penitenza) tinħafer ukoll il-piena temporali.

Bil-grazzja santifikanti (mogħtija lura jew miżjuda) tiġi mogħtija wkoll il-grazzja sagramentali; din tgħinna biex nagħmlu frott tassew ta' penitenza u biex inwarrbu d-dnub għalli gej; biex tqajjem fina l-merti li konna tlifna bid-dnub il-mejjet.

Is-Sagrament tal-Qrar jagħti wkoll, bħala effett sekondarju, paċi kbira, serħan tal-kuxjenza u kotra ta' faraġ spiritwali.

 

 


 

KAP 6

META U KIF TWAQQAF IS-SAGRAMENT TAL-QRAR

 

1 . Gesù Kristu waqqaf is-Sagrament tal-Qrar.

Il-Qrara sagramentali, (is-Sagrament tal-penitenza jew tar-rikonċiljazzjoni), imwaqqfa minn Sidna Ġesù Kristu, l-lben ta' Alla u Redentur tal-bnedmin kollha (ara Mk.2,10). Il-Verb ta' Alla, ubbidjenti għall-Missier, ħa n-natura umana biex jifdi u jsalva lilna l-bnedmin.

Mill-ewwel mument tat-tnissil fil-ġuf safi ta' Marija Ommu, sal-aħħar nifs fuq il-kalvarju, l-lben kien joffri lilu nnifsu lill-Missier biex iħallas għad-dnubiet ta' kulħadd: ta' dawk li marru, li hawn illum u ta' dawk li għad iridu jiġu.

L-opra tal-fidwa ta' Kristu tibda taħdem fina meta kull bniedem jgħaqqad il-koperazzjoni tiegħu b'sogħba u konverżjoni (bidla) magħha.

Il-grazzji kollha li Ġesù qala' matul ħajtu fuq l-art, jitqassmu lil kull bniedem skont it-thejjija tiegħu permezz tal-ministeru tal-Knisja (ara Lumen Gen. 14). Dan il-ministeru jgħaddi mill-ħidma tal-appostli u s-saċerdoti permezz tat-tħabbira tal-kelma ta' Alla u l-għoti tas-Sagramenti, speċjalment tal-Magħmudija u tal-Qrar.

 

2. Is-Setgħa tal-Knisja biex taħfer id-dnubiet.

 

"Min jista' jaħfer id-dnubiet ħlief Alla biss?" (Mk. 2,7). Għaliex Ġesù huwa l-lben ta' Alla, wieġeb: "Bin il-Bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art" (Mk. 2,1 0). Ġesù wera din is-setgħa divina quddiem kulħadd: "Ibni, dnubietek maħfura" (.5).

 

Ġesù jwiegħed lil Pietru u lill-appostli s-setgħa li jorbtu u jħollu fuq l-art; mhux biss, imma Huwa riedhom iħaddmu din is-setgħa f'ismu: "Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom" (Ġw.20,21-23).

 

BI-awtorità tiegħu ta' Alla, Ġesù jgħaddi s-setgħa divina tiegħu lill-Knisja : "Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet, kulma torbot fuq l-art, ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art, ikun maħlul fis-smewwiet" (Mt. 1 6, 18-19).

 

Mela l-maħfra tad-dnubiet, imwettqa mill-Knisja permezz tas-saċerdoti tagħha, hija ndaqs ma' dik ta' Kristu, l-lben ta' Alla; jiġifieri mhux xi għata tal-ħtija, jew maħfra tal-piena, imma hija maħfra li tħassar tassew id-dnub. Il-Konċilju ta' Trento jistqarr (kontra dawk li jissejħu Riformaturi) li Kristu għadda s-setgħa tiegħu lill-appostli u lil dawk kollha li jigu warajhom legittimament magħżula biex jaħfru u jżommu d-dnubiet, biex iħabbu lill-bnedmin ma' Alla wara li jkunu waqgħu fid-dnub. Din is-setghħa ma tfissirx biex huma jippritkaw il-Vanġelu tal-maħfra, imma li jagħtu tassew din il-maħfra (Kond Trid, D.S. 1668, 1703).

 

II-Knisja dejjem ħasset li għandha s-setgħa li taħfer id-dnubiet magħmulin wara l-Magħmudija, għalkemm fl-ewwel sekli kienet tħaddem din is-setgħa b'mod differenti mil-lum.

 

Is-setgħa tal-Knisja li taħfer id-dnubiet hija verità: (ara Redem. Missio, 18): bil-maħfra tal-Knisja d-dnubiet jiġu maħfura tassew quddiem Alla dak il-ħin tal-assoluzzjoni. Din is-setgħa hija universali, jiġifieri I-maħfra tinżel fuq id-dnubiet kollha, dejjem skont it-thejjija tal-midneb. Din is-setgħa tinħadem f'għamla ta' ġudizzju: it-twettiq tas-setgħa għall-maħfra tad-dnubiet huwa att ġudizzjarju.

 

Biex isir att ġudizzjarju hemm bżonn tliet ħwejjeġ:

a) I-awtorità ġudizzjarja – il-konfessur.

b) I-għarfien tal-kawża - I-istqarrija tad-dnub fil-qrara.

c) is-sentenza - I-assoluzzjoni.

 

II-ġudizzju jsir fil-maħfra jew le tad-dnubiet; I-applikazzjoni tiegħu ma ssirx ax wieħed jogħġbu hekk jew le, imma mqabbla mal-liġi ta' Alla u t-thejjija tal-penitent.

 


 

KAP 7

SPJEGAZZJONI TA' XI DNUBIET LI NSIBU FIT-TESTMENT IL-ĠDID

 

1) Id-dnub ta' min jieqaf lill-lspirtu s-Santu ma jinħafirx (ara Mt. 12,31-32; Mk. 3,29; Lq. 12,10). Id-dnub kontra I-lspirtu s-Santu huwa d-dnub ta' min iwebbes rasu fil-ħażen u jibqa' ma jagħtix widen għal-leħen ta' Alla li jsejjaħlu għall-indiema. Dan id-dnub ma jinħafirx mhux għax Alla ma jridx jaħfru, imma għaliex il-midneb ma jkunx irid jitlob maħfra, u jiċhad kull għajnuna ta' salvazzjoni.

 

2) "Min jemmen fl-lben ta' Alla ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa' kkundannat" (cw. 3,18). Dan huwa d-dnub ta' infedeltà, ta' dak li ma jridx jemmen; għalhekk isir id-dnub kontra I-lspirtu s-Santu.

 

3) "Hemm dnubiet li jwasslu għall-mewt..." (I Ġw.5,16). Skont San Ġwann, id-dnubiet li jwasslu għall-mewt huma ta' dak li m'għandux fidi. Dan jgħidu wkoll fi kliem ieħor, pereżempju,: "Min jemmen għandu I-ħajja ta' dejjem" (Ġw. 6,47),

 

4) Id-dnub tal-apostasija, jew meta wieħed jiċħad il-fidi. Għal dan, I-lttra lil-Lhud tgħid: "Ma jistax ikun li traġġa' lura għall-indiema Iil dawk li, wara li darba sfaw imdawla, wara li daqu d-don tas-sema fl-lspirtu s-Santu, wara li daqu t-tjubija tal-Kelma ta' Alla u I-qawwa taż-żmien li għad irid jiġi, imbagħad reġgħu waqgħu; għaliex dawn, bl-istess imġiba tagħhom, jerġgħu jsallbu lill-lben ta' Alla u jwaqqgħuh għat-tmaqdir" (Lhud 6,4-6). II-Kittieb tal-lttra jgħid li huwa impossibbli li jiġġeddu bl-indiema dawk li jaqgħu fl-apostasija. It-teologi jfissru din I-impossibbiltà bħala 'diffiċli' minħabba I-ebusija ta' qalbhom.

 

 


 

KAP 8

IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAS-SAGRAMENT TAL-QRAR

 

II-Kongregazzjoni għall-Kult Divin ippubblikat ktieb: 'Ordo Paenitentiae' (2 ta' Diċembru, 1973) dwar kif għandu jiġi amministrat is-Sagrament tal-Qrar (bil-Malti: 27 ta' Jannar, 1976).

Għal din iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Qrar, hemm tliet riti:

a) rit għar-rikonċiljazzjoni tal-penitenti wieħed, wieħed;

b) rit għar-rikonċiljazzjoni għal aktar minn persuna waħda bil-qrara u I-assoluzzjoni wieħed, wieħed;

c) rit għar-rikonċiljazzjoni għal ħafna bil-qrara u bl-assoluzzjoni ġenerali Ikoll flimkien. (Ara Ordo Paen. n. 41- 66).

 

A. Ir-rit ta' rikonċiljazzjoni għall-penitenti wieħed, wieħed

1. II-Qrara individwali u sħiħa bl-assoluzzjoni tibqa' s-sura waħda ordinarja u li biha l-fidili jiksbu r-rikonċiljazzjoni ma' Alla u mal-Knisja. Iżda huma meħlusin li jqerru b'dan il-mod meta mhux possibbli għalihom fiżikament jew moralment (Kan. 960; Ordo Paen.n.31)

2 II-post għaċ-ċelebrazzjoni tal-Qrar huwa l-knisja u l-oratorju (Kan.964, par. 1 ). II-Konferenza Episkopali tiffissa x'għandu jsir, kif u fejn għaċ-ċelebrazzjoni tal-Qrar biex jistgħu jsiru aħjar id-djalogu u r-relazzjoni personali (Kan.964, par.2). Għal raġuni ġusta l-Qrara tista' ssir ukoll f'postijiet oħra kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa sakemm dawn ikunu postijiet xierqa.

3 Din -ċelebrazzjoni tista' ssir kuljum u kull ħin. Jaqbel li l-fidili jkunu jafu sewwa l-jum u l-ħin li fih is-saċerdot se jkun iqarar. II-fidili għandhom jiġu mdorrijin jersqu għal dan is-Sagrament barra l-ħin tal-Quddiesa (Ordo Paen. n.44). Jaqbel ħafna li wieħed jersaq all-Qrar fil-festi solenni tas-sena liturġika, bħalma huma ngħidu aħna, ir-Randan, il-Għid, I-Avvent, il-Milied, u l-bqija. Jekk jista' jkun wieħed ma jħallix xahar jgħaddi. lżda meta wieħed jaqa' fid-dnub il-mejjet, għandu jindem minnufih, u jħabrek biex iqerr mill-aktar fis. ”Kull nisrani, li jkun wasal fl-użu tar-raġuni, hu fid-dmir li jqerr sewwa d-dnubiet mejta kollha tal-anqas darba fis-sena” (Kan.989).

L-ilbies liturġiku għas-Sagrament tal-Qrar hu I-istola vjola. Wieħed għandu jimxi skont id-direttivi li jagħti I-lsqof tal-post (Ordo Paen.n. 14).

4 Ir-rit tal-Qrara. Is-saċerdot konfessur jilqa' lill-penitent b'tislima u b'imħabba ta' aħwa; flimkien iroddu s-salib. Is-saċerdot jistaqsi lill-penitent meta kienet l-aħħar qrara tajba tiegħu. Bi kliem meqjus iħajru biex jistqarr ħtijietu kollha, u jgħinu jagħmel qrara tajba. II-penitent jgħid ”Nistqarr 'l Alla," eċċ.; imbagħad jistqarr dnubietu. II-konfessur jagħtih pariri siewja u xierqa skont l-offiżi u d-dnubiet li jkun għamel; iħeġġu għall-indiema u jħejjih għall-maħfra; jagħtih ukoll it-tewba; din għandha taqbel mal-kobor u s-sura tad-dnub, għandha tkun għajnuna għal ħajja ġdida u duwa all-mard tar-ruħ. Jekk il-penitent kien ħati ta' xi ħsara, jew ta' xi skandlu, il-konfessur iwissih biex jagħmel tpattija xierqa.

II-penitent juri s-sogħba tiegħu billi jgħid l-att tal-indiema: ”Mulejja, Alla tiegħi, jisgħobbija b'qalbi kollha minn dnubieti ta' ħajti kollha. Jisgħobbija, Mulejja, għall-Ġenna li tlift u għall-infern li rbaħt; imma fuq kollox jisgħobbija għax rgħextek u offendejtek, li int kollok tjieba u ħniena. Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox; mil-lum 'il quddiem, bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, ma nidneb qatt u qatt ižjed, u la mmur fejn dari nidneb, iżda naħrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub”.

 

L-Att tal-indiema ż-żgħira: "Mulejja, Alla tiegħi, Inti tħobbni ħafna. Jiddispjaċini talli għedtlek le bi dnubieti. Mil-lum 'il quddiem, bil-għajnuna tiegħek ma nerġax nidneb iżjed, u rrid inħobbok fuq kollox".

Tista' tingħad talba oħra bħalha, sakemm din tfisser is-sogħba u l-proponiment.

 

5. Wara, il-konfessur, b'idu l-leminija merfugha 'l fuq, jgħid it-talba tal-assoluzzjoni għall-maħfra tad-dnubiet: "Alla, Missier il-ħniena, bil-mewt u l-qawmien ta Ibnu għall-ħajja, ħabbeb mill-ġdid id-dinja miegħu, u sawwab fuqna l-lspirtu Qaddis tiegħu għall-maħfra tad-dnubiet. Hu, bil-ministeru tal-Knisja, jaħfirlek u jagħtik is-sliem. U jiena naħfirlek dnubietek: fl-isem tal-Missier, u tal-lben, u tal-lspirtu s-Santu. Ammen" (Ord. Paen. n.46).

Il-penitent għandu jkompli l-konvejoni tiegħu u juriha permezz ta' ħajja skont il-Vanġelu.

 

6. Ir-rit fil-periklu tal-mewt. Meta hemm il-periklu tal-mewt malajr, il-konfessur jgħid biss il-kliem essenzjali tal-forma tal-assoluzzjoni: "Jiena naħfirlek dnubietek fl-isem tal-Missier, etc." Minħabba raġunijiet pastorali, il-konfessur jista' jħalli barra jew iqassar xi partijiet tar-rit; iżda ma jistgħux jitqassru jew jitħallew barra: il-qrara tad-dnubiet, l-aċċettazzjoni tat-tewba, l-istedina għall-indiema, il-forma tal-assoluzzjoni.

 

B. Ir-rit għar-rikonċiljazzjoni għal aktar minn persuna wda bil-qrara u l-assoluzzjoni ta' wieħed, wieħed

1 Meta ħafna penitenti jinġabru flimkien biex iqerru, jaqbel jiġu mhejjija b'ċelebrazzjoni tal-Kelma ta' Alla.

Ir-rit jista' jsir hekk: jitkanta innu xieraq; il-konfessur isellem lill-fidili; ifissrilhom x'se jsir u kif. Isir xi talb; tinqara l-Kelma ta' Alla. L-għażla tal-qari tkun fejn jinstama' l-leħen ta' Alla lill-bniedem għall-konverżjoni, biex b'hekk il-kuxjenza tkun imdawla u tista' tistħarreg is-sogħba u l-proponiment.

Il-konfessur jagħmel l-omelija li fiha għandu jfakkar:

a) il-ħniena bla qies ta' Alla,

b) il-ħtieġa tas-sogħba tassew mill-qalb,

c) l-aspett tal-grazzja u d-dnub,

d) l-għemil tagħna ta' tpattija.

Fis-skiet l-eżami tal-kuxjenza. Imbagħad, wieħed wara l-ieħor imorru jqerru għand il-konfessur, li, wara li jkun sama' l-qrara, jagħti t-tewba u l-assoluzzjoni.

 

2. Kif jispiċċa l-qrar ta' kulħadd, il-konfessur jistedinhom għar-radd il-ħajr bit-talb, salmi u innijiet. Din iċ-ċelebrazzjoni tispiċċa bit-talba lil Alla għall-imħabba kbira li wera magħna; ibierek lill-fidili u jibgħathom fis-sliem.

 

Ċ Ir-rit għar-rikonċiljazzjoni ta' ħafna bil-qrara u l-assoluzzjoni ġenerali (ilkoll flimkien).

 

Id-dixxiplina tal-assoluzzjoni ġenerali. Minħabba xi ċirkustanzi partikulari li jistgħu jinqalgħu, jiġifieri li jkun permess jew meħtieġ li l-assoluzzjoni tad-dnubiet tingħata b'mod ġenerali lil ħafna f'daqqa mingħajr ma jkun hemm il-qrara ta' kull wieħed. Dan jista' jsir biss f'dawk il-każi msemmijin fil-li tal-Knisja (ara Kan. 961-963).

 

da dan ma jistax isir f'jum ta' xi festa kbira jew waqt xi pellegrinaġġ, għax il-penitenti jistgħu, jekk iridu, imorru jqerru f’ħin ieħor. (ara Ordo Paen. n.60-65).

Din iċ-ċelebrazzjoni ssir bħal dik ta' ħafna penitenti bil-qrara u l-assoluzzjoni wieħed, wieħed. Kif il-konfessur jispiċċa l-omelija, ihejji l-penitenti u jwissihom li se jieħdu l-assoluzzjoni ġenerali. Kull wieħed jisgħobbih minn ħtijietu kollha, ikollu l-fehma li jżomm ruħu bogħod mid-dnub, ikun deċiż li jpatti għall-iskandli u l-ħsara li jkun għamel; meta jasal il-waqt ikun lest biex iqerr dnubietu mejta kollha, li dak il-ħin ma setax iqerr.

 

2 Il-konfessur ilissen talba li fiha jitlob il-grazzja tal-lspirtu s-Santu għall-maħfra tad-dnubiet; imbagħad jati l-assoluzzjoni b'mod ġenerali lill-penitenti. F'każ ta' bżonn, ir-rit taċ-ċelebrazzjoni jista' jiġi mqassar.

 

3 Fl-aħħar, il-konfessur jistieden lil kulħadd biex irodd ħajr lil Alla għall-ħniena kbira tiegħu magħna; jista' jitkanta xi innu wkoll; ibierek lill-penitenti u jgħidilhom: "Il-Mulej ħafrilkom dnubietkom. Morru fil-paċi".

 

 


 

 KAP 9

KIF ISSIR QRARA TAJBA

 

Biex wieħed jagħmel qrara tajba, hemm bżonn jagħmel ħames ħwejjeġ:

I) jaħseb dnubietu tajjeb,

2) jindem minnhom,

3) jagħti kelma 'l Alla li ma jerġax,

4) iqerrhom kollha,

5) jagħmel it-tewba(penitenza) li jagħtih il-konfessur.

 

1. Thejjija għall-Qrar.

II-penitent jibda b'talba bħal: "Dawwalni, Mulej, biex nagħraf dnubieti sewwa; tini I-grazzja li nistmellhom biex naqla' I-maħfra minn għandek".

 

Tkun ħaġa xierqa li wieħed jagħmel ħsieb fuq xi silta mill-Vanġelu, bħal:

II-parabbola tan-nagħġa mitlufa (Lq.15,-7),

II-parabbola tad-drakma mitlufa (Lq.15,8-10),

II-parabbola tal-iben il-ħali (Lq. 15,1 1-32),

II-parabbola tal-qaddej li ma jaħfirx (Mt.18,21-35),

II-parabbola tal-festa tat-ti (Mt.22,1-14).

 

2. L-eżami tal-kuxjenza.

lbda biex taħseb dnubietek sewwa u bir-reqqa: billi tiftakar fid-dnubiet li għamilt, tibda minn dawk li huma mejta (jekk ikun hemm), u wara dawk venjali.

Għandek taħseb dnubietek mill-aħħar qrara tajba tiegħek, billi tiftakar f'dak li wettaqt bil-ħsieb, bil-kliem, bil-għemil u bit-tħollija ta' dmirek. L-eżami tal-kuxjenza isir fuq:

 I. I-għaxar kmandamenti,

 II. I-imħabba lejn għajrek,

 III. iI-preċetti tal-Knisja,

 IV. is-seba' rjus tad-dnubiet il-mejta,

 V. id-dmirijiet tal-istat tiegħek.

 

Wieħed għandu jiftakar f'dan li ġej :

i. dmirijieti lejn Alla

Dejjem stqarrejt dnubieti sewwa, kollha?

Tqarbint xi darba meta kont naf li kont fid-dnub il-mejjet?

Ċħadt, jew iddubitajt, għax ridt jien, xi verità tal-fidi ?

llqajt xi tagħlim li hu kontra d-duttrina tal-Knisja (divorzju, abort, ewtanasja)?

Stħajt xi darba nistqarr il-fidi kattolika?

Inqast mill-qima lejn persuni, imkien jew ħaġa sagra?

Emmint jew ħadt sehem f'laqgħat ta' seher?

Inqast li nitgħallem fuq il-veritajiet tal-fidi?

Għamilt xi wegħda u ma żammejthiex

Ħlift fil-falz?

 

ii. dmirijieti lejn għajri u lejja nnifsi

Ħabbejt, irrispettajt, obdejt lill-ġenituri u lis-superjuri tiegħi?

Għamilt dmiri sewwa skont I-istat tiegħi?

Kif ġibt ruħi ma' min hu taħti?

Ħarist il-liġi ċivili?

Soqt sewwa skont ir-regolamenti tat-traffiku?

Xtaqt id-deni lil għajri?

Għent f'xi ħaġa ħażina?

Tajt xi skandlu b'ilbiesi, b'għemili, bi kliemi

Qarraqt meta begħt jew ħdimt xi ħaġa?

Raddejt lura dak li mhux tiegħi?

 

3. Is-sogħba tad-dnubiet.

Kif nispiċċa I-eżami tal-kuxjenza, nitlob lill-Mulej jagħtini I-grazzja li nħoss is-sogħba bil-qalb ta' dnubieti, I-iżjed ta' dawk mejta, li bihom rgħext lil Alla, I-akbar benefattur tiegħi, u li bihom tlift il-grazzja santifikanti, tellfuni I-ġenna u kien ħaqqni I-infern.

 

Is-sogħba hija dak id-dispjaċir u I-mibegħda għad-dnub li tagħmel bil-kelma soda li ma terġax tidneb. Din is-sogħba fiha tliet waqtiet:

 I. rieda sħiħa bil-maqlub ta' dak li għamilt,

 II. rieda li nobgħod dak li għamilt,

 III. rieda li ma nagħmilx iżjed dak Ii għamilt.

 

Mas-sogħba hemm marbut il-proponiment. M'hemmx għalfejn li din is-sogħba tkun sensibbli; biżżejjed li tkun fir-rieda.

Is-sogħba trid tkun:

i. minn ġewwa: fil-moħħ u fir-rieda,

ii. sopranaturali: imqanqla minn ħwejjeġ li jmissu lil Alla, u msaħħa bil-fidi,

iii. universali: mifruxa fuq id-dnubiet mejta.

 

Meta tqerr dnubiet venjali biss, irid ikollok sogħba tal-anqas fuq xi wieħed minnhom; jekk ma jkollokx ikun jonqos element meħtieġ (is-sogħba) għall-validità tal-Qrara.

 

Din is-sogħba tista' tkun perfetta jew imperfetta

Hija perfetta meta mnissla mill-imħabba lejn Alla: sogħba tad-dnubiet li bihom rgħext lil Alla Missierna, li jixraqlu kull imħabba. Is-sogħba perfetta, magħquda mar-rieda li tqerr, teħles lill-midneb mir-rabta tad-dnub, tagħtih il-grazzja santifikanti, u jekk imut, isalva, ukoll jekk ma jkunx għadu stqarr dnubietu fil-qrara. Dan xorta waħda jrid jistqarr id-dnubiet mejta tiegħu lill-konfessur. Ta' min jiftakar fil-kliem tal-Vanġelu: "Dnubietha li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna" (Lq. 7,47).

 

Hija imperfetta meta hija mqanqla mill-biżà jew mill-kastigi kemm ta' hawn kif ukoll tad-dinja l-oħra (l-infern). Din is-sogħba, flimkien mas-Sagrament tal-Qrar, hija biżżejjed għall-maħfra tad-dnubiet.

Is-sogħba perfetta kif ukoll imperfetta trid tkun fl-istess ħin (tal-anqas abitwali) tal-assoluzzjoni sagramentali tal-konfessur.

 

4. Il-proponiment

Is-sogħba tad-dnubiet titlob ukoll rieda soda biex wieħed ma jerġax jidneb. Hawn titlob lill-Mulej jagħtik il-qawwa biex ma tagħmilx dnubiet iżjed, l-aktar dawk mejta; u b'rieda qawwija tagħti kelma li ma tidnibx iżjed, billi tħares ruħek mhux biss mid-dnubiet, imma wkoll mill-okkażjoni li twaqqgħek fihom.

Il-proponiment huwa rieda soda li ma terġax tidneb għalli ġej, speċjalment b'dawk id-dnubiet mejta (jekk kien hemm).

 

Il-proponiment irid ikun:

 I. sod,

 II. li jseħħ,

 III. universali.

Sod, għax il-penitent għandu jkollu rieda tassew li ma jerġax jaqa', għalkemm isib ix-xkiel.

 

li jseħħ, għax il-penitent ma jridx ikollu biss rieda li ma jidnibx iżjed, imma wkoll li jagħmel ħiltu u juża kull għajnuna biex iħares ruħu mill-waqgħa tad-dnub, u jaħrab dak li dari waqqgħu fid-dnub.

 

universali, jew fuq kollox, proponiment li jrid ikun fuq id-dnubiet mejta kollha. Biżżejjed li wieħed jagħmel proponiment taħt forma ġenerali: ma rridx nidneb iżjed bi dnubiet mejta.

 

Min iqerr dnubiet venjali biss għandu jkollu tal-anqas proponiment fuq dnub minnhom, tal-anqas fuq wieħed minnhom.

 

Dwar il-proponiment wieħed irid joqgħod attent dwar l-att tal-intellett u tar-rieda. Il-proponiment hu frott ir-rieda. Meta tħoss li għandek din ir-rieda, tista' tgħid li għandek ukoll is-sogħba. Il-ħsieb biss li wieħed jista' jerġa' jaqa' fil-ġejjieni, ma jfixkel xejn il-proponiment.

 

Wara l-eżami tal-kuxjenza, is-sogħba u l-proponiment, wieħed ihejji ruħu biex iqerr dnubietu billi jagħmel talba ta' ndiema.

 

5. Il-Qrara sinċiera

Ersaq lejn il-konfessur b'fidi u b'tama, għaliex dak il-ħin ikun qiegħed minflok Ġesù Kristu. Xi drabi għadek tisma' lil min jgħid: "Ġejt għandek u għand Alla, ghax int qiegħed hawn minflok Alla", drawwa sabiħa u qaddisa. Għalhekk, stqarr dnubietek kollha u bla biżà.

 

Jekk taħseb li stajt tinsa jew ma tafx kif se taqbad tgħidhom, itlob lill-konfessur biex jistaqsik hu. Int taf tajjeb li l-konfessur ma jista' jikxef xejn minn kull ma tgħidlu, għax hu marbut bis-siġill tal-Qrar (Kan.983-984).

 

Isma' tajjeb dak li jgħidlek, u agħmel ħiltek biex twettqu. Ifhem sewwa t-tewba, ilqa' u agħmel dak li jagħtik il-konfessur.

Għid l-att tal-indiema bil-qalb biex il-konfessur jagħtik l-assoluzzjoni.

 

6. It-Tewba

It-tewba hija l-penitenza sagramentali li l-konfessur jagħti lill-penitent biex jista' jeħles mill-pieni temporali li jkun fadallu jpatti wara l-maħfra tad-dnubiet.

Ir-rieda li tilqa' u tagħmel it-tewba, hija sehem essenzjali tal-qrara t-tajba min-naħa tal-penitent. L-għemil tat-tewba fih innifsu, bir-rieda li ssir wara l-qrara, huwa parti mis-Sagrament tal-Qrar, imma mhux essenzjali; għalhekk jekk it-tewba ma ssirx, is-Sagrament jibqa' validu, imma nieqes minn xi ħaġa (it-tewba).

 

Il-konfessur għandu d-dritt u d-dmir gravi li jagħti t-tewba (Kan.981) Din għandha tingħata skont il-kwalità u l-kwantità tad-dnubiet, filwaqt li jżomm quddiem għajnejh min hu l-penitent. Għad-dnubiet mejta trid tingħata tewba gravi, bħal, quddiesa, sawma, rużarju, tagħti karità, tagħmel opra tal-ħniena, Via Sagra, qari ta' silta mill-Bibbja, u l-bqija. Il-konfessur jagħti t-tewba qabel l-assoluzzjoni.

 

Il-penitenza trid tkun meqjusa sempliċi, li tista' titwettaq b'kull mod mill-penitent biex ma jsibx ruħu f'xi tfixkil biex iwettaqha.

 

Il-penitenza sagramentali, bħala parti mis-Sagrament tal-Qrar, tagħti minnha nnifisha (ex opere operato) il-maħfra tal-pieni temporali. Il-ħelsien mill-pieni jiddependi mill-penitenza mogħtija, mill-penitent u mill-istat tal-grazzja.

 

Wieħed jista' jnaqqas il-pieni temporali ukoll jekk jagħmel opri minn rajh, bħal opri tal-ħniena li jmissu l-ġisem u r-ruħ, it-talb, is-smigħ tal-quddies, it-tqarbin, u l-bqija.

 

Meta jkun hemm raġuni tajba, il-konfessur jista' jibdel it-tewba li jkun ta lill-penitent barra l-qrara wkoll. Konfessur ieħor jista' jibdel ukoll it-tewba sakemm dan ikun jaf, bejn wieħed u ieħor, lill-penitent (ara Konċ. Trid. DS.1689-1693; 1712-1715).

 

Il-penitent jaħseb biex iwettaq mill-aktar fis it-tewba li jkun tah il-konfessur, u għandu jwettaq kollox kif ikun miftiehem.

Fl-aħħar, jiżżi ħajr lil Alla għall-maħfra u l-grazzja li tah biex jiġġedded f'ħajja iżjed qaddisa (Lq. 17,1 1-19).

 

 


 

KAP 10

L-ISTQARRIJA TAD-DNUBIET

 

1. L-istqarrija tad-dnubiet fil-Qrara sagramentali ssir billi turi u tgħid dnubietek kollha (li tkun għamilt wara I-Magħmudija) lill-konfessur biex iħollok minnhom u taqla' I-maħfra mingħand Alla (ara KKK n. 14551458).

L-istqarrija tad-dnubiet hija wieħed mill-atti li jrid jagħmel il-penitent; din tagħmel sehem mill-materja tas-Sagrament: is-sogħba, il-proponiment, I-istqarrija u t-tewba. Dawn iridu jkunu kollha flimkien fil-Qrara li fiha jieħu I-maħfra.

 

2. Il-Konċilju ta' Trento jispjega li I-penitent għandu jistqarr id-dnubiet mejta kif għamilhom: I-għamla, in-numru u ċ-ċirkustanzi li jistgħu jbiddlu I-għamla tad-dnub (DS.1707). "In-nisrani għandu d-dmir li jqerr id-dnubiet mejta kollha li jkun għamel wara I-Magħmudija skont I-għamla u n-numru, li ma jkunux għadhom ġew maħfura bis-setgħa tal-Knisja, jew fil-qrara individwali, li hu jaf li għadu ma stqarrhomx wara li jkun għarafhom fl-eżami tal-kuxjenza" (Kan.988, par.1)

"Kull nisrani, meta jasal fl-użu tar-raġuni (mas-seba' snin - Kan. 97, par.2), hu fid-dmir li jqerr dnubietu mejta sewwa tal-anqas darba fis-sena" (Kan. 989).

 

3. L-istqarrija tad-dnubiet hi meħtieġa biex il-konfessur, bħala mħallef fis-Sagrament tal-Qrar, jasal biex ikun jaf lill-midneb, biex ikun jista' jqis il-gravità ta' dnubietu u kemm hu sogħbien; bħala tabib il-konfessur ikun jaf il-qagħda tal-marid biex ifejqu u jagħtih is-saħħa. L-istqarrija hija sinjal li bih wieħed juri ruħu bħala midneb quddiem Alla u quddiem il-Knisja. L-istqarrija hija għemil ta' fedeltà u ta' qawwa li bih wieħed jafda lilu nnifsu għallniena ta' Alla li se jaħfirlu. Għalhekk, I-istqarrija tad-dnubiet trid tkun għemil ta' kull wieħed waħdu, bħalma d-dnub hu għemil ta' bniedem waħdu (ara Rec.et Paen.n.31 ,lll).

 

Kull wieħed għandu d-dritt jagħżel il-konfessur li jixtieq, sakemm dan ikun approvat mill-Knisja (ara Kan. 991). Li tqerr tal-anqas darba fis-sena huwa tabilħaqq dmir; imma ta' min iqerr iżjed spiss (darba fix-xahar, ngħidu aħna). Jekk, imbagħad, ikun hemm dnubiet mejta, huwa meħtieġ li wieħed jisgħobbih mill-aktar fis, u jitħabbeb malajr ma' Alla u mal-Knisja bis-Sagrament tal-Qrar.

Il-Knisja tħeġġeġ lill-kjeriċi tagħha għall-qdusija u tistedinhom biex iqerru ta' sikwit (Kan276,par.2,n.5). Dan jgħodd ukoll għall-fidili kollha, għax kulħadd imsejjaħ għall-qdusija.

 

4. Il-qrara tal-ħtijiet ta' kuljum (dnubiet venjali), għalkemm mhix meħtieġa, għaliex wieħed jista' jpatti għalihom bit-talb, bl-opri tal-karità, bis-sagrifiċċji u bil-penitenza, b'dana kollu I-Knisja tissuġerixxi biex issir ukoll meta ma jkunx hemm dnubiet mejta (Konċ Trid. DS.1680; Kan.988, par.2).

 

II-qrara tad-dnubiet venjali hija wtieqa għalina, għax tgħin fil-mixja spiritwali. Dawn wieħed jista' ma jqerrhomx kollha, imma ta' dawk li jqerr irid ikollu s-sogħba u I-proponiment.

 

II-qrara regulari tad-dnubiet venjali tgħinna biex niffurmaw kuxjenza, nitqabdu malibdiet ħżiena, infiequ mill-ġrieħi u nimxu 'l quddiem fil-ħajja tal-ispirtu. Meta nersqu ta' sikwit nitolbu s-Sagrament tal-maħfra mingħand Missierna tas-smewwiet, nitgħallmu aħna wkoll naħfru bħalu (Lq 6, 36).

 

Wieħed jista' wkoll jerġa' jqerr dawk id-dnubiet li jkun qerrhom fi qrara ta' qabel, sakemm dan iġedded is-sogħba u I-proponiment (Benedittu XI, DS. 880).

 

5 Kif għandha tkun I-istqarrija tad-dnubiet

 Hemm erba' ħwejjeġ:

i. sinċiera

ii. sigrieta

iii. bil-fomm

iv. sħiħa

 

i. Sinċiera: il-penitent m'għandux jgħid kelma b'oħra fl-istqarrija ta' dnubietu. Irid juri I-ħtijiet tiegħu lill-konfessur kif tgħidlu I-kuxjenza dak il-ħin li jkun jagħmel I-eżami tagħhom. Li tigdeb għall-mistħija jew għal xi raġuni (skuża) oħra dwar ħaġa gravi li għandha x'taqsam mal-qrara, huwa dnub gravi ta' sagrileġġ. Għalhekk, il-qrara ma tkunx tgħodd. Ta' min jerġa' jfakkar li I-konfessur ma jista' jsemmi xejn u ma' ħadd dwar dak li jisma' fil-qrara għax hu marbut bis-sigriet tas-Sagrament tal-Qrar (Kan.983,par.1).

 

ii. Sigrieta: I-istqarrija tad-dnubiet trid issir lill-konfessur waħdu, mingħajr ħadd ma jisma'.

 

iii. Bil-fomm: hija stqarrija bil-kliem fil-qofol tagħha, għalkemm jista' jkun hemm xi sinjali jew xi kitba wkoll. Meta, mbagħad, din ma tistax issir bil-kliem, wieħed mhux marbut li juża mezzi oħra.

 

iv. Sħiħa: I-istqarrija tad-dnubiet fil-qrara sagramentali tkun sħiħa meta jintqalu d-dnubiet mejta kollha lill-konfessur, magħmulin wara I-Magħmudija, u għadhom mhumiex maħfurin direttament bl-assoluzzjoni.

 

II-penitent irid iqerr id-dnubiet mejta kollha li jkun jaf bihom:

a. skont I-għamla, ngħidu aħna, serq, dagħa, żina, gideb bi ħsara;

b. skont in-numru: kemm-il darba sar id-dnub, bejn wieħed u ieħor;

c. skont iċ-ċirkustanzi li jbiddlu I-għamla tad-dnub f'dik li hija gravità - xi serq ta' oġġetti komuni jew sagri, id-dnub żina waħdek jew ma' persuna oħra (ħielsa, miżżewga);

d. min kellu ħsieb jidneb bil-kbir, imma ma seħħlux għal xi raġuni, irid iqerr il-ħsieb tad-dnub gravi;

e. min jaf li ma qerrx tajjeb minħabba fin-nuqqas ta' sogħba, ta' proponiment u ta' sinċerità, irid jerġa' jqerr sa mill-aħħar qrara tajba, u jżid jgħid id-dnubiet tas-sagrileġġ ta' kull darba li għamel qrara ħażina. L-aħjar li jitlob lill-konfessur biex jgħinnu;

f dwar id-dnubiet li wieħed ma jkunx żgur minnhom, għandu jifli tajjeb:

i id-dnub, kemm jista' jgħid jekk wettqux jew le;

i jekk kienx dnub mejjet jew venjal;

ii jekk semmiehx b'xi mod fil-qrara.

ġ min, mingħajr ħżunija, ħalla barra jew nesa dnub mejjet, u jkun qerr tajjeb, jista' jmur jitqarben; ikollu d-dmir biex iqerru fl-ewwel qrara tiegħu meta jiftakar fih. Ta' min ikun jaf li I-penitent għandu d-dmir iqerr dnubietu kollha, u mhux id-dmir tal-konfessur li joqgħod jistaqsih dwar id-dnubiet mejta. II-konfessur jista' jistaqsi biex jgħin.

 

Xi drabi, il-qrara tista' ma tkunx sħiħa għal xi raġunijiet li jinqalgħu. F'dan il-każ id-dnubiet il-mejta jiġu maħfura bil-grazzja santifikanti (tas-Sagrament). Kif tispiċċa dik ir-raġuni, il-penitent irid iqerrhom fl-ewwel qrara. Insemmi xi ragunijiet:

 

i min ikun qed imut: il-konfessur għandu jagħti I-assoluzzjoni Iil kull min qed imut, li jkun wera xi sinjal ta' ndiema, għalkemm forsi ma jistax iqerr.

II-konfessur jista’ jagħti wkoll I-assoluzzjoni f'każ ta' mewt ("jekk int għadek ħaj"). F'dan il-każ, kull saċerdot jista' jagħti I-assoluzzjoni.

Tista' tingħata I-assoluzzjoni Iil ħafna f'daqqa mingħajr il-qrara ta' wieħed wieħed meta I-periklu tal-mewt hu fil-qrib (Kan.961 , par. 1).

 

ii) il-muti: jekk ma jistgħux jagħmlu I-qrara sħiħa bis-sinjali, għandhom juru, b'xi mod, is-sogħba ta' dnubiethom, u jieħdu I-assoluzzjoni tagħhom. Mhumiex obbligati jiktbu dnubiethom, għaliex il-penitent mhux fid-dmir li juża mezzi straordinarji. Jista' wieħed jgħallimhom biex iderrihom.

 

iii) it-torox: li jistgħu jitkellmu għandhom iqerru dnubiethom mill-aħjar li jistgħu. II-konfessur joqgħod attent kif jistaqsihom minħabba n-nies ta’ madwar.

 

iv) dawk li ma jkunux jafu bl-istess ilsien tal-konfessur jistgħu iqerru permezz ta' interpretu (ara Kan.990). Fil-każ, I-interpretu jrid iżomm is-sigriet hu wkoll.

 

Kull min jisma' jew jaraf xi dnubiet tal-oħrajn mill-qrara, irid iżomm is-sigriet xorta waħda (Kan.983, par.2; 1388, par.2). Mill-bqija, għandhom juru sinjal ta' ndiema lill-konfessur li jagħtihom l-assoluzzjoni sagramentali xorta waħda.

 

6 II-Qrara Ġenerali

Fil-Qrara ġenerali wieħed jistqarr id-dnubiet ta' ħajtu kollha jew ta' xi żmien determinat. Din il-qrara għandha ssir bit-thejjija meħtieġa: talb, eżami tal-kuxjenza bir-reqqa, għajnuna tal-konfessur. Jekk jinkitbu xi noti, wieħed għandu jeħles minnhom malajr.

Din tista' tkun:

a. meħtieġa,

b. ta' bžonn,

c. ta' hsara.

a. II-Qrara ġenerali hija meħtieġa u għandha ssir, meta wieħed isir jaf li l-qrar ta' qabel kien ħażin u b'sagrileġġ. Mill-qbija, il-konfessur m'għandux iġiegħel lill-penitent biex jagħmel qrara ġenerali.

 

b. II-Qrara ġenerali tista' tkun ta' bżonn:

i. meta wieħed għandu dubju dwar il-qrar tal-imgħoddi, kienx tajjeb;

ii. f'xi ċirkustanzi, b'umiltà, b'devozzjoni, jew biex wieħed isaffi dejjem iżjed il-ħajja tiegħu ma' Alla;

iii. fl-okkażjoni tal-eżerċizzi spiritwali, ta' xi Ġublew.

 

Ċ II-Qrara ġenerali tkun żejda jew ta' ħsara meta l-penitent ma jkunx f'sikktu, fi stat ta' ansjetà u wisq iżjed fi stat ta' skrupli. II-konfessur, f'dawn il-każi, għandu jżomm lill-penitent milli jagħmel qrara ġenerali.

 

 


 

KAP 11

L-ASSOLUZZJONI TAS-SAGRAMENT

 

1. Tifsir

i. L-assoluzzjoni sagramentali hija I-forma tas-Sagrament tal-Qrar (Konċ Trid.DS.1673, 1704; KKK, 1480-1484).

 

Kull Sagrament hu magħmul minn tliet ħwejjeġ: il-materja, il-forma, il-ministru.

 

II-materja hija I-atti tal-penitent: is-sogħba, il-proponiment, I-istqarrija u t-tewba;

II-forma hija I-assoluzzjoni tas-Sagrament;

II-ministru huwa s-saċerdot konfessur.

 

ii. L-assoluzzjoni sagramentali hi magħmula mill-kelmiet magħżulin mill-Knisja, li s-saċerdot konfessur jgħid fuq il-penitent; b'hekk jgħaqqad il-forma mal-materja li flimkien jagħmlu s-Sagrament li, b'rieda ta' Kristu I-Fundatur, jagħti I-maħfra tad-dnubiet ta' wara I-Magħmudija.

 

iii. L-assoluzzjoni sagramentali għandha tiġi mogħtija bir-rit liturġiku kif hu miktub fl-Ordo Paenitentiae ippubblikat fit-2 ta' Diċembru, 1973 mill-Kongregazzjoni tal-Kult Divin. (no. 46).

 

iv. II-forma tal-assoluzzjoni sagramentali huma I-kelmiet li jgħid il-konfessur: "Alla, Missier il-ħniena, bil-mewt u I-qawmien ta' Ibnu għall-ħajja, ħabbeb mill-ġdid id-dinja miegħu, u sawwab fuqna I-lspirtu Qaddis tiegħu għall-maħfra tad-dnubiet. Hu, bil-ministeru tal-Knisja, jaħfirlek u jagħtik is-sliem. U jiena naħfirlek dnubietek: fl-isem tal-Missier, u tal-lben, u tal-lspirtu s-Santu. Ammen".

 

II-qofol tal-assoluzzjoni sagramentali tinsab fil-kelmiet: "Jiena naħfirlek dnubietek, fl-isem tal-Missier", eċċ.

 

v. L-assoluzzjoni sagramentali trid tingħata bil-kliem, billi I-konfessur jgħid dawk il-kelmiet meqjusa fuq il-penitent li jkun f'riġlejh. Għalkemm mhux meħtieġ li I-penitent jisma' I-kelmiet tal-assoluzzjoni, huwa xieraq li jisma' u jifhem il-kelmiet tal-assoluzzjoni. Jekk il-penitent jilħaq iqum minn postu qabel ma jieħu I-assoluzzjoni, il-konfessur jista' jagħtih I-assoluzzjoni, sakemm il-penitent ikun għadu qrib.

vi. L-assoluzzjoni għandha tingħata Iil kull penitent li jkun nidem tassew. Din tista' tingħata b'kundizzjoni, meta jkun hemm raġuni tajba dwar xi ċirkustanzi tal-passat jew tal-preżent (Kif tinsab ħati; għax int jisgħobbik), imma qatt dwar il-futur, (jekk beħsiebek tindem...).Mhux meħtieġ li I-konfessur jgħid bil-kliem il-kundizzjoni.

 

2. L-effetti tal-assoluzzjoni sagramentali

 Is-Sagrament tal-Qrar jiġi fi tmiemu bl-assoluzzjoni li jgħid il-konfessur lill-penitent.

 

Meta dan is-Sagrament ikun validu, jagħti dawn l-effetti:

i. abbeb lill-midneb ma' Alla,

ii. jiġu maħfura d-dnubiet mejta kollha direttament, meta l-penitent jagħmel dawk il-ħwejjeġ kollha meħtieġa bl-assoluzzjoni tal-konfessur, u indirettament, jekk ikun nesa xi dnub li għalih kellu xorta waħda l-atti kollha meħtieġa b'mod impliċitu flimkien mal-assoluzzjoni tal-konfessur.

iii. tiġi wkoll maħfura l-piena eterna u parti mill-pwieni temporali li jkunu mistħoqqa minħabba fid-dnubiet mejta u venjali,

iv. il-grazzja santifikanti tiġi mogħtija lura jekk intilfet bid-dnub il-mejjet, jew mżjuda, jekk waqfet xi ftit bid-dnub venjal,

v. tiġi mogħtija l-grazzja sagramentali: dawk id-doni spiritwali li jgħinuna biex nagħmlu penitenza u naħarbu d-dnub,

vi. nerġgħu nieħdu l-merti kollha li nkunu tlifna bid-dnub il-mejjet,

vii. tnissel fina paċi u serħan fil-kuxjenza, qawwa u faraġ fil-ħajja spiritwali tagħna.

 

3. Il-Konfessur u l-assoluzzjoni sagramentali.

Meta l-konfessur ikun fiż-żgur dwar it-thejjija u l-qagħda tal-penitent, għandu jagħtih l-assoluzzjoni, għax ikun ħaqqu (Kan.980).

 

Meta l-konfessur jintebaħ li l-penitent mhux imhejji biżżejjed, ifittex jgħinu mill-aħjar li jista' biex ikollu thejjija meħtieġa, u, bi ftehim mal-penitent, iħalli l-assoluzzjoni għal meta jkun imhejji sewwa.

 

Il-konfessur ma jistax iħalli l-assoluzzjoni sagramentali għal darb'oħra, kemm-il darba l-penitent iħossu imhejji u jixtieqha.

 

Meta l-konfessur ma jkunx fiż-żgur dwar il-qagħda tal-penitent, għandu jfittex li jasal fiż-żgur b'iżjed mistoqsijiet biex il-penitent jasal jgħid iva jew le. Jekk, imbagħad, il-konfessur ikun fiż-żgur li l-penitent mhux imhejji, ma jistax jagħtih l-assoluzzjoni sagramentali; jiċhadhielu b'mod li jurih li huwa l-penitent li ma jridx l-assoluzzjoni. F'dan il-każ, il-konfessur jista' jgħidlu hekk: "Jekk nagħtik l-assoluzzjoni sagramentali issa, meta m'għandekx thejjija meħtieġa (sogħba, proponiment), jiena nagħmel dnub mejjet sagrileġġ, u tagħmel ieħor int; b'hekk int tmur lura d-dar bi dnub iżjed, u mhux fil-grazzja ta' Alla. Jiena naħseb li m'għandix nagħtik l-assoluzzjoni. Għalhekk, inti x'taħseb: tridha l-assoluzzjoni, meta taf dan kollu?"

 

X'aktarx li l-penitent iwieġeb li ma jridhiex; f'dan il-każ, mhux is-saċerdot li qed jiċhad l-assoluzzjoni, imma huwa l-penitent innifsu li ma jridhiex, għaliex fehem li kif jinsab ma jħossux imhejji biex jieħu s-Sagrament tal-Qrar. Imbagħad, il-konfessur iħeġġu biex jerġa' lura mill-aktar fis, wara li jkun xtarr tajjeb u thejja biex jilqa' I-grazzja ta' Alla.

 

 


 

KAP 12

IL-MINISTRU TAL-QRARA SAGRAMENTALI

 

1 Il-Ministru tal-Qrara sagramentali huwa I-konfessur; dan irid ikun saċerdot (Kan.965; Konċ. Trid.DS.1684,1710).

 

Biex I-assoluzzjoni tad-dnubiet tkun tgħodd, hemm bżonn li I-konfessur ikollu:

i. is-setgħa tal-ordni li tiġi mill-ordinazzjoni saċerdotali.

Ii. il-permess (fakultà) li jista' jqarar (Kan.966). Il-konfessur jista' jieħu dan il-permess:

a) mill-istess dritt mogħti lilu,

b) mill-awtorità kompetenti (Kan.966, par.2; 969).

 

a) Għandhom id-dritt dawn li ġejjin:

i. il-Papa, Kap tal-Knisja għad-dinja kollha; il-kardinali għad-dinja kollha; I-isqfijiet għad-dinja kollha (Kan.967, par.1)

ii. hemm ukoll dawk li għandhom id-dritt minħabba fil-kariga li għandhom, sakemm I-isqof tal-post ma jsibx oġġezzjoni.

 

Dawn huma:

· I-Ordinarju tal-post (Kan.968, par. 1)

· il-Kanoniku penitenzier (l.c.)

· il-kappillan u dawk bl-istess kariga

· min jagħmilha ta' kappillan – l-amministratur parrokkjali (Kan. 539, 544)

· ir-rettur tas-seminarju (Kan262)

· il-kappillan tal-għaqdiet (Kan.566, par.1)

· is-superjur religjuż għall-istituti tiegħu (Kan.968, par.2)

· kull saċerdot f'każ ta' mewt, ukoll jekk dan ikollu l-permess miżmum (Kan.976)).

 

b) Il-konfessur jista' jieħu l-permess biex iqarar mill-awtorità kompetenti:

i. l-0rdinarju tal-post fil-limiti tiegħu (Kan.969,par.1). Dan jista' wkoll iqarar kullimkien, sakemm xi isqof ma jżommux (Kan.967,par.2)

ii. Is-superjuri religjużi lis-sudditi tagħhom. F'dan il-każ jistgħu jqarru fid-dinja kollha lir-reliġjużi tal-istituti tagħhom, sakemm xi superjur maġġur ma jżommhomx (Kan.969, par2; 967, par.3).

 

Il-permess abitwali tal-qara għandu jiġi mogħti biss lil dawk is-saċerdoti li jistħoqqilhom (Kan.970), għal żmnien qasir jew fit-tul (972), u bil-miktub (973).

 

2. Meta jispiċċa l-permess tal-Qrar:

i. meta jagħlaq iż-żmien, jekk ikun mogħti,

ii. meta l-awtorità żżomm il-permess minħabba f'xi raġuni gravi (Kan.974, par1),

Iii. meta wieħed jitlef jew iħalli l-uffiċċju minħabba fiż-żmien, id-dritt, il-bidla, eċċ.

iv. meta wieħed jinqata' mid-djoċesi,

v. meta jitlef id-domiċilju,

vi. meta l-konfessur jaqa' taħt xi ċensura,

vii. meta l-konfessur jagħti l-assoluzzjoni lil min hu kompliċi (Kan. 977).

 

3. Meta l-permess tal-Qrar jiġi miżmum,

il-konfessur ma jkunx jista' jagħti l-assoluzzjoni valida iżjed. Fil-każ li ma jintebaħx li l-permess għalaqlu, u jibqa' jqarar, f'dan il-każ tidħol għalih il-Knisja bis-setgħa li għandha, hekk imsejha "supplet Ecclesia" (Kan.144, par. 1).

Dan jista' jsir f'żewg każi:

zmeta hemm żball dwar xi fatt, dwar il-liġi,

a) meta hemm dubju pittiv dwar il-fatt jew il-liġi

 

Għalkemm il-Knisja titlob lis-saċerdot li, minbarra s-setgħa bl-ordinazzjoni, ikollu wkoll il-permess (Kan.966), l-istess Knisja - Omm u Għalliema - tidħol hi biex timla n-nuqqas f'dawn il-każijiet li semmejna.

 

 


 

KAP 13

ID-DMIRIJIET TAL-KONFESSUR FIL-QRARA SAGRAMENTALI

 

II-konfessur li jagħti l-maħfra tad-dnubiet fis-Sagrament tal-Qrar, u b'hekk inissel il-grazzja fil-penitent, iwettaq l-ogħla att tas-saċerdozju tiegħu wara dak tal-Ewkaristija, għaliex f'din il-maħfra jkun qed iwettaq il-għan ewlieni tal-lnkarnazzjoni: ‘’hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom” (Mt. 1, 21).

 

Dan il-ministeru huwa dmir tas-saċerdot-konfessur, kif inhu wkoll dritt tal-fidili li jsibu min iħabbibhom mal-Missier.

 

Is-saċerdot-konfessur jaħfer, (jgħammed, eċċ.) fil-persuna ta' Kristu, u mhux bħala legat jew ambaxxatur: “Jiena nfirlek...”. Bis-saċerdozju tiegħu jilħaq xebh mistiku ma' Kristu. Għalhekk, fis-Sagrament tal-Qrar għandu jgħallem it-tagħlim ta' Kristu u tal-Knisja, u mhux l-opinjoni tiegħu.

 

Bħal Kristu, irid jidher ma' ħutu ndaqs, bħall-aħwa, missier, ragħaj, tabib, mgħallem, imħallef. Fuq kollox, irid ižomm is-Sigriet tal-Qrar.

 

1 Il-konfessur - missier tal-penitent

Fil-Qrar, is-saċerdot irid juri ruħu ta' missier, biex il-penitent jista' jiftaħ qalbu miegħu.

 

F'isem il-Missier Alla, jilqa' lil uliedu li jergħu Iura sogħbiena, biex iwellidhom mill-ġdid fil-grazzja. Biex iwettaq dan id-dmir kif inhu xieraq, hemm bżonn jgħix sewwa u jħaddem it-tagħlim li l-Knisja tagħti lill-konfessuri.

 

Meta s-sačerdot ihejji ruħu biex iqarar, iqis li qabel xejn ikun hu fil-grazzja ta' Alla. Dan hu meħtieg kull darba li jagħti s-Sagrament kif inhu xieraq.

 

II-konfessur għandu jilqa' lill-penitent bi tbissima biex inissel fih fiduċja u serħan tal-moħħ. Matul il-laqgħa jkun ġentili miegħu; jurih li qed jifhem il-qagħda tiegħu, bi kliem ta' ħniena u rispett, mingħajr ma juri sinjali ta' għaġġła li ddejjaq. Jekk il-penitent, għal xi raġuni, ma jġibx ruħu tajjeb, il-konfessur m'għandu qatt jieħdu bil-herra.

 

Wara t-tislima u r-radd tas-salib, il-konfessur iħalli lill-penitent jibda d-djalogu, sakemm dan ma jitlobx l-għajnuna.

Jekk u meta l-konfessur jistaqsi, ikun fil-qosor u dwar dak li hu meħtieġ, mingħajr ma jidħol fir-rqaqat żejda. Lanqas m'għandu jħalli lill-penitent jgħid kliem żejjed jew irqaqat li jistgħu jiswew ta' ħsara minflok ta' ġid.

 

Qatt m'għandu juri stagħġib (bi kliem jew sinjali) minħabba fid-dnubiet mejta, jew għax ikun ilu ma jqerr. Jitkellmu t-tnejn b'mod li jiftiehmu bejniethom, mingħajr ma jismagħhom xi ħadd.

 

Is-saċerdoti, speċjalment fil-parroċċa, għandhom jagħtu sehemhom biex il-fidili jsibu fejn iqerru; hu xieraq li jkun hemm ħinijiet li fihom jistgħu jmorru jagħmlu l-qrara personali tagħhom (Kan.986, par. 1).

 

Il-konfessur għandu jkun dejjem dak il-missier spiritwali, dħuli mal-penitent, jnissel fih tama u ħajra biex iressqu lejh, u li jafdah, għax ikun sab fih missier tabilħaqq.

 

2. Il-konfessur huwa r-ragħaj

"Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-ngħaġ tiegħu "(Ġw. 10, 7-18). Ġesù qal lil Pietru: "Irgħa l-ħrief tiegħi, irgħa n-ngħaġ tiegħi" (Ġw. 21, 15-17).

 

Il-konfessur huwa r-ragħaj li jaħdem fil-persuna ta' Kristu. Is-Sagramenti: Jiena ngħammdek, jiena naħfirlek...li jiċċelebra s-saċerdot, jagħtu l-grazzja li jfissru (Konċ.Trid DS.1605-1606). Huwa Kristu li qed jgħammed, Hu li qed jaħfer, l-istess Kristu li qed jagħtina Ġismu biex nikluh.

Dan hu s-saċerdot-ragħaj li Kristu afdalu l-merħla tiegħu f'idejh.

 

3. Il-konfessur huwa t-tabib

Il-konfessur, bħala t-tabib tar-ruħ, irid jagħraf il-qagħda tar-ruħ tal-penitent. Għalhekk, wara Ii jisma' lill-penitent fil-qrara, irid jaħseb fuq il-qagħda kemm spiritwali kif ukoll psikoloġika u fiżika tal-penitent. B'hekk jista' jaraf aħjar il-kawża tad-dnub, biex ikun jista' jagħtih kura wtieqa u jsiblu rkaptu biex ma jerġax jaqa'.

 

Bħala tabib għandu jhejji l-fidili biex jirċievu s-Sagrament tal-maħfra kif inhu xieraq. Jekk jiltaqa' ma' xi ħadd li ma jkunx imhejji sewwa, għandu jgħinu u jgħallmu biex iħalli l-assoluzzjoni għal darb'oħra. Meta jinduna li jkun għalxejn min-naħa tal-penitent, iħallih in bona fide.

Jekk il-konfessur, wara stħarriġ, iħoss li l-penitent għandu bżonn mhux biss parir imma fetħa fil-ġewwieni spiritwali tiegħu biex jista' jfiq, għandu jgħidlu bla tlaqliq.

 

Il-konfessur għandu jagħti t-tewba li tkun ta' ġid għall-penitent, imdaqqsa u li tista' ssir bla dewmien u bla tfixkil.

 

4. Il-konfessur huwa l-imgħallem

Il-pastorali tal-Qrar sagramentali, minbarra li hu dmir, huwa wkoll ħidma ta' intrigu. Għalhekk, is-saċerdot irid ikun imhejji sewwa fit-tagħlim meħtieġ, u jibqa', minn żmien għal ieħor, iżomm ruħu infurmat. Dan għaliex, illum iżjed mill-bieraħ, ikollu jħabbat wiċċu ma' penitenti bi problemi kemmxejn gravi , delikati u mħabblin. Jiftakar li għandu jiġu kull xorta ta' nies fis-soċjetà.

 

Il-konfessur, kif jinduna bin-nuqqas ta' tagħlim fil-penitent, għandu jgħallmu, b'xi mod, dawk il-veritajiet li jmissu s-Sagrament. Meta jiltaqa' ma' penitent b'kuxjenza żbaljata, għandu jurih kif jibni kuxjenza tajba fuq it-tagħlim tal-Knisja.

 

Meta l-konfessur jintebaħ li dak li jkun se jgħid lill-penitent mhux se jisfa ta' ġid, jista' jħalli dak it-tagħrif li deherlu kien meħtieġ, imma ma jħalli qatt barra xi ħsieb u parir spiritwali. Għalhekk, il-konfessur għandu jitħarreg fil-prudenza: meta jiġi biex jistaqsi lill-penitent, jiftakar min għandu quddiemu: età, sess, kundizzjoni; meta jgħid lill-penitent x'għandu jagħmel; meta jagħti t-tewba lill-penitent; meta jqarar tfal, nisa, irġiel, żgħażagħ, morda, eċċ. meta jiġi biex jiċħad l-assoluzzjoni lill-penitent.

 

5. Il-konfessur huwa l-imħallef

Wara l-qrara tal-penitent, il-konfessur, ta' mħallef li hu, għandu jagħmel ħaqq fuq dak li jkun sama'.

Għalhekk, qabel ma jagħti l-assoluzzjoni, irid jifli sewwa:

a jekk l-istqarrija hijiex dnub fiha nnifisha, jew kif jaħsibha l-penitent, biex ikun hemm materja biżżejjed għall-validità tas-Sagrament,

b jekk dan id-dnub (dnubiet) hux mejjet jew venjal,

ċ l-għamla (dagħwa, serq) u n-numru, bejn wieħed u ieħor,

d jekk il-penitent huwiex lest biex jieħu l-assoluzzjoni.

 

Il-konfessur, xi drabi, ikollu jistaqsi lill-penitent bi dritt biex jista' jagħmel ħaqq xieraq:

i. meta, minn dak kollu li jkun sama', jintebaħ li l-penitent, bi ħtija jew le, ma jkunx għamel stqarrija sħiħa,

 ii. meta ma jagħrafx l-elementi meħtieġa biex jagħmel ħaqq dwar is-sura, in-numru, il-gravità u ċ-ċirkustanza li tista' tibdel l-għamla tad-dnub,

 iii. meta għandu dubju sod dwar it-tħejjija meħtieġa tal-penitent.

 

Il-konfessur ghandu jistaqsi bil-qies, jibda b'linja ġenerali, sa jasal fuq il-każ imsemmi. Fejn jidħol is-sitt kmandament, għandu joqgħod iżjed attent, u jiftakar fit-tagħlim tal-Knisja. M'għandu qatt jistaqsi ismijiet ta' nies imsemmija fid-dnub (Kan.979).

 

Il-Kodiċi tad-Dirittu Kanoniku jwissi lill-konfessur dwar każ ewlieni: "Min jistqarr li jkun akkuża b'qerq lill-konfessur li jkun bla ħtija, quddiem l-Awtorità tal-Knisja għax kien ħajru għad-dnub kontra s-sitt kmandament, dan ma jiġix mogħti l-assoluzzjoni qabel ma jirtira dik l-akkuża, u jikteb lill-Awtorità tal-Knisja b'mod ċar, fejn jakkuża lilu nnifsu li dik l-istqarrija tiegħu dwar it-tali konfessur kienet b'qerq, li jkun ukoll imhejji biex isewwi l-ħsarat kollha" (Kan.982).

 

Dik il-persuna, f'dan il-każ, tiu linterdett (latae sententiae); jekk ikun membru klerikali, jieħu wkoll is-suspensjoni (Kan. 1390, par. 1).

 

6. Id-direzzjoni spiritwali

 II-konfessur għandu juri ruħu dejjem bħala missier spiritwali, mexxej fidil ghal dawk kollha li jersqu lejh fil-qrara sagramentali.

Hu għandu jħarreġ lill-erwieh fid-direzzjoni spiritwali, I-iżjed dawk li jiftħu qalbhom u juru li jridu I-għajnuna spiritwali tiegħu.

II-Qrara u d-direzzjoni spiritwali mhumiex xorta wahda. Fil-qrara ssir I-istqarrija tad-dnubiet; issir ukoll riflessjoni u parir spiritwali min-naħa tal-konfessur. Fid-direzzjoni spiritwali isir iżjed taħr dwar il-karattru, drawwiet u tentazzjonijiet fil-ħajja tal-penitent li jwasslu għall-waqgħa fid-dnub. B'hekk, il-konfessur u I-penitent jidħlu fil-qalba ta' dak li jkun ta' xkiel, biex ikun jista' jintrebaħ bit-taħriġ tal-virtù; il-penitent jimxi 'l quddiem fit-triq tal-perfezzjoni.

 

Id-direzzjoni spiritwali ssir f'ħin u f'post fejn wieħed jista' jitkellem u jistħarreġ bil-kwiet u mingħajr għaġġla. Jekk ikun jaqbel, tista' ssir waqt il-qrara.

II-konfessur għandu juri tjieba, għerf u għaqal fid-direzzjoni spiritwali. II-penitent għandu jara Iil Sidna Ġesù Kristu fil-persuna tad-direttur: jiftaħ qalbu miegħu, jafda fih għalkollox, jisma' u jilqa' bil-ħlewwa t-tagħrif u t-twiddib li jagħtih.

Wieħed m'għandux jibdel id-direttur spiritwali għal kull ħaġa ta' xejn.

 


 

KAP 14

IS-SIĠILL (SIGRIET) TAL-QRAR

1. Tagħrif

Bis-sigriet sagramentali I-konfessur hu marbut biex iżomm is-skiet bis-sħiħ kulma ntqal lilu fis-Sagrament tal-Qrar. Dan jgħodd għal dejjem u bla ebda eċċezzjoni, ukoll wara I-mewt tal-penitent. Jissejjaħ ukoll is-siġill tas- Sagrament, għax dak li jistqarr il-penitent lill-konfessur, jibqa' ssiġillat permezz tas-Sagrament.

Ir-rabta ta' dan is-siġill ġejja biss mill-qrara sagramentali li I-penitent jagħmel biex jieħu I-assoluzzjoni. II-konfessur huwa fid-dmir li jżomm is-sigriet, kemm jekk il-qrara tkun tajba, kif ukoll jekk tkun ħażina, sagrilega, jew miċħuda I-assoluzzjoni.

Dan I-obbligu huwa ta' dritt divin naturali; għalhekk, ir-rabta hija gravi minħabba s-Sagrament, u b'ġustizzja minħabba I-ksur tas-sigriet. Huwa obbligu wkoll min-naħa tal-Knisja (ara Kan. 983; DS.814). F'dak li għandu x'jaqsam ma' dan is-siġill, wieħed ma jistax jinqeda b'opinjoni probabbli.

2. Min hu marbut bis-sigriet sagramentali.

 II-konfessur biss huwa marbut bis-sigriet sagramentali. Kulmin, b'xi mod, jagħmilha ta' konfessur (mingħajr ma jkollu I-permess, jew xi sekular li jilgħabha ta' saċerdot), hu marbut xorta waħda bis-sigriet (Kan.983,par.2).

Huma wkoll marbutin bl-istess sigriet: min jagħmilha ta' interpretu, u dawk kollha li, b'xi mod, ikollhom xi tagħrif mill-qrar (l.c.par.2).

Wara I-assoluzzjoni, il-konfessur jitkellem mal-penitent fuq dak li ntqal fil-qrara bil-permess tal-penitent biss. II-penitent mhux marbut bis-sigriet dwar dak li sama' mingħand il-konfessur. B'danakollu, jidneb bi ksur tas-sigriet naturali jekk jikxef xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-konfessur.

II-konfessur m'għandu qatt jinqeda b'xi għarfien li jkun sama' fil-qrara sagramentali bi ħsara għall-penitent (Kan.984,par.1).

Persuni li jkollhom xi awtorità, ma jistgħu qatt jinqdew b'tagħrif ta' dnubiet li semgħu fil-qrar biex jistgħu jħaddmu I-awtorità tagħhom (l.c.par.2).

II-konfessur, meta jipprietka, jista' jinqeda b'argumenti li sama' fil-qrar sakemm ma jkunux ta' ħsara la għall-penitent, u lanqas għas-Sagrament.

II-konfessur, u kulmin, b'xi mod, sar jaf xi ħaġa mill-qrara sagramentali, ma jistax jinqeda biex jixhed (Kan.1550, par.2, n.2) II-Qrati ta' Malta jżommu wkoll li I-konfessur għandu jibqa' jżomm is-sigriet tal-Qrar.

Qrara ma tista' qatt tiġi rreġistrata b'xi mod mekkaniku minħabba fis-siġill tal-istess qrara (ara Dikjarazzjoni tal-Kong. tal-Fidi, 23 ta' Marzu,1973).

 3. Dak li jaqa' taħt is-sigriet sagramentali

Jaqgħu taħt is-sigriet sagramentali d-dnubiet mejta u venjali kollha flimkien mat-tifsira tagħhom li I-penitent ikun stqarr fil-qrara sagramentali. Id-difetti tal-penitent (skrupluż, paċpaċi,eċċ.) u I-virtujiet tiegħu (umli, karitattiv), ix-xogħol li jagħmel, ma jaqgħux taħt is-sigriet, sakemm bihom wieħed ma jikxifx id-dnub tal-penitent.

 4 Kif jinkiser is-siġill sagramentali

Is-siġill sagramentali jinkiser direttament, meta jinkixef id-dnub u I-penitent stqarru fil-qrara sagramentali, u meta bil-kliem tal-konfessur wieħed isir jaf min hu I-penitent u d-dnub li għamel. Jista' jinkiser indirettament, meta b'dak li jgħid u jagħmel jew iħalli I-konfessur, jistgħu jinkixfu xi ċirkustanzi li bihom wieħed jista' jasal jew jissuspetta li jkun jaf min hu I-penitent u d-dnub tiegħu.

 5 II-kastig għal min jikser is-siġill tal-Qrar

II-konfessur li jikser direttament is-sigriet sagramentali jaqa' fl-iskomunika ‘’latae sententiae" miżmuma lis-Sede Apostolika (Kan. 1 388,par.1). Jekk jikser is-sigriet sagramentali indirettament, jiġi kkastigat skont il-gravità tal-ksur tal-każ "ferendae sententiae" (I.c.).

L-interpretu, u dawk li, b'xi mod, saru jafu d-dnubiet tal-penitent (ara Kan.983,par.2), u jiksru s-sigriet sagramentali, jieħdu kastig u jistgħu jaqgħu fl-iskomunika (Kan. 1388,par.2).

Min jirreġistra b'xi mod tekniku dak li jintqal mill-penitent jew mill-konfessur fi qrara sagramentali, vera jew falza, jew ixandru b'mezzi ta' komunikazzjoni, jaqa' fl-iskomunika (Kong. tal-Fidi,23 Sett.,1989).

 

 


 

KAP 15

IL-QRARA SAGRAMENTALI U T-TQARBIN IMQADDES

 

1. Ir-rabta bejn iż-żewġ sagramenti.

L-ewwelnett, il-Qrar mhux qiegħed minħabba t-Tqarbin. Mela, mhux bħalma jaħsbu xi wħud, biex titqarben, qabel trid tmur tqerr; dan hu żball. Huma żewġ Sagramenti mifrudin minn xulxin.

 

Il-Magħmudija u I-Qrar ġew imwaqqfa minn Sidna Ġesü Kristu biex iħassru d-dnubiet.

 

Il-Magħmudija, li hija I-bieb tas-Sagramenti, meħtieġa li ssir, tal-anqas, bix-xewqa għas-salvazzjoni tar-ruħ; din tħassar id-dnub tan-nisel, u dawk id-dnubiet kollha li jkunu saru qabel il-Magħmudija, għal min jitgħammed kbir (Kan.849).

 

Il-Qrar iħassar id-dnubiet mejta u venjali li jkunu saru wara I-Magħmudija (Kan.959).

 

Fil-ħajja nisranija wieħed abrek I-aktar biex jitqabad mal-ħażin sabiex jirnexxilu jżomm fil-grazzja ta' Alia, li hija I-libsa tat-tieġ (Mt.22, 1 1-14), li kull wieħed irid ikollu fil-ħin tal-mewt biex jidħol fil-Ġenna.

 

Il-grazzja ta' Alla hija wkoll bħall-passaport li wieħed irid juri lill-kuxjenza u lil Alla, meta jiġi biex jersaq għat-Tqarbin.

 

Min m'għandux dan id-don, għax tilfu bid-dnub il-mejjet, irid jerġa' jġibu bi qrara tajba u qaddisa, biex ikun jista' jersaq u jilqa' għandu lil Ġesù Ewkaristija b'siwi għalih.

 

Il-Qrar ġie mwaqqaf fuq kollox biex wieħed jista' jerġa' jieħu l-grazzja santifikanti, għax ikun tilifha bid-dnub il-mejjet, biex b'hekk jerġa' jgħix fil-ħbiberija ma' Alla.

 

Wara dan kollu, naslu biex ngħidu li mhux meħtieġ li tmur titqarben minnufih kif tkun qerrejt. Tista' tmur titqarben ukoll jekk jgħaddi żmien sewwa, dejjem sakemm ir-ruħ tkun għadha fil-grazzja ta' Alla.

 

2. It-Tqarbina mqaddsa

Biex wieħed jitqarben sewwa għandu bżonn tliet ħwejjeġ:

a ikun fil-grazzja ta' Alla

b ihejji ruħu kif inhu xieraq

ċ ikun sajjem minn siegħa qabel.

 

Min jersaq biex jitqarben irid ikun fil-grazzja ta' Alla; min jilqa' l-Ġisem tal-Mulej fid-dnub il-mejjet, jagħmel dnub kbir sagrileġġ.

 

Għalhekk, qabel ma wieħed jersaq biex jitqarben, irid ihejji ruħu billi jagħmel sewwa l-eżami tal-kuxjenza biex jara jekk ruħu hix fil-grazzja ta' Alla jew le. Dwar dan San Pawl jgħid: "Kull min jiekol il-Ħobż jew jixrob il-Kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati talisem u d-Demm tal-Mulej. Ħa jgħarbel il-bniedem lilu nnifsu, imbagħad jiekol il-Ħobż u jixrob il-Kalċi. Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel minn ikel ieħor il-Ġisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tiegħu stess" (1 Kor.l l, 27-29).

 

Dan il-ħsieb ta' San Pawl jagħtina ħjiel għall-eżami tal-kuxjenza:

i. Jiena żgur fil-grazzja ta' Alla; mela nista' nitqarben b'moħħi mistrieħ.

ii. M'iniex żgur fil-grazzja ta' Alla, qiegħed bejn ħaltejn: xi ħaġa tgħidli iva, xi ħaġ'oħra tgħidli le; ninsab imħasseb. F'dan il-każ nista' nitqarben, jekk id-dubju hu favur tiegħi.

iii. Jien żgur fid-dnub il-mejjet. F'qagħda bħal din ma nistax nersaq nitqarben. Jekk nitqarben kif jien, nagħmel dnub mejjet sagrileġġ. Hemm bżonn inqerr biex nieħu lura l-grazzja ta' Alla.

 

Il-Kodiċi tad-Dirittu Kanoniku jsemmi xi eċċezzjoni: Min ikun jaf li jinsab fid-dnub il-mejjet, ma jqaddisx (is-saċerdot), lanqas jersaq jitqarben (in-nies) qabel ma jagħmel qrara sagramentali, sakemm ma jkunx hemm raġuni gravi u m'għandux fejn iqerr. F'dan il-każ, għandu jkun jaf li jrid jagħmel l-att tal-indiema perfetta flimkien ma' fehma soda li jqerr mill-aktar fis (Kan.916; ara Konċ Trid. kan.l l; DS.1661). Il-Konċilju jkompli jispjega li jrid ikun hemm żewġ kondizzjonijiet fl-istess waqt:

 

1. Ikun hemm raġuni gravi meta s-saċerdot irid iqaddes, jew wieħed għandu bżonn jitqarben, u ma jistax iħalliha barra mingħajr I-iskandlu, mingħajr ma tinqala' malafama, jew xi ħsara oħra. Dan jista' jiġri meta s-saċerdot għandu bżonn iqaddes tal-ħin, f'tieġ, f'funeral, eċċ.; jew jekk wieħed jiftakar Ii għandu dnub mejjet hu u tiela' fuq I-altar biex jitqarben.

Ma titqiesx raġuni gravi għal wieħed li jkun qed jisma' I-quddiesa ta' funeral, jew li jkun preżenti għal xi ċelebrazzjoni liturġika solenni (ara 1Kor. 1 1, 27-29; Ġw Pawlu Il, Dominicae Coenae, AAS 72, 1980,137).

 

2. Ma jkunx hemm fejn wieħed iqerr, jiġifieri, meta ma jsibx konfessur mingħajr taħbit serju, (mhux tas-soltu), kemm fiżiku kif ukoll morali.

 

 


 

KAP 16

KULL XORTA TA’ PENITENTI

 

Il-konfessur, fil-qrar, jiltaqa' ma' kull xorta ta' penitenti. Huwa għandu jġib ruħu skont ma jitlob il-bżonn ta' kull wieħed, I-iżjed ma' dawk li għandhom ħtieġa aktar mill-oħrajn. Dawn huma I-penitenti Ii jiltaqa' magħhom:

 

1 It-tfal

It-tfal għandhom jiġu edukati għas-sagrament tal-Qrar b'delikatezza kbira, u mhux mibgħuta biex iqerru għax is-Sibt, jew għax se jitqarbnu. Nafu li t-tfal għandhom nuqqas ta' esperjenza biex jagħtu I-valur tad-dnub. Barra minn dan, il-konfessur irid joqgħod attent biex it-tfal ma jaħsbux li I-Qrar huwa xi ħaġa tagħhom it-tfal. Tajjeb li jistaqsihom kemm iħobbu lil sħabhom, u kif; kemm jaħfru lil min jagħmlilhom xi ħaġa; kemm jobdu, speċjalment lill-ġenituri. B'hekk, jibda jnissel fihom sens ta' ħtija u maħfra, li jifhmuha dejjem aħjar maż-żmien bl-esperjenza ta' ħajjithom. Dan jgħodd ukoll għall-ġenituri u għall-edukaturi, biex lit-tfal jibagħtuhom iqerru wara introduzzjoni fuq dan is-Sagrament, dejjem skont il-grad ta' maturità li jkollhom it-tfal. Għalhekk, wieħed irid joqgħod attent dwar I-ewwel Qrara - I-ewwel Tqarbina tat-tfal (ara Kan.914, 989).

 

2. Iż-żgħażagħ

Il-konfessur għandu jidher bi tbissima u b'imġiba ta' ħlewwa biex inissel fihom fiduċja u familjarità; jitkellem magħhom b'mod li jifhmuh mingħajr dawrien ta' kliem tqil; jgħinhom jistqarru dnubiethom, u, jekk jaħseb li jaqbel, jistaqsihom xi ħaġa; dwar is-safa għandu jistaqsi bil-galbu ħafna, u jekk huma jagħtu xi ħjiel dwarha, il-konfessur għandu jidħol iżjed fil-fond, jekk jinduna li huma jaslu biex jifhmuh; jara li d-djalogu jkun ċar u ta' ħbiberija; ihejjihom għall-indiema u għall-proponiment; iħajjarhom biex iqerru ta' spiss.

 

3. II-miżżewġin

i. II-koppji miżżewġin huma fi klassi għalihom bħala penitenti minħabba fil-problemi tal-ħajja ta' kuljum. II-konfessur huwa fid-dmir li jgħin b'imħabba lill-penitenti miżżewġin fl-istqarrija ta' dnubiethom biex il-qrara tkun sħiħa.

 

ii. Dwar I-użu ta' metodi naturali u artifiċjali fl-imġiba ta' bejniethom, il-konfessur għandu jiftakar fit-tagħlim sod tal-Knisja, I-iżjed dak imfisser fl-aħħar dokumenti tal-papiet: Casti Connubii (1930, Piju XI), il-ħafna diskorsi ta' Piju XII, Humanae Vitae (1968,Pawlu VI), Familiaris Consortio (1981), Gratissimum Sane (1994), Evangelium Vitae (1995, ta' San Ġwann Pawlu Il). Ma' dawn inżidu: Gaudium et Spes (1965), il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika (1992), Vade Mecum (1997) għall-konfessuri dwar il-ħajja tal-miżżewġin.

iii. II-konfessuri u dawk is-saċerdoti li għandhom fi ħsiebhom it-tmexxija tal-erwieħ, m'għandhomx iħallu lill-fidili jonqsu f'dak li għandu x'jaqsam dwar il-liġi ta' Alla. Jekk xi konfessur jew saċerdot ikun hu stess li jħajjar lill-fidili biex jaqgħu f'dawn in-nuqqasijiet, jilqa' jew juri li jaqbel magħhom, imqar bla ma jgħid kelma biex juri I-qerq tagħhom, għandu jkun jaf li għad jagħti kont iebes Iil Alla, I-lmħallef ta' kulħadd. II-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-Eżortazzjoni Apostolika Familiaris Consortio, n.29, jistqarr: "B'rabta sħiħa mat-tradizzjoni ħajja tal-komunità tal-Knisja, tul il-ġrajja kollha tal-bniedem, il-Konċilju Vatikan Il, u I-maġisteru tal-Papa Pawlu VI, taw Iil żmenijietna bxara tassew profetika. Din il-bxara tinsab miġbura I-aktar fl-Enċiklika Humanae Vitae, li ttenni u xxandar milldid, b'mod I-aktar ċar, id-duttrina u r-regoli dejjem qodma u dejjem ġodda tal-Knisja dwar iż-żwieġ u t-tnissil tal-ħajja tal-bniedem. alhekk, fl-aħħar laqgħa tagħhom, I-lsqfijiet fis-Sinodu, qalu dawn il-preċiżi kelmiet: "Dan is-Sinodu, imlaqqa' f'għaqda sħiħa ta' fidi mas-suċċessur ta' San Pietru, bil-qawwa kollha jħaddan it-tagħlim tal-Konċilju Vatikan Il (ara Gaudium et Spes, n.50), u t-tagħlim ta' I-Enċiklika Humanae Vitae, u, b'mod speċjali, li I-imħabba bejn il- miżżewġin trid tkun għal kollox tixraq lill-bniedem, tkun bejniethom biss, u tkun

miftuħa għall-ħajja (Sinodu, 26 ta' Sett.,1980, Prop.22, n.11).

 

iv. Ta' min ifakkar lill-miżżewġin li jistgħu jużaw il-metodi naturali skont it-tagħlim tal-Knisja u taħt il-ħarsien ta' ginekologu kattoliku. Meta huwa I-penitent li jistaqsi jew jitlob lill-konfessur biex ikun ċar miegħu, dan ma jistax iwieġeb: "Agħmel kif tgħidlek il-kuxjenza tiegħek"; imma għandu jwieġbu ċar, kif inhu xieraq, bil-galbu, mingħajr ma jaqbel ma' fehmiet żbaljati li jmorru kontra I-maġisteru tal-Knisja. II-konfessur hu marbut li jwissi lill-penitent dwar il-ksur gravi tal-liġi ta' Alla, u jrid jiżgura ruħu li I-penitent tassew irid I-assoluzzjoni u I-maħfra ta' Alla, deċiż li jara sewwa mill-ġdid u li jikkorreġi I-imġiba tieu. II-waqgħat ta' spiss fid-dnub tal-kontraċezzjoni fihom infushom mhumiex raġuni biex tiġi mċaħħda I-assoluzzjoni; iżda I-assoluzzjoni ma tistax tingħata meta m'hemmx biżżejjed indiema jew hi nieqsa I-fehma li ma jsirux dnubiet iżjed (Vade Mecurn, 1997,n.3,5). Ir-raġel u I-mara miżżewġin għandhom jiftakru fid-dritt-dmir għall-att taż-żwieg meta jseħħ kif għandu jkun, u meta hu miftuħ ghall-ħajja (I.C., n.30-31)

 

4. Id-divorzjati

Fost il-każi diffiċli bħala penitenti hemm il-miżżewġin divorzjati, I-għarajjes li jiżżewgu ċivilment biss, u dawk li jmorru jgħixu flimkien (ara KKK 1650,2386).

F'dawn il-każi I-konfessur m'għandux jiċħad I-assoluzzjoni mill-ewwel, imma jixtarr bir-reqqa I-qagħda ta' kull persuna biex jasal li jifhimha sewwa, sakemm din tkun għadha taqbel mat-tagħlim tal-Knisja. II-Papa San Gwann Pawlu Il fisser tajjeb dwar il-qagħda tad-divorzjati fil-Familiaris Consortio, n.84.

 

Dawk il-penitenti li jixtiequ jgħixu fil-grazzja ta' Alla, u ma jistgħux jinfirdu mill-ħabib/a minħabba fid-dmirijiet naturali li kibru ġmielhom (iż-żmien, il-mard, it-tfal li jkollhom bżonn I-għajnuna u I-edukazzjoni), jekk għandhom sogħba tabilħaqq ta' dnubiethom u proponiment sod li jaħarbu għalli ġej, li jgħixu flimkien bħall-aħwa, jistgħu jersqu għat-tqarbin.

II-konfessur, meta jista' jkun, ifakkarhom fid-dmir biex isewwu I-qagħda ħażina tahom.

 

5. L-omosesswali

II-konfessur għandu juri rispett, mogħdrija u ħlewwa mal-omosesswali u ma' dawk li, b'xi mod, huma rregulari dwar il-ħajja sesswali tagħhom. M'għandhiex issir inġustizzja minħabba fil-qagħda tagħhom.

 

Hemm minnhom li m'għażluhiex huma I-qagħda sesswali tagħhom. Hija prova kbira ta' ħajjithom; xorta waħda huma msejħin biex jagħmlu r-rieda ta' Alla; bħala nsara, għandhom jgħaqqdu d-diffikultajiet tagħhom mas-salib ta' Kristu (ara "II-Kura pastorali ta' persuni omosesswali', Kong.tal-Fidi, 1986).

 

Ta' min ifakkar li l-imġiba omosesswali hija fiha nnifisha għemil ħażin (Ġen. 19, 1-29; IKor. 6, 10). It-Tradizzjoni ukoll dejjem għallmet li "Kull għemil omosesswali hu fih innifsu diżordinat" (Persona Humana, Kong.tal-Fidi, 1975, n.8).

 

Lil dawn il-penitenti l-konfessur għandu jurihom l-għajnuniet naturali u sopranaturali: jagħmlu ħbieb ma' min jista' jgħinhom jersqu iżjed lejn is-Sagramenti, jitolbu, u, fuq kollox, jaħarbu l-okkażjoni. B'hekk jista' jirnexxilhom irażżnu lilhom infushom biex jgħixu ħajja aħjar huma wkoll.

 

Dwar l-assoluzzjoni lil dawn il-penitenti, il-konfessur għandu jġib quddiem ajnejh dak kollu li hu meħtieġ għal kull assoluzzjoni, l-iżjed is-sogħba u l-proponiment.

 

6. Dawk li jdumu ma jqerru

 Il-konfessur, bl-imħabba u bil-paċenzja kollha, jistaqsi lill-penitent x'kien li ġiebu jqerr dak- inhar.

Mit-tweġibiet jista' jinduna jekk il-penitent iridx jibdel ħajtu, jew għax ħabtet xi okkażjoni: (tieġ, funeral, l-Ewwel Tqarbina). Il-konfessur, imbagħad, iħejjih biex jistqarr dnubietu, u jgħinu jagħmel qrara sħiħa mill-aħħar qrara tajba.

Wara dan, iħajru għall-indiema u għall-proponiment, biex il-penitent jista' jieħu

l-assoluzzjoni; ifakkru wkoll biex jersaq iżjed lejn il-Qrar, u jagħtih it-tewba kemm hu meħtieġ minħabba fid-dewmien bla qrar.

 

7. L-iskruplużi

Il-konfessur irid jimxi b'karattru sod mal-iskruplużi, filwaqt li huma għandhom joqogħdu għal dak li jgħidilhom hu. L-akbar skruplu tagħhom hu meta ma jobdux lill-konfessur.

 

Safejn jista' jkun, l-iskrupluż għandu jqerr għand l-istess konfessur, li jista' jżommu wkoll bħala direttur spiritwali tiegħu.

Il-konfessur għandu jaghti lill-iskrupluż regoli ġenerali, imma li jkunu ċari, bla tlaqliq u li jinftiehmu sewwa.

 

Dwar il-qrar tal-imgħoddi, ħaġa li jbati biha l-iskrupluż, il-konfessur għandu jiqaflu bis-sħiħ, hekk li ma jħallihx itennih, sakemm dan ma jkunx żgur, u jista' jaħlef li ħalla dnub mejjet, jew li għamel qrara ħażina. Jekk jibqagħlu xi dubju, mhuwiex marbut, u m'għandux jaħseb iżjed dwar il-ħajja tal-imgħoddi.

 

Biex iserraħ il-kuxjenza tiegħu l-iskrupluż, kull meta jmur iqerr, għandu jġedded is-sogħba u l-proponiment fuq dnubietu ta' ħajtu kollha, biex b'hekk, jekk kien fadal xi dnub mhux maħfur direttament, jiġi maħfur f'dik il-qrara.

 

Sakemm ma jkunx żgur minn dnubiet mejta, il-konfessur jagħtih l-assoluzzjoni sagramentali darba fil-ġimgħa. Il-konfessur għandu jisħaq mal-iskrupluż li biex ikun ħati ta' dnub mejjet irid ikun hemm tliet elementi flimkien: il-materja gravi, tkun żgur minn għemilek, u r-rieda ħielsa.

 

L-iskrupluż għandu jħalli l-ġudizzju f'idejn il-konfessur, għaliex, minħabba fil-qagħda psikologika tiegħu, mhux għal kemm jgħid li waqa' fid-dnub il-mejjet, għax fil-każ tiegħu mhux dejjem ikollu rieda ħielsa, lanqas ikun żgur minn għemilu.

 

8. L-okkjonarji

Hemm penitenti li jsibu ruħhom f'waqtiet u f'inħawi fejn jinġibdu iżjed lejn il-ħażin; ħtija ta' hekk, jidinbu malajr. Din tissejjaħ okkażjoni prossima tad-dnub.

 

Kulmin imur fl-okkażjoni prossima, jekk isib ruħu fl-istess ċirkustanzi, tista' tgħid li se jidneb, għalkemm dan jiddependi mill-fehma sħia ta' dak li jkun.

 

L-okkażjoni prossima tista' tkun ta' żewg xorta:

i. għax wieħed irid (volontarja); b'rieda tajba wieħed jista' jeħles minnha;

ii. bi bżonn, (neċessarja) meta, minħabba l-qagħda tiegħu, ikollu jħabbat wiċċu magħha. Biex wieħed jeħles minnha, tista' tkun ħaġa iebsa għalih: minħabba s-saħħa, il-fama, il-post tax-xogħol, eċċ.

 

Il-konfessur m'għandux jagħti l-assoluzzjoni sagramentali lill-penitent li ma jridx jaħrab l-okkażjoni prossima volontarja. Il-penitent li jinsab fl-okkażjoni neċessarja tad-dnub, għandu jagħmel ħiltu kollha biex jitbiegħed kemm jista' jkun minnha.

 

Il-konfessur flimkien mal-penitent ifittxu l-aħjar mod biex jeħilsu mit-triq tad-dnub, filwaqt li jagħtu każ tal-qagħda tal-penitent. Il-penitent iqis li jsib irkaptu sewwa, jekk dan ikun jiswielu biex isalva ruħu.

 

9. Il-penitenti li jaqgħu taħt ċensura jew irregularità

Meta l-konfessur jiltaqa' ma' penitent li jkun waqa' taħt ċensura, irregularità jew impediment, għandu jiftakar fil-Kanoni dwar iċ-ċensuri, speċjalment il-Kanoni 1331 sa 1358. Jekk il-penitent ikun kandidat għall-Ordni Sagri jew saċerdot, il-konfessur jiftakar fil-Kanoni 1041 sa 1049.

Jekk il-konfessur jiltaqa' ma' każ aktarx komplikat, u ma jsibx ħjiel biex iħollu dak il-ħin, jista' jistaqsi lill-penitent ikunx irid jistenna biex jagħmel dak li jgħidlu wara li jkun stħarreg il-każ. Jista' jagħtih l-assoluzzjoni sagramentali.

Il-konfessur jagħtih it-tewba mdaqqsa għallażen li jkun sar u bħala tpattija għall-iskandlu u l-ħsarat li jkunu twettqu. Il-konfessur għandu jorbot lill-penitent bi dmir (safejn jista', Kan. 1323,n.4), biex jersaq fi żmien xahar għand is-Superjur li għandu s-setgħa jew għand saċerdot li għandu l-permess u joqgħod għal dak li jgħidlu; għandu jkun jaf il-penitent, li, jekk ma jagħmilx dan kollu, jerga' jaqa' fiċ-ċensura.

It-talba biex titneħħa ċ-ċensura jista' jagħmilha l-konfessur lis-Superjur mingħajr ma jikxef l-isem tal-penitent (Kan.1357,par.2).

Il-Penitenzerija Apostolika hija l-organu tas-Santa Sede fejn wieħed jitlob u jikteb għallelsien miċ-ċensuri u mill-impedimenti riservati lis-Santa Sede.

 

 


 

KAP 17

IL-KUXJENZA

A. Tagħrif

1. Illum, id-dnub donnu m'għadux jinħass. F'qagħda bħal din, mhux biss m'għandniex naqtgħu qalbna, imma nħarrku iżjed ħilitna fil-qasam pastorali. Dan għaliex il-kultura ta' żmienna qed tattakka, iġġarrab, tħawwad u ddallam il-kuxjenza tagħna, li hija s-santwarju ta' Alla ġewwa fina ( ara Gaudium et Spes, n. 16). Għalhekk, il-Knisja, l-iżjed f'dawn l-aħħar żminijiet, qed tisħaq li tingħata katekeżi siewja u sħiħa dwar il-kuxjenza u dwar il-formazzjoni tagħha.

2. Il-kuxjenza hija l-element għoli tal-kobor u d-dinjità tal-bniedem. Hija dik is-sura ta' sens morali li wassalna biex nagħżlu dak li hu tajjeb minn dak li hu ħażin (Gaudium et Spes, n. 14); sura ta' għajn tar-ruħ, qawwa tar-ruħ biex tara kif inkunu nistgħu mmexxu l-passi tagħna fit-triq it-tajba (ara Ġwanni Pawlu Il, lnsegn.l, 1982,p.860).

3. Il-kuxjenza hija l-leħen ta' Alla ġewwa fija li jgħidli: agħmel dan; aħrab dak; hija ċ-ċentru ta' qalbi fejn inkun ninsab waħdi ma' Alla; hija dik il-liġi li għandha l-milja tagħha fl-imħabba ta' Alla u tal-proxxmu: "Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha... Ħobb lil għajrek bħalek innifsek" (Mt. 22,37-40). Għalhekk, għandi nobdi lill-kuxjenza.

4. Xi drabi jiġri li l-kuxjenza tkun żbaljata, ħtija ta' xi injuranza li ma tistax tintrebaħ, mingħajr ma titlef b'daqstant id-dinjità tagħha. F'dan il-każ l-injuranza tnaqqas, jekk mhux tiskuża għal kollox, il-ħtija tad-dnub gravi.

5. L-għejun tal-moralità.

Il-moralità tagħna tiddependi:

i.         mill-oġġett magħżul: jekk hux tajjeb jew ħażin;

ii.        mill-intenzjoni li jkollok: b'intenzjoni tajba l-imġiba li fiha nnifisha hi ħażina ma ssirx tajba (bħalma hi l-gidba); intenzjoni ħażina (bħalma hi vanaglorja) tagħmel ħażin l-att li fih innifsu jista' jkun tajjeb (Mt. 6, 2) ;

iii.        miċ-ċirkustanzi tal-għemil, li jgħinu jew inaqqsu t-tajjeb jew il-ħażin tal-attijiet morali (bħalma hu ammont ta' serq: kbir jew żgħir).

6. Mhux permess tagħmel il-ħażin biex minnu joħroġ it-tajjeb.

7. Jien obbligat fil-kuxjenza li ma nobdix l-ordnijiet tal-awtorità Ċivili, meta dawn l-ordnijiet huma kontrarji għal-liġi morali u għad-drittijiet fundamentali tal-persuna, jew kontra t-tagħlim tal-Vaelu (Mt. 22,21).

 

B. Il-formazzjoni tal-kuxjenza

1. L-aqwa regula tal-ħajja tagħna hija l-liġi divina nnifisha li hi eterna, oġġettiva, u għal kulħadd; biha Alla jmexxi, jidderieġi u jiggverna l-univers kollu u t-toroq tagħna l-bnedmin fil-pjan tiegħu kollu għerf u mħabba. Alla tana sehem f'din il-liġi; għalhekk għandna d-dmir, kif ukoll id-dritt, li nfittxu l-verità fil- ħwejjeġ reliġjużi biex inkunu nistgħu, b'mezzi adattati, niffurmaw għalina nfusna, bil-prudenza, ġudizzji tajbin u veri tal-kuxjenza (ara Digni. Hum. n.3).

2. Aħna nagħarfu u nifhmu l-amar tal-liġi divina bl-għajnuna tal-kuxjenza tagħna; għandna nimxu magħha bil-fedeltà fil-ħidma kollha tagħna; ħadd m'għandu jġegħelna mmorru kontra l-kuxjenza, l-aktar fi ħwejjeġ religjużi (ara Pacem in Terris, AAS,Apr.1963, p.270).

3. Wieħed għandu jifforma l-kuxjenza tiegħu billi jżomm sewwa quddiem għajnejh it-tagħlim qaddis u ċert tal-Knisja (ara Piju XII, Messaggi, AAS, Marzu 1952. p.270-278).

Dwar dan, il-Konċilju Vatikan Il kompla jsaħħah dak li l-Konċilju Vatikan I għallem, li, "Meta l-isqfijiet jgħallmu f'għaqda mal-lsqof ta' Ruma, huma għandhom ikunu mismugħa minn kulħadd b'venerazzjoni bħala xhieda tal-verità divina u kattolika; il-fidili għandhom jaċċettaw il-ġudizzju tal-isqof tagħhom, mogħti f'isem Kristu, fi ħwejjeġ ta' fidi u morali, u joqogħdu għalih b'qima reliġjuża" (Lumen Gentium, n.25; ara DS.n.301 1).

Dan għaliex il-Knisja Kattolika, kif irid Kristu, hija l-Għalliema tal-verità, u dmirha hu li tħabbar u tgħallem b'mod awtentiku l-verità, li hu Kristu, u fl-istess ħin tistqarr u ssaħħaħ bis-setgħa tagħha, il-prinċipji tal-ordni morali li joħorġu min-natura nnifisha tagħna l-bnedmin (ara Digni. Hum., n. 14).

4. Aħna għandna nfittxu l-verità b'mod li jaqbel mad-dinjità tagħna bħala persuna umana u man-natura soċjali tagħna, jiġifieri, billi nfittxu fil-libertà, bl-għajnuna tal-maġisteru, tal-tagħlim, tal-komunikazzjoni u tad-djalogu, li bihom nuru lil xulxin il-verità li nkunu sibna, biex b'hekk ngħinu lil xulxin fit-tiftix tal-verità; imma meta nagħrfu l-verità, għandna nħaddnuha bis-sħiħ (l.c.n.3).

5. Għall-formazzjoni tal-kuxjenza tagħna mhux biżżejjed dak li jsir min-naħa tal-konfessur fil-qrara: it-twiddib, it-tifsir u t-twissijiet li soltu jagħmlilna. Hemm bżonn ta' gwida kontinwa li trid toħrog mill-pedagoġija pastorali nisranija: il-katekiżmu addattat għal kull età, il-predikazzjoni, il-laqgħat ta' talb, it-tagħlim ta' kultura reliġjuża u l-għajnuna ta' mezzi ta' komunikazzjoni soċjali (ara Ġwanni Pawlu Il, Diskorsi, AAS,Marzu 1997).

 

 


 

KAP 18

L-EŻAMl TAL-KUXJENZA

 

1. Jaqbel li wieħed iħejji ruħu għas-Sagrament tal-Qrar permezz ta' eżami tal-kuxjenza magħmul fid-dawl tal-Kelma ta' Alla. Is-siltiet l-aktar li huma ta' siwi jinsabu fil-katekeżi morali tal-Vanġeli u fil-kitbiet tal-appostli: id-diskors tal-muntanja u t-tagħlim (Mt. 5, 3-12; Lq. 6, 20-26; Rum.15; IKor. 12, 13; Gal. 5; Ef 4, 6).

 

2. L-imħabba lejn Alla

"Ħobb lil Alla b'qalbek kollha" (Mk. 12, 30).

Il-ħajja tiegħi miexja lejn Alla, jew nersaq nitolbu meta għandi bżonnu? Bdiltu ma' ħwejjeg oħra? Nitkellem xejn ma' Alla; inħobb nitlob waħdi? Nistqarr il-fidi tiegħi dejjem u kullimkien, jew nistħi u nibża' ?

Kif inġib ruħi fis-slaleb li jagħtini? Dejjem ħarist l-isem ta' Alla, tal-Madonna u tal-qaddisin? Kif nitkellem fuq ir-Reliġjon tiegħi, fuq il-Knisja? Qatt ħlift fil-falz? 

Nieħu sehem fil-quddies tal-Ħdud u l-festi?

Nisma', naqra, inxandar il-kelma ta' Alla?

Nieħu sehem f'laqgħat ta' tagħlim religjuż? Qatt ħadt sehem f'xi setta jew f'xi rit sataniku; tlabt xi darba biex inkun naf xortija? Kif inħares il-Ħadd, Jum il-Mulej? Alla jiġi l-ewwel, jew wara kollox għalija?

 

3. L-imħabba lejn għajri

‘’Ħobbu lil xulxin, kif ħabbejtkom jien" (Gw. 13,34).

Kemm nasal biex naħfer, nagħder u nħenn?

Ngħin lil min hu fil-bżonn? Naqsam il-ferħ u n-niket mal-oħrajn?

Kemm niġġudika għal xejn, naħseb ħażin, jew nagħti xi malafama? Gdibt? Ġibt ħsara b'hekk?

Sraqt? Lil min? Kemm? 

Kemm jien sinċier fix-xogħol, fin-negozju, fillas? Naħli flus fil-logħob? lnħallas taxxi?

Nevita kull xorta ta' periklu fis-sewqan, waqt ix-xogħol, waqt il-logħob?

Id-dmir tiegħi waħdi, bħala miżżewweġ/a, fil-familja, ma' sħabi. Naħrab l-okkażjoni?

Nisma' mill-ġenituri, minn dawk li jieħdu ħsiebi? Nagħti eżempju tajjeb?

Ngħir għal xi ħadd? Weġġajt bi kliemi? Ħadt sehem fil-hażin?

 

4. Il-mixja tiegħi bħala nisrani

"Kunu perfetti bħalma hu perfett Missierkom tas-smewwiet" (Mt. 5,48). Biżżejjed li ma nagħmilx id-dnub?

Kif qed nuża d-doni, iż-żmien, saħħti?

Nagħmel xi sagrifiċċji? Insum?

Kapaċi nitrażżan dwar it-t.v., ix-xorb, id-divertiment?

Kif qed nuża t-t.v. u l-kompjuter?

Kemm qed nieħu sehem fil-ħajja tal-Knisja?

  

Bierek, ruħ tiegħi, 'il-Mulej, u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.

Hu li jaħfer dnubietek kollha, li jfejjaq il-mard tiegħek kollu.

Idum ma jagħdab u kollu mogħdrija; ma mexiex magħna skont dnubietna, ma ħallasniex skont ħtijietna.

Bħalma missier iħenn għal uliedu,

hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża' tiegħu.

(Salm 105)

 

 


 

SILTIET MILL-BIBBJA DWAR IS-SAGRAMENT TAL-QRAR

 

"Indmu u emmnu fil-Bxara t-tajba". Fil-Bibbja nsibu I-Kelma ta' Alla Missierna li qiegħed isejħilna; din il-Kelma tiegħu tgħallimna u ddawwalna biex insibu t-triq tal-Mulej.

 

1. II-bżonn tal-penitenza

Salm 25, 6-7        Salm 51, 3-19

Mt. 4, 17           Lq. 5, 32

Lq. 13, 1-5          Rum. 2, 2 – 16

 

2. Alla jħobb 'il-midneb

Sir. 21, 1-10        Salm 32, 1 – 2

Is. 1, 18-20         Lq. 19, 1-10

 

3. II-maħfra tad-dnubiet

Mk. 4              Atti 3, 19

Atti 26, 20          2Kor. 7, 1 -11

Lhud 1, 2           1Kol.1 , 19

 

4L-offiżi Iil Alla u s-sogħba tad-dnub

Għerf 11, 23        Salm 4, 4-5

Mk. 1, 14-15        Lq.18, 13-14

 

5. Is-Sagrament tal-Qrar

Mt. 16, 18-19  Mt. 18, 1-8

Lq. 6, 31-38         Ġw. 20, 21-23

Atti 2, 28           2Kor. 5, 18

 


 

GĦELUQ

 

Kif temmejt nikteb dan kollu, qrajtu mill-ġdid. Bejni u bejn ruħi bdejt ngħid: "Issa? X'se jiġri wara l-qrara?" Skiet. F'leħħa ta' berqa, deher quddiem għajnejja I-kwadru ta' Rembrandt: il-miġja lura tal-iben il-prodigu, li, fis-sena tal-Ġublew il-Kbir, sar hekk popolari: il-missier jinklina biex jilqa' u jgħannaq Iil ibnu li raġa' lura. Din ir-riflessjoni għenitni wisq biex inkun naf għalfejn inqerr, x'jagħmel fija dan is-Sagrament, x'jiġri wara I-qrara tajba

"II-missier qal lill-qaddejja tiegħu: 'Isaw, ġibulu I-isbaħ libsa u xidduhielu, libbsulu ċ-ċurkett f'sebgħu u s-sandli f'riġlejh. Ġibu I-għoġol I-imsemmen u oqtluh, ħa nieklu u nagħmlu festa, għax dan ibni kien mejjet u raġa' qam, kien mitluf u nstab'. U għamlu festa" (Lq. 15,22-24) 

Dak li San Luqa jirrakkonta bir-rqaqat imnaqqxa fil-fond tal-immaġinazzjoni tal-qarrej, il-pittur Rembrandt iħożżu fir-realtà bil-kuluri u x-xbihat.

II-missier huwa bniedem għani li għandu I-ġid tal-art, qaddejja u ħaddiema biex jaqduh. L-ilbies u I-porpra ħamra huma sinjal tal-għana li għandu. Dan jagħmel kuntrast mal-kisra tal-bixra ta' għajnejh li flimkien ma' wiċċu mkemmex, juru I-għeja u I-uġigħ ta' qalb li kien għaddej minnhom minħabba t-telfa ta' ibnu. Figura tassew xierqa ta'missier li jaf iħobb u jħoss għal uliedu. Iż-żewġ nisa imilu lejn I-art fl-isfond tax-xena, jagħtu x'wieħed jaħseb li dik hija villa tal-kampanja.

Xebh (iva fqir ħdejn il-veru) ta' Alla Missierna, mimli bl-imħabba għalina wliedu, għani fit-tjubija u I-ħniena, li jixtieq jurina I-għana kbir li għandu għalina. Fil-parabbola, il-missier lanqas biss iħalli Iil ibnu jitolbu maħfra; fis nesa kollox, bħallikieku dak li ġara ma kienx hekk gravi li jfixkel il-qlubija, I-imħabba u I-għaqda ta' bejn il-missier u I-iben. jed. Mhux biss li missieru ħafirlu mingħajr ma ried jaf xejn iżjed, ħlief li jilqgħu lura d-dar wara dik I-istennija kollha, imma wkoll ma kienx qed jara ħlief dak il-mument li jagħtih ħajja ġdida.

Hekk u iżjed ukoll, jagħmel magħna Alla Missierna meta nerġgħu lura għandu fis-Sagrament tal-Qrar. Xejn mhu biżżejjed għall-midneb li jindem; għandu lest għalih I-aqwa u I-aħjar. Filwaqt li I-iben il-ħali jitlob Iil missieru biex iżommu bħala wieħed mil-lavranti tiegħu, missieru jsejjaħ lill-qaddejja biex ifittxu jxiddulu I-isbaħ libsa, waħda mill-merfugħin għall-mistednin għolja. Qalilhom ukoll biex ilibbsulu ċ-ċurkett, sinjal tal-għaqda u I-imħabba; u jlibbsuh ukoll is-sandli, b'wirja ta' unur u fedeltà.

Hekk ukoll isir wara qrara tajba. Alla Missierna jxidd fuqna mħabbtu b'sinjal ta' għaqda u ħelsien. M'aħniex iżjed qaddejja, imma ħbieb, ulied. Ilibbisna I-porpra tal-unur, iċ-ċurkett tal-wild u I-wirt, u s-sandli tal-gieħ. It-tifsira ta' din I-investitura tilħaq il-qofol tagħha fil-kelma "Isaw", li biha I-missier ħeġġeg lill-qaddejja biex ifittxu jonoraw Iil ibnu. Din I-espressjoni turi I-leblieba divina għall-ftuħ tas-saltna I-ġdida, imħejjija sa mill-bidu għalina I-bnedmin.

U dan għadu I-bidu. Għaliex? Għax il-kbir għadu ġej! "Ejjew nagħmlu festa..." II-missier mhux biss ried jaħfer, imma wkoll jinsa kulma għamillu ibnu. Huwa ordna biex joqtlu I-għoġol I-imsemmen (li forsi kien merfugħ għal xi okkażjoni ra), biex jieklu u jagħmlu festa. Ir-raġuni ta' dil-festa: "Għax dan ibni kien mejjet, u raga' qam, kien mitluf u nstab". Saret festa kbira: kien hemm abbundanza ta' ikel, ta' daqq, u ta' żfin.

II-ċelebrazzjoni ta' festa għandha rabta kbira u siewja mas-saltna ta' Alla. Fost I-oħrajn, Ġesù xebbah is-saltna tas-smewwiet ma' festa ta' tieġ li wieħed sultan għamel Iil ibnu. Ġesù jurina li I-Missier tagħna mhux biss joffrilna d-doni tal-maħfra, tar-rikonċiljazzjoni u tal-fejqan; irid ukoll li dawn ikunu I-għejun tal-ferħ Iil kull min jirċivihom. Ta' Missier li hu, jifraħ kull darba li xi ħadd minna jerġa' lura għandu niedem u sogħbien. " Ifirħu miegħi", jgħid ir-ragħaj, "għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitlï'; tghid il-mara, "għax sibt id-drakma li kienet intilfitli"; jgħid il-missier, "għax dan ibni kien mitluf u nstab" (ara Lq. 15, 1-24).

U inti x'qed tistenna?... Tistħi?... Tibża'?... Minn min? ... Minn Missier bħal dan?... Mela, qum, mur... issa...

 


 

GĦAJNUNA GĦAL QRARA TAJBA

 

Fis-Salmi 50 u 85 hemm siltiet Ii jgħinu ħafna biex wieħed jiftaħ qalbu b'tama qawwija m'Alla Missierna.

Inti twajjeb, Mulej, u taħfer; inti kollok tjieba u ħniena għal kull min isejjaħlek. Oħloq fija qalb safja, o Alla, u spirtu qawwi ġedded fija.

Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla.

Dawwar wiċċek minn ħtijieti; ħassar ħżuniti kollha.

Ħsibijiet mill-Bibbja għar-riflessjoni

"Nagħtikom qalb ġdida, u ruħ ġdida nqiegħed ġo fikom; inneħħi minn ġisimkom il-qalb tal-ġebel, u nagħtikom qalb tal-laħam, u nqiegħed ruħi ġo fikom" (Eż.36, 26-27).

"Ċarrtu qlubkom u mhux ilbieskom, u erġgħu duru lejn il-Mulej, Alla tagħkom, għax hu twajjeb u ħanin; tqil biex jinkorla, u kollu tjieba" (Ġoel 2, 1 3).

"Ejjew inwarrbu minna kull xkiel u kull dnub Ii malajr ifixkilna, u b'qalbna qawwija nibqgħu niġru t-triq tal-prova Ii għandna quddiemna; inżommu għajnejna merfugħa lejn Ġesù, Ii minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna" (Lhud 12, 1-2).

"Kunu perfetti bħalma hu perfett Missierkom Ii hu fis-smewwiet" (Mt.5, 48).

 

Talba

  I. Afda fil-Mulej, u agħmel it-tajjeb.

  II. U jkollok il-paċi I-jiem kollha ta' ħajtek.

Mulej, Alla li tista' kollox, li fik m'hemmx ħabi u dlam, ixħet fuqna d-dawl ta' wiċċek, sabiex, imdawlin bil-kelma tiegħek, nimxu 'l quddiem sa naslu għandek b'qalbna sinċiera. Bi Kristu Sidna. Ammen.

 

Lil Marija, Omm ir-Redentur

Imqaddsa Verġni Marija, Omm ir-Redentur u Omm il-Knisja, kenn tal-midinbin, għandek niġi, f'idejk nafda ruħi. Int li tajtni lil Ibnek Saċerdot u Vittma, aqlagħli I-grazzja tal-maħfra, I-għajnuna biex inwettaq dmiri sewwa u I-perseveranza sa ma nasal biex nidħol fil-ħajja ta' dejjem. Ammen.

 


 

DOKUMENTAZZJONI

AAS: Pubblikazzjoni uffiċjali tas-Santa Sede, mill-Vatikan, Acta Apostolicae Sedis

Kanoni: Codex Juris Canonici, edizzjoni Vatikana, 1983

Dei Verbum: Kostituzzjoni tal-Konċilju Vatikan II dwar ir-Rivelazzjoni. 18 ta' Novembru, 1965

Digni. Hum: Dignitatis Humanae. Stqarrija tal-Konċilju Vatikan II dwar il-Libertà Reliġjuża. 7 ta' Diċembru, 1965

Dom. et Vivif: Dominum et Vivificantem, Enċiklika tal-Papa Ġwanni Pawlu II. 18 ta' Mejju, 1986

D.S: Denzinger-Schönmetzer, Herder, 1976

Fam. Cons: Familiaris Consortio, Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-ħidma tal-Familja nisranija fid-dinja llum. 2 ta' Novembru, 1981

Gau. et Spes: Gaudium et Spes, Kostituzzjoni tal-Konċilju Vatikan II. 7 ta' Diċembru, 1965

Hum. Vitae: Humanae Vitae, Enċiklika tal-Papa Pawlu VI dwar il-ħajja. 25 ta' Lulju, 1968

Incar.Myst: Incarnationis Mysterium, 29 ta' Novembru, 1998

KKK: Il-Katekiżmu  tal-Knisja Kattolika, 1993

Konċ.Trid: Il-Konċilju ta' Trento, 13 ta' Diċembru, 1545.

Lumen Gen: Lumen Gentium, Kostituzzjoni tal-Konċilju Vatikan II. 21 ta' Novembru, 1964

Miseri: Vultus: Misericordiae Vultus, Bolla tal-Papa Franġisku fil-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. 11 ta' April, 2015

Ord.Paen: Ordo Paenitentiae, 2 ta' Diċembru, 1973

Pacem in Terris: Enċiklika tal-Papa Ġwanni XXIII. 11 ta' April, 1963

Per. Hum: Persona Humana, 29 ta' Diċembru, 1975

Rec.et Paen: Reconciliatio et Paenitentia, Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II. 2 ta' Diċembru, 1984

Red. Missio. Redemptoris Missio, Enċiklika tal-Papa Ġwanni Pawlu II. 1991

TMA: Tertio Millenio Adveniente, Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II. 10 Novembru, 1994

Siltiet mill-Bibbja: Għaqda Biblika Maltija, 1996

 


 

KOTBA PPUBLIKATI MINN PATRI THOMAS MOORE ofm conv.

Il-Bibbja Għalik: (it-Tielet Edizzjoni) Enċiklopedija ċkejkna dwar il-Bibbja

Jiena Franġisku: il-mixja u l-mira tal-aktar ġenju reliġjuż li l-Ewropa qatt welldet

Jiena Antonju: Saċerdot, franġiskan, missjunarju: il-bniedem ta' kulħadd

Santa Klara: Ikona, storja u spiritwalità

Jiena Naħfirlek: it-Tieni Edizzjoni. Gwida u tagħrif dwar is-Sagrament tal-Qrar

Love and Sex: Educational perspectives. A catholic family handbook about love and sex

I Absolve You: A guide and perspective about the Sacrament of Penance

Jiena Hu — la tibżgħux: Ġabriet ta' talim dwar is-Sagrament tal-Ewkaristija mqaddsa.

Jiena Naħfirlek: Tifkira tal-Ġublew talniena

 


 

ĠUBLEW ta' GRAZZI u ĦNIENA

"Għeżież, spiss ħsibt fuq kif il-Knisja tista' tagħmel iżjed evidenti I-missjoni tagħha ta' xhud ta' ħniena..." dawn huma I-kelmiet li l-Papa Franġisku tenna meta ħabbar ghall-ewwel darba I-ĠUBLEW tal-ĦNlENA nhar ilimgħa 13 ta' Marzu 2015. II-Papa żied jgħid: "Dan se jkollu fil-qalba tiegħu I-ħniena ta' Alla Missierna... Alla kollox jaħfer... Alla dejjem jaħfer... Ma ngħejewx nitolbu maħfra..."

Nhar il-Kunċizzjoni 8 ta' Diċembru Papa Franġisku fetaħ il-BlEB Imqaddes ta' San Pietru simbolu tal-Qalb tal-Ħniena Divina ta' Alla Missierna. Papa Franġisku ppubblika l-BOLLA "WIĊĊ il-ĦNlENA" għas-Sena tal-Ġublew Straordinarju nhar il-11 ta' April tal-2015. Dan beda fit-8 ta' Diċembru u se jintemm fl-20 ta' Novembru tal-2016. Hija Sena straordinarja tal-Ħniena Divina; minflok li tfakkar xi anniversarju, għandha suġġett biex il-poplu ta' Alla jdur lejn dan Missierna b'qalb niedma u jitlob maħfra.

II-Ven. Papa Piju XII nieda Sena mqaddsa fl-1950 — is-sena tad-Domma tal-Assunta; il-B. Papa Pawlu VI nieda Sena mqaddsa fl-1966 biex ifakkar I-għeluq tat-Tieni Konċilju Vatikan. Baqa' jissemma bħala I-Ġublew il-Kbir dak tas-sena 2000 fi żmien il-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu Il.

II-ħsieb tas-sena tal-Ġublew kellu bidu fir-Rabta I-Qadima. Fil-Levitiku (25, 8-13) kien mitlub li jsir Ġublew kull ħamsin sena meta l-art tkun ħawlija u tingħata maħfra Iil kull min kien midjun. II-Papa Bonifaċju VIII sejjaħ l-ewwel Ġublew nisrani fl-1300 biex iħajjar pellegrinaġġi lejn Ruma. Ħaġa kurjuża li għadha tintuża sa żmienna hija I-mixja li wieħed jagħmel biex jgħaddi mill-Bieb Imqaddes ta' waħda mill-erba' bażilki prinċipali ta' Ruma. Kienet ukoll kundizzjoni għar-rebħ tal-indulġenzi fil-pellegrinaġġ sa mill-1450.

Papa Franġisku fetaħ il-Bieb Imqaddes tal-bażilka ta' San Pietru nhar il-festa tal-Kunċizzjoni, kif rajna tajjeb fuq it-T.V.

Hawn Malta I-Arċisqof Charles J.Scicluna se jiftaħ il-Bieb tal-Ġublew tal-Ħniena nhar iladd 13 ta' Diċembru biċ-   ċelebrazzjoni li tasal bi proċessjoni sal-Katidral tal-lmdina. Wara I-Quddiesa I-Arċisqof se jħabbar il-Knejjes f'Malta fejn se jkun hemm ukoll il-Bieb Imqaddes tas-Sena tal-Ġublew.

Wara I-ftuħ f'San Pietru jinfetaħ ukoll dak tal-Bażilka ta' San Ġwann Lateran fit-13 ta' Diċembru. FI-1 ta' Jannar, festa ta' Marija Omm Alla, imiss dak ta' Santa Maria Maggiore. Fil-festa tal-konvejoni ta' San Pawl, 25 ta' Jannar jinfetaħ il-Bieb tal-bażilka ta' San Pawl barra is-Swar. Din hija grazzja li I-Papa jixtieq li kulħadd ikollu waqt jew ieħor biex imur jidħol mill-Bieb Imqaddes tal-Ħniena Divina. Dan, biex iduq I-imħabba ta' Alla Missierna li lest jilqagħna, ifarraġna, jaħfrilna u jnibbet fina tama fih. Hija xewqa kbira tal-Papa li ħafna jsibu ħin biex jaqsmu min-naħa għall-oħra li jiltaqgħu mal-Ħniena Divina li qed issejħilna. Kull djoċesi fid-dinja kattolika għandha tiftaħ dan il-Bieb Imqaddes tal-Ħniena minn nhar il-Ħadd tal-Avvent "Ifirħu" (13 ta' Diċembru). II-Papa spjega għaliex għażel din it-tema tal-Ħniena Divina: biex ikompli jfakkarna fuq dak li kitbilna l-qaddis Papa Ġwanni Pawlu Il fit-tieni Enċiklika tiegħu "GĦANI FIL-ĦNIENA". Għaliex it-tema tal-Ħniena qed titwarrab u tintesa fil-kultura ta' żmienna.

II-Knisja għandha I-missjoni li xxandar ilniena ta' Alla — il-qalb tħabbat tal-Vanġelu. Fi żmienna meta I-Knisja hi mpenjata fl-evanġelizzazzjoni ġdida, it-tema tal-Ħniena tesiġi li tiġi mressqa mill-ġdid quddiem id-dinja b'ħeġġa ġdida u b'pastorali ġdida: 'Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom" (Lq. 6, 36). Dan hu programm ta' ħajja mpenjata, imma daqstantieħor mogħni bil-ferħ u I-paċi. II-kmand ta' Ġesù hu għal dawk li jisimgħu Ieħnu (Lq. 6, 27). Għalhekk biex inkunu kapaċi nħennu I-ewwelnett irridu nisimgħu l-Kelma li titħabbrilna. Qed jgħidilna x'inhuma t-tappi tal-pellegrinaġġ li bihom nistgħu niħqu I-għan tagħna: "Tiġġudikawx u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx u ma tkunux ikkundannati; aħfru u ssibu maħfra; agħtu u jingħatalkom..." (Lq. 6, 37-38).

II-pellegrinaġġ hu sinjal partikulari tas-Sena Imqaddsa. II-ħajja hi pellegrinagġġ. Biex wieħed jilħaq il-Bieb Imqaddes ta' kull post irid jagħmel dan il-pellegrinaġġ. Dan ifisser stimolu lejn il-konvejoni, jiġifieri biex inħallu warajna I-ħażin u nduru lejn Alla Missierna li jħaddanna fil-ħniena tiegħu; biex aħna wkoll nuru ħniena ma' ħutna kif il-Misier ikun wera magħna.

"Hi xewqa kbira tiegħi", stqarr Frangisku, "li I-poplu Nisrani matul il-Ġublew jirrifletti fuq I-opri tal-ħniena kemm korporali kif ukoll spiritwali" Dan ikun mod kif nerġgħu nqajjmu I-kuxjenza tagħna li spiss rieqda quddiem it-traġedja tal-faqar u biex nidħlu dejjem iżjed fil-qalba tal-Vanġelu fejn il-foqra huma I-ipprivileġġjati tal-Ħniena Divina. Irridu niskopru mill-ġdid I-opri tal-ħniena korporali u ma ninsewx dawk tal-ħniena spiritwali: għallem Iil min ma jafx; agħti parir tajjeb; farraġ; aħfer...

II-Papa jtenni fl-aħħar tal-Bolla dwar "WIĊĊ il-ĦNlENA": "F'dan il-mument tal-Ġublew ejjew inħallu Iil Alla jissorprendina. Hu ma jgħeja qatt jiftaħ beraħ il-bieb ta' qalbu biex itennilna li jħobbna u li jrid jaqsam ħajtu magħna. II-Knisja taf li I-ewwel dmir tagħha hu dak li ddaħħal Iil kulħadd fil-misteru kbir tal-Ħniena ta' Alla hi u tikkontempla I-Wiċċ ta' Kristu. F'din is-Sena tal-Ġublew il-Knisja ssir eku tal-Kelma ta' Alla li tidwi qawwija u konvinċenti bħala Kelma u Ġest ta' maħfra li twieżen u tgħin. II-Knisja ssir leħen għal kull raġel u mara u ttenni b'fiduċja u bla waqfien: "Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, Mulej, għax huma minn dejjem".

Fl-aħħar, u mhux l-inqas, il-Papa Franġisku jfakkarna li Marija Omm Ġesù hija Omm ilniena pereċċellenza. Hija ħarset fil-qalb tagħha l-ħniena divina f'sintonija perfetta ma' Binha Ġesù. L-għanja tagħha ta' tifħir, fuq l-għatba ta' dar Eliżabetta, kienet iddedikata lill-ħniena li tinfirex "f'kull żmien" (Lq. 1, 50). Taħt is-salib Marija flimkien ma' Ġwanni hi xhud tal-kelmiet ta' maħfra li ħarġu minn fomm Gesù. L-ogħla maħfra offruta lil min sallbu turina sa fejn kapaċi tasal il-ħniena ta' Alla. Marija tixhed li l-ħniena tal-lben ta' Alla ma tafx b'limiti; tilħaq lil kulħadd bla ma tħalli lil ħadd barra. Induru lejha bit-talba antika u dejjem ġdida tas-Salve Reġina, biex ma tehda qatt iddawwar lejna dawk l-għajnejn tagħha tal-ħniena u tagħmilna denji nikkontemplaw il-Wiċċ tal-Ħniena ta' Binha Gesù.

Il-mira prinċipali ta' dan il-Ġublew tal-Ħniena hija l-qdusija ta' kull individwu biex naqsmu flimkien dan il-ferħ ta' mħabba u maħfra. Hi x'inhi l-qagħda tiegħek din hija opportunità u grazzja biex jirnexxilek tgħaddi mill-Bieb lmqaddes ta' xi waħda mill-bażiliki jew santwarji li għandek issib f'kull djoċesi. "Ħallu qlubkom jimtlew bit-tjubija u l-maħfra tal-Missier u xerrduhom ma' kulħadd".

 


 

Il-Logo tal-Ġublew tal-Ħniena

ĦANINA BĦALL-MISSIER

 

 

Ara aktar dwer il-Ġublew tal-Ħniena ...

 


 

 

Talba tal-Papa Franġisku għall-Ġublew tal-Ħniena (2015-2016)


Mulej Ġesù Kristu, int li għallimtna nħennu bħalma ħanin hu Missierna tas-Sema, u għidtilna li min jara lilek jara lilu: urina wiċċek u nkunu salvi.

Ħarstek mimlija mħabba ħelset lil Żakkew u ’l Mattew mill-jasar tal-flus; lill-adultera u l-Maddalena milli jqiegħdu l-ferħ tagħhom biss fi ħlejqa;

bikkiet lil Pietru wara t-tradiment, u wiegħdet il-Ġenna lill-ħalliel niedem.

Agħmel li kull wieħed u waħda minna jisma’ tingħad lilu dik il-kelma li int lissint lis-Samaritana: Kieku kont taf id-don ta’ Alla!

Int il-wiċċ li jidher tal-Missier li ma jidhirx, ta’ Alla li juri s-setgħa tiegħu fuq kollox bil-maħfra u l-ħniena:

agħmel li l-Knisja tkun fid-dinja l-wiċċ tiegħek li jidher, int li int il-Mulej tagħha, rebbieħ fuq il-mewt u glorjuż.

Int ridt li l-ministri tiegħek ikunu huma wkoll imlibbsa bid-dgħufija biex jistgħu jħossu għal dawk li qegħdin fl-injoranza u l-iżball; agħmel li kull min jersaq lejn wieħed minnhom iħossu milqugħ, maħbub u maħfur minn Alla.

Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u kkonsagrana lkoll bid-dilka tiegħu biex dan il-Ġublew tal-Ħniena jkun sena ta’ grazzja tal-Mulej u l-Knisja tiegħu b’ħeġġa mġedda tista’ twassal lill-foqra l-bxara t-tajba, tħabbar il-ħelsien lill-imjassrin u l-maħqurin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja. Dan nitolbuhulek bl-interċessjoni ta’ Marija, Omm il-Ħniena, int li tgħix u ssaltan flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

 


 

L-Indulġenza tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena

 

“Nagħmlu mod li ċ-ċelebrazzjoni tas-Sena Mqaddsa tkun għal kull min jemmen tabilħaqq żmien ta’ laqgħa mal-ħniena ta’ Alla.  Fil-fatt, hi xewqa tiegħi li l-Ġublew ikun esperjenza ħajja ta’ kemm il-Missier hu qrib tagħna, hekk li bħal donnu jrid imissina b’idu ħelwa, biex isaħħaħ il-fidi ta’ kull min jemmen u hekk titqawwa dejjem iżjed ix-xhieda li jagħti…  Nixtieq li l-Indulġenza tal-Ġublew tasal għand kull wieħed u waħda bħala esperjenza ġenwina tal-ħniena ta’ Alla, li joħroġ jiltaqa’ ma’ kulħadd bil-wiċċ tal-Missier li jilqa’ fi ħdanu u jaħfer, waqt li jinsa għalkollox id-dnub imwettaq”.

 

X’għandek tagħmel biex taqla’ l-Indulġenza fil-Ġublew tal-Ħniena

L-Indulġenza Plenarja tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena tinkiseb b’dawn il-kundizzjonijiet:

-        Pellegrinaġġ qasir lejn il-Bieb Imqaddes, miftuħ f’kull Katidral jew fil-knejjes stabbiliti mill-Isqof Djoċesan bħala Knejjes Ġubilari, u fl-erba’ Bażiliċi Papali ta’ Ruma, bħala sinjal tax-xewqa profonda għal konverżjoni vera.

-        Nersqu lejn is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni (il-Qrar).

-        Nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija mqaddsa (il-Quddiesa) b’riflessjoni fuq il-ħniena.

-        Nagħmlu l-Istqarrija tal-Fidi (il-Kredu).

-        Nitolbu għall-Papa u skond il-fehmiet li jġorr f’qalbu għall-ġid tal-Knisja u tad-dinja kollha.

 

Għall-morda u l-anzjani li ma jistgħux joħorġu

“Il-morda u l-persuni anzjani u li jinsabu waħidhom, spiss f’qagħda li ma jistgħux joħorġu mid-dar, jistgħu jiksbu l-Indulġenza jekk il-mard u t-tbatija jgħixuhom bħala esperjenza qrib tal-Mulej li fil-misteru tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu jgħallimna t-triq biex nagħtu sens lit-tbatija u s-solitudni.  Jekk jgħixu bil-fidi u t-tama hienja dan il-waqt ta’ prova, jitqarbnu jew jieħdu sehem fil-Quddiesa u fit-talb komunitarju, anki permezz tad-diversi mezzi ta’ komunikazzjoni, dan ikun għalihom il-mod kif jiksbu l-Indulġenza tal-Ġublew”. 

 

Għall-ħabsin

“Fil-kappelli tal-ħabsijiet jistgħu jiksbu l-indulġenza, u kull darba li jgħaddu mill-bieb taċ-ċella tagħhom, bi ħsiebhom u t-talb tagħhom merfugħ lejn il-Missier, ħa jkun għalihom dan il-ġest il-passaġġ tagħhom mill-Bieb Imqaddes, għax il-ħniena ta’ Alla, li tista’ tibdel il-qlub, għandha l-ħila wkoll tibdel il-grada taċ-ċella f’esperjenza ta’ libertà”.

 

L-Opri tal-Ħniena

“Jien sejjaħt lill-Knisja biex f’dan iż-żmien tal-Ġublew tiskopri mill-ġdid l-għana li hemm fl-opri ta’ ħniena li jmissu l-ġisem u r-ruħ…  Kull darba li l-fidili jgħixu waħda jew iżjed minn dawn l-opri huma stess, żgur li jkunu qed jiksbu l-Indulġenza tal-Ġublew”.

 

Għall-Erwieħ tal-Purgatorju

“L-Indulġenza tal-Ġublew tista’ tinkiseb ukoll għall-għeżież mejtin tagħna.  Magħhom aħna mxierka fix-xhieda ta’ fidi u mħabba li ħallewlna.  Kif niftakru fihom fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, hekk nistgħu, fil-misteru kbir tax-xirka tal-Qaddisin, nitolbu għalihom, biex il-wiċċ ħanin tal-Missier jeħlishom minn kull fdal ta’ ħtija u jagħfashom mal-qalb tiegħu fl-hena ta’ bla tmiem”.

 

L-assoluzzjoni mill-abort

“Iddeċidejt li għal din is-Sena tal-Ġublew nagħti lis-saċerdoti kollha l-fakultà li jagħtu l-assoluzzjoni mid-dnub tal-abort lil dawk kollha li wettquh u, niedma minn qalbhom, qed jitolbu l-maħfra tiegħu”.

 

Mill-Ittra li biha l-Q.T. il-Papa Franġisku jagħti l-Indulġenza fl-okkażjoni tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena, 1 ta’ Settembru 2015.