Il-ħarsa stess
hija l-fus tal-logo tas-Sena
tal-Ħniena
Kummentatur:
L-intwizzjoni
grafika li tagħti ħajja
lid-disinn kollu kemm hu hi
qawwija daqskemm hu ċkejken
il-qies tiegħu, u hawn ir-riskju
li b’daqqa t’għajn superfiċjali
ma tindunax b’dan. Għax hi
propju ħarsa, anzi l-ħarsa stess
hija l-fus tal-logo tas-Sena
tal-Ħniena, dan iż-żmien
speċjali li l-Papa Franġisku
ħabbar fit-13 ta’ Marzu
fil-Bażilika ta’ San Pietru u li
nedih solennement xahar wara,
fil-11ta’ April,
bil-pubblikazzjoni tal-Bolla
Pontifiċja.
Ġesù Kristu hu
l-wiċċ ħaj tal-ħniena
tal-Missier. Dan huwa affermat
fil-bidu tad-dokument u hu
propju fuq dan il-Wiċċ
tal-Ħniena, il-Misericordiae
Vultus, li tikkonċentra
l-invenzjoni tal-awtur tal-logo
Patri Marco Ivan Rupnik -
Ġiżwita, teologu u fl-istess
waqt wieħed mill-interpreti
l-aktar importanti fid-dinja
tal-arti tal-mużajk sagru.
Idejh ħolqu
xbieha ta’ Kristu, ir-Ragħaj
it-Tajjeb, li fuq spallejh qed
iġorr lil Adam li l-ġenb ta’
wiċċu qiegħed imiss, f’ġest
intimu u ta’ iben, ma’ dak ta’
Ġesù, b’tali mod li l-għajn
ix-xellugija ta’ Adam u l-għajn
il-leminija ta’ Kristu huma
l-istess waħda. Il-ġrajja
kollha tal-fidwa hi miġbura
f’daqqa żgħira ta’ lapes.
Patri Rupnik:
Alla jħares lejn
il-bniedem b’mod li l-bniedem
ikun jista’ jifhmu. Jikkomunika
lilu nnifsu b’tali mod li
l-bniedem ikun jista’ jara ... u
dak li jara l-bniedem jarah
ukoll Alla u b’hekk il-bniedem
jibda jara kif jimxi Alla: din
l-umanità divina ta’ Kristu.
Hemmhekk naraw verament li
Kristu ħa fuqu l-umanità kollha.
Kummentatur:
L-aħmar, il-gradi
differenti tal-ikħal,
l-isfumatura kiebja tad-deheb
tal-libsa ta’ Adam b’kuntrast
ma’ dak l-abjad jgħammex ta’ dik
ta’ Kristu, kull għażla
kromatika tal-logo tal-Ġublew
tal-Ħniena hi maħsuba skont
kodiċi li sar elf sena ilu minn
artisti ta’ ispirazzjoni
Nisranija, l-aħmar, il-kulur
tad-demm u tal-ħajja hu l-kulur
ta’ Alla. L-ikħal hu l-kulur
tal-bniedem, l-unika kreatura li
tista’ tħares dritt lejn
is-sema, filwaqt li l-abjad hu
l-kulur tal-Ispirtu s-Santu għax
hu rifless tal-ħajja Trinitarja,
l-aħdar jirrakkonta l-ħolqien,
l-iswed il-lejl u l-mewt.
Patri Rupnik:
Kristu hu abjad
għax dommatikament Kristu niżel
f’art il-mewt, ir-ruħ ta’
Kristu, il-ħajja tal-Ispirtu ta’
Kristu; filwaqt li l-ġisem
tiegħu kien għadu jistrieħ
fil-qabar. Allura Hu id-dawl,
hija l-ħajja eterna tal-Iben li
tinżel. Madwar hemm dawn
it-tliet ċrieki konċentriċi
mill-blu għal kważi iswed.
Min-naħa dawn huma hekk biex
juru li l-misteru t’Alla hu
impenetrabbli. Imma min-naħa
l-oħra biex juru li d-dawl
tad-dinja hu bla sens għax
l-uniku dawl huwa Kristu. Hu
d-dawl ta’ Kristu li jiddi
fil-qalb tal-umanità. Adam li
jinsab fuq spallejh għandu kulur
li kien aħdar imma mħallat
mad-deheb sar.... kulur li la hu
aktar aħdar imma lanqas tista’
ssejjaħlu għal kollox
dehebieni. Ifisser propju din
l-umanità fi proċess ta’ fidwa,
le, ta’ santifikazzjoni.
Kummentatur:
Il-vjaġġ twil tul
il-mixja tas-sekli, għani
fit-tradizzjoni u l-kultura
jinġabar kollu fil-kompożizzjoni
tal-logo. Mhux biss minħabba
l-għażla tal-kuluri skont
is-simboliżmu nisrani antik,
imma wkoll minħabba l-istil
medjevali tad-disinn, l-uċuħ
fissi tal-arti paleokristjana
hija interpretazzjoni preċiża
tal-postmodernità li l-awtur
jispjegaha b’mod soprendenti.
Patri Rupnik:
Ninsabu f’epoka
li ntemmet, l-epoka
tal-modernità, mir-rinaxximent
saż-żminijiet tagħna. Allura
ż-żmien ġdid li qed jasal se
jkun mill-ġdid żmien organiku.
Jekk dan kien żmien kritiku,
tar-raġuni, tal-intellett,
tal-universitajiet, tar-riċerka
eċċ, issa se jkun mill-ġdid
iż-żmien tal-ħajja. U meta jkun
hemm perjodu storiku fejn
tiddomina l-ħajja, fejn il-ħajja
għandha l-prijorità, il-kultura
hi dejjem simbolika, poetika,
metaforika, li minnha tista’
tingħata u titnibbet il-ħajja.
Kummentatur:
Skont Patri
Rupnik, il-Papa Franġisku hu
l-eżempju ħaj ta’ din
it-tendenza tal-epoka
post-moderna riesqa lejn
il-ħajja. Hija s-sejba mill-ġdid
b’mod prepotenti tal-bniedem
meħlus, biex ngħidu hekk,
mill-labirinti
tal-astrazzjonijiet u
l-intellettwaliżmi li jitqegħedu
f’perjodu li fih il-ħajja u
l-għarfien ma kienux mifrudin
minn xuxlin fil-ħajja. Fil-kliem
u aktar u aktar fil-ġesti
profondament umani ta’
Franġisku, qed jgħixu mill-ġdid,
afferma Patri Rupnik, il-figura
tal-Missier Ħanin tal-Evanġelju,
tar-Ragħaj it-Tajjeb li ma
jindirizzax aktar is-sistemi u
l-ideat, imma lill-persuni.
Patri Rupnik:
Naħseb li dan ta’
Franġisku hu pontifikat kbir
għax verament diġà jifforma
parti minn din l-epoka l-ġdida.
M’għadux parti mill-epoka li
għaddiet. Naraw diġà din
il-profezija tat-tiġdid li
tidher propju għaliex kelmtu
hija importanti, imma daqstant
ieħor huma l-ġesti tiegħu u
l-immaġni.
Dan huwa ġà
lingwaġġ simboliku fis-sens
nobbli tat-teoloġija, jiġifieri
fejn l-għaqda ta’żewġ dinjiet
dik divina u dik umana,
tal-maħluq u tal-Ħallieq
jesprimu ruħhom waħda fl-oħra.
Meta Kristu ta l-aħħar nifs
tiegħu fuq is-Salib, aħna
ħtafnih dak in-nifs u bih bdejna
nieħdu n-nifs aħna stess.
Huwa għalhekk li
Adam u Kristu huma daqstant qrib
ta’ xulxin f’din ix-xbieha. Hu
hekk qrib tal-poplu kif jifhmu
l-Papa Franġisku.
Traskrizzjoni u traduzzjoni
tat-test minn Joe Huber