L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

Kandidati Maltin għall-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni

Il-Qaddis Ġorġ Preca


Il-Venerabbli Adelaide Cini


Il-Venerabbli Madre

Margerita De Brincat


Il-Qaddej ta' Alla

Mons. Ġużeppi de Piro


Il-Qaddej ta' Alla

Eugenio (Ġeġè) Borg


Il-Qaddej ta' Alla

l-Isqof Emanuel Galea


Il-Qaddejja ta' Alla

Henry u Ineż Casolani

 

 

San Ġorġ Preca

Ilkoll nafu li l-ewwel u l-uniku qaddis Malti kkanonizzat mill-Knisja huwa San Ġorġ Preca. Dan ġie beatifikat fid-9 ta’ Mejju, 2001, mill-Papa San Ġwann Pawlu II u kkanonizzat fit-3 ta’ Ġunju, 2007, mill-Papa Emeritus Benedittu XVI.

Imma probabbli ftit jafu bil-kandidati kollha li hemm fil-lista għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tagħhom. Għalhekk ħsibt li nagħmel elenku komprensiv ta’ dawn il-kandidati biex ikollna viżjoni ċara tar-rank li kull wieħed u waħda minnhom waslu fih skond il-proċedura mitluba mill-Knisja u dan qed nagħmlu proprju għall-qdusija tagħna stess.

 

Il-Beati Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani

Fl-ewwel post hemm żewġ beati: Nazju (Ignatius) Falzon, kjeriku, u Marija Adeodata Pisani, soru benedittina, it-tnejn ġew ibbeatifikati fid-9 ta’ Mejju, 2001, mill-Papa San Ġwann Pawlu II.

 

Il-Venerabbli Adelaide Cini u Madre Margerita De Brincat

Warajhom għandna żewġ Venerabbli. Adelaide Cini ġiet dikjarata Venerabbli mill-Papa San Piju X fit-23 ta’ Frar, 1910. Hemm ukoll Madre Margerita De Brincat, il-Fundatriċi tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, li ġiet dikjarata Venerabbli fis-27 ta’ Jannar, 2014, mill-Papa Franġisku.

 

 

Fl-Aħħar għandna disa’ Qaddejja ta’ Alla ...

Fra Baskal Farrugia

Fra Baskal Farrugia, Kapuċċin, li l-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni tiegħu inbeda fis-6 ta' April, 1953, meta saret ir-rikonjizzjoni legali tal-kattavru tiegħu kif jitolbu l-liġijiet tal-knisja, fil-preżenza tal-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Ġużeppi Pace.

 

Monsinjur Ġużeppi De Piro 

Monsinjur Ġużeppi De Piro, il-Fundatur tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, li l-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni tiegħu infetaħ uffiċċjalment fis-7 ta’ Ottubru, 1988, mill-Arċisqof Monsinjur Ġużeppi Mercieca.

 

Is-Superjur Eugenio (Ġeġè) Borg 

Eugenio (Ġeġè) Borg, l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjietà tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM), li l-kawża tiegħu infetħet uffiċċjalment fit-12 ta’ Marzu, 1997, mill-Arċisqof Monsijur Ġużeppi Mercieca.

 

Monsinjur Isidor Formosa

Monsinjur Isidor Formosa, Fundatur tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ l-Ursolini, li l-kawża tiegħu infetħet uffiċċjalment fl-4 ta’ Settembru, 2002, mill-Arċisqof Monsinjur Ġużeppi Mercieca.

 

L-Isqof Emanuel Galea 

L-Isqof Monsinjur Emmanuel Galea, li kien għal żmien twil Isqof Awżiljarju ta’ Malta,  

 

Madre Maria Teresa Nuzzo

Madre Maria Teresa Nuzzo, il-Fundatriċi  tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Ulied tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-proċess djoċesan tal-beatifikazzjoni ta’ dawn l-aħħar tnejn infetaħ uffiċjalment fit-2 ta’ Mejju, 2003, mill-Arċisqof Monsinjur Ġużeppi Mercieca.

 

Dun Mikiel Attard

Dun Mikiel Attard, qassis Għawdxi, li l-kawża tiegħu infetħet uffiċċjalment fl-1 ta’ Awwissu, 2012, mill-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech.

 

Il-Koppja Henry u Ineż Casolani

Il-koppja miżżewġa Henry u Ineż Casolani, li l-kawża tal-beatifikazzjoni taqgħhom infetħet uffiċċjalment fid-29 ta’ Awwissu, 2015, mill-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles J. Scicluna.

 

Patri Avertan Fenech 

Patri Avertan Fenech, Karmelitan, li l-kawża tal-beatifikazzjoni tiegħu infetħet uffiċċjalment fit-2 ta’ Frar, 2017, mill-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles J. Scicluna.

 

 

Informazzjoni dettaljata tal-proċess għall-beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni tinsab fid-dokument Sanctorum Mater. Tista’ tinqara fis-sit elettroniku tal-Vatikan ... 

Il-mirakli huma meħtieġa wkoll: wieħed għall-beatifikazzjoni u ieħor għall-kanonizzazzjoni. Il-marda trid tkun inkurabbli u għalhekk mhemmx tama tal-fejqan tagħha b’xi mod xjentifiku, u l-fejqan irid isir b’mod istantaneju u permanenti.

 

Il-morda, speċjalment dawk b’marda terminali, huma mħeġġa jitolbu lis-Santissima Trinità bl-interċessjoni ta’ xi wieħed jew waħda mill-Kandidati msemmijin għall-fejqan mirakuluż tagħhom u għall-glorifikazzjoni tal-kandidat involut. Santi tal-kandidat magħżul ħdejn il-marid igħinu ħafna fil-proċess kanoniku.

 

Tagħrif miġbur minn Joe Zammit

 

 

Il-Beatu Nazju Falzon


Il-Beata Marija Adeodata Pisani


Il-Qaddej ta' Alla

Fra Baskal Farrugia


Il-Qaddej ta' Alla

Monsinjur Isidor Formosa


Il-Qaddejja ta' Alla

Madre Marija Tereża Nuzzo


Il-Qaddej ta' Alla

Dun Mikiel Attard


Il-Qaddej ta' Alla

Patri Avertan Fenech