ITTRA TAL-QDUSIJA TIEGTĦU
ĠWANNI PAWLU II
LIS-SAĊERDOTI
GĦALL-ĦAMIS IX-XIRKA 2004

 

Għeżież Saċerdoti!

1. Huwa b’feru mħabbali qed niktbilkom, fl-okkażjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, waqt li nsegwi tradizzjoni mibdija fl-ewwel Għid bħala Isqof ta’ Ruma, ħamsa u għoxrin sena ilu. Dan l-appuntament epistolari, li jerġà jlibbes dimensjoni speċjali ta’ fraternità għall-parteċipazzjoni komuni fis-Saċerdozju ta’ Kristu, ipoġġi lilu nnifsu fil-kuntest liturġiku taq’ dan il-jum qaddis, ikkaratterizzat minn żewġ riti sinifikattivi: il-Quddiesa tal-Kriżma filgħodu, u dik in Cena Domini filgħaxija.

L-ewwel naħseb fikom miġburin fil-Katidrali tad-Dfioċeżijiet tagħkom, madwar l-Ordinarji rispettivi, biex iġġeddu l-wegħdiet saċerdotali. Dan ir-rit, hekk elokwenti, isir qabel it-tberik taż-Żjut Imqaddsa,  b’mod partikolari tal-Kresima, u jidħol sewwa f’tali Ċelebrazzjoni, li tixhed ix-xbiha tal-Knisja, poplu saċerdotali mqaddes mis-Sagramenti u mibgħut biex ixerred fid-dinja l-fwieħa t-tajba ta’ Kristu Salvatur (cfr 2Kor 2,14-16).

Merta jaqà l-għabex, narakom deħlin fiċ-Ċenaklu biex tibdew it-Tridu tal-Għid. Huwa propju f’dik is-«sala fil-pjan ta’ fuq» (Lq22,12) li Ġesù jistedinna nerġgħu lura kull nhar Ħamis ix-Xirka, u huwa hemm li huwa l-iktar għażiż għalija li niltaqà magħkom, maħbubin Ħuti fis-Saċerdozju. Fl-Aħħar Ċena twelidna bħala saċerdoti: hekk hu għaliex huwa sabiħ u doveruż li niltaqgħu fiċ-Ċenaklu, waqt li naqsmu t-tifkira, imfawra bir-rikonoxxenza, tal-missjoni komuni li tgħaqqadna.

2. Twelidna mill-Ewkaristija. Dak li nistgħu ngħidu dwar il-Knisja kollha, li jiġifieri «de Eucharistia vivit», bħal ma ridt infisser fl-Enċiklika  riċenti, nistġhu tajjeb ngħiduh dwar is-Saċerdozju ministerjali: dan jikseb l-oriġini, jgħix,  jopera u jġib il-frott «de Eucharistia» (cfr Conc. Trid. Sess. XXII, can.2: DSc 1752). «Ma teżistix Ewkaristija mingħajr Saċerdozju, bħal ma ma jeżistix Saċerdozju mingħajr Ewkaristija » (Dono e mistero. Nel 50o del mio sacerdozio, Belt tal-Vatikan 1996, p.89).

Il-ministeru ordnat, li qatt ma jistà jillimita lilu nnifsu għall-aspett funzjonali biss, għaliex jimponi ruħu fuq il-pjan tal-«eżistenza», jkippermetti li l-presbiteru jaġixxi in persona Christi u jilħaq il-quċċata fil-waqt li fih huwa jikkonsagra l-ħobż u l-imbid, billi jtenni l-kliem ta’ Ġesù fl-Aħħar Ċena.

Quddiem din ir-realtà straordinarja nibqgħu mistagħġbin u mmeraviljati: tant hi l-umiltà kondixxenti li biha Alla ried hekk jgħaqqad lilu nnifsu mal-bniedem! Jekk nieqfu mqanqla quddiem il-presepju waqt li nikkontemplaw l-Inkarnazzjoni tal-Verb, xi jmissna nħossu quddiem l-altar fejn, permezz tal-idejn fqajra tas-saċerdot, Kristu jirrendi preżenti fiż-żmien is-Sagrifiċċju tiegħu? Ma jibqagħla xejn għajr li ninżlu għarkupptejna u fis-skiet naduraw dan l-ikbar misteru tal-fidi.

3. «Mysterium fidei», jipproklama s-saċerdot wara l-konsagrazzjoni. Misteru tal-fidi hija l-Ewkaristija, imma, b’riflessjoni, misteru tal-fidi huwa wkoll is-Saċerdozju nnifsu (cfr Dono e mistero, cit., pp.89s.). L-istess misteru ta’ qdusija u mħabba, opra tal-Ispirtu Santu, li bih il-ħobż u l-imbid isiru il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, jaġixxi fil-persuna tal-ministru fil-waqt tal-Ordinazzjoni saċerdotali. Teżisti, għalhekk, reċiproċità speċifika bejn l-Ewkaristija u s-Saċerdozju, reċiproċità li tmur lura għaċ-Ċenaklu: dawn huma żewġ Sagramenti mwielda flimkien, li x-xorti tagħhom hija marbuta b’mod li ma jinħallxa sa l-aħħar tad-dinja.

Hawn qed inmissu dik li jiena sejjaħt l-«apostolicità dell'Eucaristia» (cfr Lett. enc. Ecclesia de Eucharistia, 26-33). Is-Sagrament ewkaristiku —bħal dak tar- Rikonċiljazzjoni— ġie afdat minn Kristu lill-Appostli u mgħoddi minnhom u mis-suċċessuri tagħhom minn ġenerazzjoni għal oħra. Fil-bidu tal-ħajja pubblika, il-Messija sejjaħ lit-Tnax, ħatarhom sabiex «jibqgħu miegħu» u biex jibgħathom b;missjoni (cfr Mk 3,14-15). Fl-Aħħar Ċena li «jkunu ma’» Ġesù laħaq il-quċċata tiegħu għall-Appostli. Waqt li ċċelebra ċ-Ċena paskwali u waqt li waqqaf l-Ewkaristija, l-Imgħallem divin wettaq il-vokazzjoni tagħhom. Waqt li qal: «Agħmlu dan b’tifkira tiegħi», qiegħed is-siġill ewkaristiku fil-missjoni tagħhom u, u waqt li għaqqadhom miegħu fil-komunjoni sagramentali, inkarighom biex jipperpetwaw dak il-ġest santissmu.

Waqt li ppronunzja dak il-kliem: «Agħmlu dan...», il-ħsieb tiegħu estenda ruħu għas-suċċessuri tal-Appostli, għal dawk li kien se jkollhom itawlu l-missjoni, billi jqassmu l-Ikel tal-ħajja sa truf l-art. U hekk, f’ċertu sens, fiċ-Ċenaklu ġejna msejħin ukoll aħna personalment, wieħed wieħed,  «b’imħabba u tenerezza» (Prefazjo tal-quddiesa Krismali), għeżież Ħuti fis-Saċerdozju, biex nirċievu mill-idejn qaddisa u venerabbli tal-Mulej il-Ħobż ewkaristiku, biex inqasmuh għas-sosten tal-Poplu ta’ Alla, pellegrin fit-toroq taż-żmien lejn Pajjiżna.

4. L-Ewkaristija, bħas-Saċerdozju, hija don ta’ Alla, «li jissupera b’mod radikali il-poter tal-assemblea» u li din «tirċievi permezz tas-suċċessjoni episkopali li tmur lura għall-Appostli» (Lett. enc. Ecclesia de Eucharistia, 29). Il-Konċilju Vatikan II jgħallem li «s-saċerdot  ministerjali, bl-awtorità sagra li biha huwa investit … iwettaq is-saġrifiċċju ewkaristiku fil-persuna ta’ Kristu u joffrih lil Alla f’isem il-poplu kollu » (Cost. Lumen gentium, 10). L-assemblea tal-fidili, waħda fil-fidi u fl-Ispirtu hija mogħnija b’bosta doni, għalkemm tikkostitwixxi il-post li fih Kristu «huwa preżenti fil-Knisja tiegħu, b’mod speċjali fl-azzjonijiet liturġiċi » (Cost.Sacrosanctum Concilium, 7), ma tistax weħedha la «tagħmele» l-Ewkaristija linqas li «tagħti» il-ministru ordnat.

Bir raġun kollu, għalhekk, il-poplu nisrani, waqt li minn naħa jiżżi ħajr ‘l Alla għad-don tal-Ewkaristija u tas-Saċerdozju, mill-banda l-oħra ma jieqafx jitlob sabiex qatt ma jonqsu s-saċerdoti fil-Knisja.  Qatt mhu biżżejjed in-numru tal-presbiteri biex jiffaċċjaw l-esiġenzi dejjem jikbru tal-evanġelizzazzjoni u tal-kura pastorali tal-fidili. F’xi partijiet tad-dinja l-iskarsezza tagħhom illum  tinħass b’urġenza ikbar, għaliex qed tiċkien il-firxa tas-saċerdoti, billi ma qedx ikun hemm rimpjazzament generazzjonali suffiċjenti. Band’oħra, grazzi lil Alla, wieħed jassisti għal Rebbiegħa vokazzjonali promettenti. Barra minn dan qed jinħass jiżdied fil-Poplu ta’ Alla l-għarfien li wieħed irid jitlob u jopera b’mod  għas-Saċerdozju u għall-Ħajja kkonsagrata..

5. Jekk il-vokazzjonijiet huma don ta’ Alla li għandna nitolbuh bla wa fil-quddies tiegħuqfien. Waqt li nilqgħu l-istedina ta’ Ġesù, hemm bżonn qabel xejn li nitolbu lill-Padrun tal-ħsad sabiex jibgħat ħaddiema fl-oqsma tiegħu (cfr Mt 9,38). Huwa t-talb, magħqud mal-offerta siekta tat-tbatija, l-ewwel mezz u l-iktar effikaċi tal-pastorali vokazzjonali. Titlob ifisser iżżomm fissa l-ħarsa fuq Kristu, fiduċjużi li minn għandu stess, uniku Sommu Saċerdot, u mill-oblazzjoni divina,  joħorġu b’abbundanza, permezz tal-azzjoni tal-Ispirtu Santu, iż-żrieragħ ta’ vokazzjoni meħtiega f’kull żmien għall-ħajja u għall-missjoni tal-Knisja.

Nieqfu fiċ-Ċenaklu waqt li nikkontemplaw lir-Redentur li fl-Aħħar Ċena waqqaf l-Ewkaristija u s-Saċerdozju. F’dak il-lejl imqaddes Huwa sejjaħ b’ismu lil kull saċerdot individwali taż-żminijiet kollha. Ħarstu kienet mitfuha fuq kull wieħed, amorevoli u antiċipanti, bħal dik li kien tefà fuq  Xmun u Indri, fuq Ġakbu u Ġwanni, fuq Natanael, meta kien taħt it-tina, fuq Mattew, bilqiegħda mal-bank tat-taxxi. Ġesù sejjaħ lilna u, minn toroq multepliċi, ikompli jsejjaħ tant oħrajn biex ikunu ministri tiegħu.

Miċ-Ċenaklu Kristu ma jgħejjiex ifittex u jsejjaħ: hawn jinsab l-oriġini u s-sors dejjiemi tal-pastorali awtentika tal-vokazzjonijiet saċerdotali. Minnha, Ħuti, inħossuna l-ewwel responsabbli, lesti biex ngħinu lil dawk li Hu feħsiebu jassoċja fis-Saċerdozju tiegħu, sabiex iwieġbu b’mod ġeneruż għall-istedina tiegħu.

L-ewwel, però, u iktar minn kull inizjattiva vokazzjonali, hija ndispensabbli l-fedeltà personali tagħna. Tgħodd, infatti, l-adeżjoni tagħna ma’ Kristu, l-imħabba li nżommu ħajja fina għall-Ewkaristija, il-fervur li bih niċċelebrawha, id-devozzjoni li biha nadurawha, iż-żelu li bih inqassmuha lil ħutna, b’mod speċjali lill-morda. Ġesù Sommu Saċerdot ikompli jistieden b’mod personali ħaddiema għall-għalqa tad-dwieli tiegħu, imma ried li jkollu bżonn sa mill-bidu tal-koperazzjoni attiva tagħna. Saċerdoti namrati tal-Ewkaristija jistgħu jikkomunikaw lit-tfal u liż-żgħażagħ l-«istagħġib ewkaristiku», li ridt nerġà nkebbes bl-Enċiklika Ecclesia de Eucharistia (cfr n.6). B’mod ġenerali huma propju huma li għandhom b’dan il-mod jinġibdu għat-triq tas-Saċerdozju, kif tistà b’mod utli turi l-istorja tal-vokazzjoni tagħna.

6. Propju f’dan id-dawl, għeżież Ħuti saċerdoti, ipprivileġġjati, maġemb inizjattivi oħra, il-kura tal-ministranti, li jikkostitwixxu bħal «mixtla» ta’ vokazzjonijiet saċerdotali. Il-grupp ta’ ministranti, segwit sewwa minnkom fl-intern tal-komunità parrokkjali, jistà jsegwi  mixja valida ta’ kobor nisrani, kważi billi tifforma speċi ta’ pri-seminarju. Edukaw il-parroċċa, familja tal-familji, biex tara fil-ministranti t-tfal tagħha, bħala «frott mal-mejda» ta’ Kristu, Ħobż tal-ħajja (cfr Sal 128 [127], 3).

Waqt li tużaw il-kollaborazzjoni tal-familji iktar sensibbli u xi katekisti, segwu b’konsiderazzjoni  konsideranti il-grupp tal-minestranti sabiex, permezz tas-servizz lill-altar, kull wieħed minnhom jitgħallem iħobb dejjem iktar lill-Mulej Ġesù, jagħrfu realment preżenti fl-Ewkaristija, jiggosta s-sbuħija tal-liturġija. L-inizjattivi kollha għall-minestranti organizzati f’livell dijoċeżan jew ta’ żona pastorali ikunu promossi u inkuraġġiti, dejjem waqt li nqisu d-diversi faxxi tal-età  Cracov, sempre tenendo conto delle diverse fasce di età. Fis-snin tal-ministeru  episkopali fi Krakovja jien stajt ninnota kemm huwa utli li wieħed jiddedika ruħu għall-formazzjoni umana, soiritwali u liturġika tagħhom. Meta tfal u adoloxxenti jiżvolġu s-servizz tal-altar b’ferħ u entużjażmu, joffru lil dawk daqshom xhieda elokwenti tal-importanza u tas-sbuħija tal-Ewkaristija. Grazzi għas-sensibiltà  immaġinattiva qawwija li kontratiddistingwi l-età tagħhom, u bl-ispjegazzjonijiet u l-eżempju tas-saċerdoti u ta’ sħabhom ikbar minnhom, ukoll dawk l-iktar zgħar jistgħu jikbru fil-fidi u jappassjonaw ruħhom għar-realtajiet spiritwali.

U fl-aħħarnett, tinsewx li l-ewwel «appostli» ta’ Ġesù Sommu Saċerdot huma intom: ix-xhieda tagħkom tgħodd iktar minn kwalunkwe mezz u sussidju ieħor. Fir-regolarità taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħadd u dawk ta’ matul il-ġimgħa, il-minisranti jiltagħu magħkom, f’idejkom jaraw  «tagħmlu» l-Ewkaristija, fuq wiċċkom jaqraw il-rifless tal-Misteru, f’qalbkom iħossu s-sejħa ta’ mħabba ikbar. Kunu għalihom nissirijiet, għalliema u xhieda ta’ ħniena ewkaristika u ta’ qdusija ta’ ħajja!

7. Għeżież Ħuti saċerdoti, il-missjoni speċifika tagħkom fil-Knisja tesiġi li tkuni «ħbieb» ta’ Kristu, billi tikkontemplaw b’mod regolari il-wiċċ u billi tpoġġu lilkom infuskom b’mod ħelu fl-iskola ta’ Marija Santissma. Itolbu bla waqfien, bħal ma jħeġġeġ l-Appostlu (cfr 1Ts 5,17), u stiednu lill-fidili biex jitolbu għall-vokazzjonijiet, għall-perseveranza tal-imsejħin għas-sejħa saċerdotali u għall-qdusija tas-saċerdoti kollha. Għinu lill-komunitajiet tagħkom biex iħobbu dejjem iktar id- «don u misteru» singulari li huwa s-Saċerdozju ministerjali.

Fil-klima oranti ta’ Ħamis ix-Xirka jiġuni f’moħħi ċerti nvokazzjonijiet tal-Litanija ta’ Ġesù Kristu Saċerdot u Vittma (cfrDono e mistero, pp.113-116), li minn bosta snin ‘il hawn ili nirreċita b’benefiċċju tar-ruħ kbir:

Iesu, Sacerdos et Victima,
Iesu, Sacerdos qui in novissima Cena formam sacrificii perennis instituisti,
Iesu, Pontifex ex hominibus assumpte,
Iesu, Pontifex pro hominibus constitute,
Iesu, Pontifex qui tradidisti temetipsum Deo oblationem et hostiam,
miserere nobis!

Ut pastores secundum cor tuum populo tuo providere digneris,
ut in messem tuam operarios fideles mittere digneris,
ut fideles mysteriorum tuorum dispensatores multiplicare digneris,
Te rogamus, audi nos!

8. Nafda lil kull wieħed minnkom u l-ministeru tagħkom ta’ kuljum lil Omm is-Saċerdoti. Fir-reċita tar-Rużarju, il-ħames misteru tad-dawl jwassal biex wieħed jikkontempla bl-għajnejn ta’ Marija d-don tal-Ewkaristija, biex tgħaġġibna għall-imħabba «sa l-aħħar» (Ġw 13,1) li Ġesù wera fiċ-Ċenaklu u għall-umiltà tal-preżenza tiegħu f’kull Tabernaklu.  Tiksbilkom il-Verġni Mqaddsa li ma tidraw qatt iżżejjed il-Misteru mħolli f’idejkom. Waqt li tiżżu ħajr bla waqfien lill-Mulej għad-don straordinarju ta’ Ġismu u ta’ Demmu,  jalla tkunu tistgħu tipperseveraw b’mod fidil fil-ministeru saċerdotali tagħkom.

U Int, Omm ta’ Kristu Sommu Saċerdot, ikseb dejjem għall-Knisja vokazzjonijiet numerużi u qaddisa, ministri tal-altar fidili u ġenerużi.

Għeżież Ħuti saċerdoti, nawgura lilkom u lill-komunitajiet tagħkom Għid qaddis, waqt li bil-qalb imberikkom.

Mill-Vatikan, 28 ta’ Marzu, il-ħamer Ħadd tar-Randan, tas-sena 2004, is-sitta u għoxrin tal-Pontifikat.

ĠWANNI PAWLU II

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb