Litanija lill-Madonna tal-Ħelsien

Id-Devozzjoni lejn il-Madonna tal-Ħelsien hi mxerrda ħafna fil-Libanu u f'pajjiżi fejn hi mitkellma l-lingwa Franċiża

 

 

Mulej Ħniena. Mulej Ħniena

Kristu Ħniena. Kristu Ħniena

Mulej Ħniena. Mulej Ħniena

Kristu Ismagħna. Kristu Ismagħna

Kristu isma t-talb tagħna. Kristu isma t-talb tagħna

 

Missier Etern Alla. Ħenn għalina

Iben Alla Feddej tad-dinja. Ħenn għalina

Spirtu s-Santu Alla. Ħenn għalina

Trinità  Qaddisa Alla Wieħed. Ħenn għalina

 

Qaddisa Marija tal-Ħelsien. Itlob għalina

Qaddisa Marija tal-Vitorja. Itlob għalina

Qaddisa Marija li fuqek xehtet id-dell il-Qawwa ta’ l'Għoli. Itlob għalina

Qaddisa Marija aktar kuraġġuza minn Ester u Ġuditta. Itlob għalina

Qaddisa Marija li Ibnek saħaq ras ix-xitan. Itlob għalina

 

Mara mlibbsa x-xemx invulnerabbli għall-attakki tax-xitan. Itlob għalina

Qaddisa Marija li tipproteġina mid-dragun furjuż. Itlob għalina

Qaddisa Marija rifuġju tal-midinbin. Itlob għalina

Qaddisa Marija ħelliesa u saħħa tal-morda. Itlob għalina

Qaddisa Marija tama ta’ dawk li tilfu t-tama. Itlob għalina

 

Qaddisa Marija li ġegħelt lil Ġwanni l-Battista jaqbeż bil-ferħ fil-ġuf ta’ ommu.

     Itlob għalina

Qaddisa Marija protettriċi tan-nisa li jinsabu fit-tqala u ta’ dawk li qegħdin iwelldu.

     Itlob għalina

 

Mill-qawwa u minn kull tentazzjoni tax-xitan. Verġni Marija eħlisna

Mis-seduzzjoni tal-idoli u tagħlim falz. Verġni  Marija eħlisna

Mill-possessjonijiet djaboliċi. Verġni  Marija eħlisna

Mill-illużjonijiet perikolużi u mill-ispirtu tal-ħażen. Verġni  Marija eħlisna

Minn dawk li jħaddmu l-okkult. Verġni  Marija eħlisna

 

Mill-patti sataniċi li jagħmluna skjavi tax-xitan. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull idolatrija, spiritiżmu u sataniżmu. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull tip ta setet, okkult u soċjetajiet sigrieti. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull ingann ta’  diviniżmu u previżjonijiet foloz. Verġni  Marija eħlisna

Mill-viżjonijiet fażulli u ħolm ta’  ingann. Verġni  Marija eħlisna

 

Minn kull saħta. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull magħmul u kull prattika ta’ okkult. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull spirtu ta’ mewt, suwiċidju u ta’ omiċidju. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull mard li ġej mill-ħazen. Verġni  Marija eħlisna

Mill-flaġelli. Verġni  Marija eħlisna

 

Mill-ġuh, mill-vjolenza u mill-gwerra. Verġni  Marija eħlisna

Mill-inċidenti fatali. Verġni  Marija eħlisna

Mill-mard li jittieħed. Verġni  Marija eħlisna

Mill-isterilità. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull theddid kontra t-trabi fil-ġuf tal-omm. Verġni  Marija eħlisna

 

Mit-twelid diffiċli u minn kull trawma tat-tfal. Verġni  Marija eħlisna

Mill-perverżjonijiet li jheddu lit-tfal. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull ansjetà tar-ruh u kull uġigħ fiżiku. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull mard u ħażen ereditarju. Verġni  Marija eħlisna

Mit-telf misterjuz ta’ persuni għeżież għalina. Verġni  Marija eħlisna

 

Minn kull blokk mentali jew affettiv. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull rabta mal-passat. Verġni  Marija eħlisna

Mill-biża’ mill-futur. Verġni  Marija eħlisna

Min-nuqqas ta’ Alla. Verġni  Marija eħlisna

Mill-ateiżmu u mill-kultura tal-mewt. Verġni  Marija eħlisna

 

Mit-tentazzjoni kontra l-fidi. Verġni  Marija eħlisna

Mit-Tqarbin sakrileġu. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull disperazzjoni u qtigħ ta’ qalb. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull spirtu ta’ biża. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull bruda fis-servizz ta’ Alla. Verġni  Marija eħlisna

 

Minn kull spirtu ta kburija u ta’ ħakma. Verġni  Marija eħlisna

Milli nwebbsu rasna fid-dnub. Verġni  Marija eħlisna

Mid-dnub kontra l-Ispirtu s-Santu. Verġni  Marija eħlisna

Minn kull rifjut li naħfru lill-egħdewwa. Verġni  Marija eħlisna

Minn ħsibijet mhux safja jew ħsibijiet ta’ mibegħda. Verġni  Marija eħlisna

 

Mill-inganni tax-xitan fil-mument tal-mewt. Verġni  Marija eħlisna

Mis-sofferenzi tal-purgatorju. Verġni  Marija eħlisna

Mid-dannazzjoni eterna. Verġni  Marija eħlisna

 

Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja. Aħfrilna nitolbuk Mulej

Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja. Ismagħna nitolbuk Mulej

Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja. Ħenn għalina

 

Kristu rebbieħ fuq il-mewt. Ismagħna

Kristu rebbieħ fuq ix-xitan. Ilqa it-talb tagħna

Spirtu s-Santu ħellies. Ismagħna

Spirtu s-Santu konsolatur. Ilqa’ it-talb tagħna

Alla, Missier li tista’ kollox. Eħlisna mill-Ħażin

 

O Marija Imnissla mingħajr dnub.

     Itlob għalina li nirrikorru lejk

 

Itlob għalina Qaddisa Marija tal-Ħelsien.

     Sabiex inkunu ħielsa minn kull tribulazzjoni

 

Nitolbu: 

O Missier infaħħruk, għall-imħabba tiegħek, għall-ħniena tiegħek, għall-qawwa tiegħek, u għar-rebħa tad-demm tal-ħaruf, li hu Ibnek u Sidna Gesu Kristu. Infaħħruk għall-Immakulta Verġni Marija li hi ommna. Agħti lilna lkoll, li nirrikorru għall-protezzjoni materna tagħha, il-ħelsien minn kull ħażen li jifnina. Eħlisna minn kull qawwa tad-dlamijiet, sabiex inkunu nistgħu ngħixu fil-ħelsien ta’ ulied Alla u fil-glorja ta’ Kristu Rxoxt.

Ammen.