FIL-LIBRERIJA TA’ SORSI ORIĠINALI

Bħalissa inti qiegħed fl-ewwel sala ta’ din il-librerija virtwali.

F’din it-taqsima tal-librerija ssib kitbiet minn sorsi oriġinali, li jikkonsistu bażikament fil-Kotba Mqaddsa, fil-kitbiet tas-Santi Padri, u f’dokumenti uffiċċjali mill-Maġisteru tal-Knisja.

Fuq ix-xellug ta’ din il-paġna għandek issib il-lista ta’ SORSI li minnhom tista’ tagħżel.  Ikklikkja fuq l-isem ta’ dak li tixtieq.

 

FIL-LIBRERIJA TA’ RIŻORSI TEMATIĊI

Mill-banda l-oħra, ir-riżorsi huma dwar il-kitbiet, studji jew għajnuniet diversi li jittrattaw temi differenti. M’humiex is-SORSI oriġinali imma RIŻORSI li aktarx jittrattaw dwarhom. Hawn issibhom miġbura b’mod tematiku.

Tista’ tidħol f’din it-taqsima tal-librerija billi tikklikkja fir-ras ta’ din il-paġna fuq il-kliem, “LIBRERIJA TA’ RIŻORSI”

 

NOTA

Ix-xogħol maħsub li jsir f’din il-LIBRERIJA PASTORALI huwa wieħed vast ħafna u minkejja li diġà daħħalna bosta SORSI u RIŻORSI, madankollu għad fadal ħafna xogħol x’isir. 

Nilqgħu bil-qalb kull għajnuna kemm f’xogħol ta’ typing, kemm fi traduzzjoni ta’ testi, kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riċerka. Neħtieġu ukoll għajnuna teknika minn persuni mħarġa fil-bini ta’ siti elettroniċi.

Fuq kollox ninħtieġu ħafna talb.

Nilqgħu bil-qalb ukoll il-kumment u s-suġġerimenti li tixtieq tagħmlilna.

Iktbilna … >