LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

Fittex fil-Laikos

 

 

Itolbu għas-saċerdoti u għall-isqfijiet

Dar Santa Marta, Vatikan, 15 ta' Mejju 2013: "Itolbu għas-saċerdoti u għall-isqfijiet biex ma jaqgħux fit-tentazzjoni tal-flus u tal-vanità, imma jkunu qaddejja tal-poplu t’Alla.  Din l-eżortazzjoni għamilha l-Papa Franġisku waqt l-omelija tal-quddiesa tallum u li għaliha kienu preżenti grupp ta’ ħaddiema tar-Radju tal-Vatikan.

Kompli aqra


"Il-Ħajja, Patrimonju Uman"

Victoria, 14 Mejju 2013: "L-abort huwa qtil tat-tarbija. Min intenzjonalment jagħmel l-abort għandu responsabilita’ morali gravi. Meta omm tqila tkun marida serjament u għalhekk tkun teħtieġ kura medika li tista indirettament tpoggi f’riskju l-ħajja tat-tarbija, din il-kura hija etikament permessa basta jintuza kull mezz biex tkun imħarsa l-ħajja kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija. Qatt ma hu permess qtil dirett tat-tarbija biex tiġi salvata l-ħajja tal-omm.

Dan qalu l-Isqof ta' Għawdex, Mons. Mario Grech f'omelija tiegħu waqt quddiesa għan-nisa  fiċ-Ċentru tal-Azzjoni Kattolika, Victoria, fl-okkażżjoni tal-World Unions of Catholic Women Organisation ...

Ara l-omelija kollha


Sulle tracce di Papa Francesco (bit-Taljan) ...

Dan huwa dokumentarju bit-Taljan bi produzzjoni tal-istazzjon televiżiv Tv2000 li mar bil-cameras tiegħu fi Buenos Aires fl-Arġentina u hemm żar il-postijiet li trabba u għix fihom Jorge Mario Bergoglio u intervista lin-nies li jafuh personalment.  Nittmaw li fi ftit żmien ieħor inkunu nistgħu inwasslu dan il-filmat bil-Malti.

Ikklikkja hawn


Ċelebrazzjoni Djoċesana tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin ...

No Jesus, no love. Know Jesus, know love” . Din hija t-tema li s-Segreterija Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għażlet għaċ-ċelebrazzjoni nazzjonali ta’ Għid il-Ħamsin li din is-sena ser issir nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju 2013, fil-Kumpless Sportiv ta’ Korradino, Raħal Ġdid, mis-6:00 p.m. sat-8:00 p.m. Din ser tkun ukoll l-ewwel opportunità għan-Nunzju Appostoliku l-ġdid, Mons. Aldo Cavalli, li jipparteċipa f’attività Djoċesana u jiltaqa’ mal-Insara Maltin.

Kompli aqra


Servizz Ekumeniku, “Ejja Spirtu Qaddis” …

Il-Ħamis, 16 ta’ Mejju, fis-6.30 pm:

F’St Andrew’s Scots Church, fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta. Il-Knisja Universali hija mħeġġa li titlob għall-għaqda fost l-Insara fil-jiem qrib ta' Għid il-Ħamsin.

Se jieħu sehem in-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-Arċisqof Aldo Cavalli. Il-ħsieb tal-okkazjoni se jsir minn Fr Martin Cilia MSSP.  Kulħadd huwa mistieden. Is-Servizz ma jdumx aktar minn siegħa.


Id-Dixxerniment tal-Ispirti skont San Injazju

Il-Ġimgħa, 17 ta’ Mejju 2013 fis-6.00 pm:

Fis-Seminarju f’Tal-Virtù, r-Rabat, ser isir Seminar dwar Id-Dixxerniment tal-Ispirtu skont San Injazju ta’ Loyola.  Il-kelliem ser ikun Fr Timothy Gallagher OMV.

Ordnat saċerdot fl-1979, Fr Timothy huwa membru tal-Oblati tal-Verġni Marija, komunità reliġjuża dedikata għall-irtiri u formazzjoni spiritwali bażata fuq l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ San Injazju.

Ikklikkja hawn biex tara l-flyer


“Żmien id-dubji dwar Fatima għadda.  Issa wasal iż-żmien.” Il-Papa Piju XII

Tnejn, 13 ta' Mejju 2013 - 96 sena ilu l-Madonna dehret f'Fatima.

Il-ġrajja ta’ Fatima tibda fix-xahar ta’ Mejju, 1917. L-Ewwel Gwerra Dinjija kienet fl-aqwa tagħha. Żmien ta’ ħerba, mwiet u biża’. Il-Papa Benedittu XV talab lit-tfal kollha tad-dinja biex jitolbu għall-paċi. Fit-13 ta’ Mejju, fir-raħal ċkejken ta’ Fatima, qrib Lisbona Portugall, tlitt itfal kienu jirgħu in-ngħaġ fil-Cova da Iria. Dawn kienu Luċija ta’ ħdax-il sena, Franġisku u l-kuġin tagħha, ta’ disa’ snin, u Ġaċinta, oħtu, ta’ sebgħa. Luċija kienet imħassba dwar ħuha li kien suldat mibgħut għall-gwerra.

Ara aktar dwar il-ġrajja

Ara wkoll , "Is-Sigriet ta' Fatima"


Messaġġ tal-Arċisqof Pawlu Cremona dwar l-Imparzjalità fil-Ġurnaliżmu ...

Tlieta, 7 ta' Mejju 2013:

"Fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali li se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd li ġej, il-Papa Benedittu XVI, f’messaġġ li tana f’Jannar, jitkellem dwar kif il-mezzi kontemporanji tal-komunikazzjoni soċjali jistgħu jservu għall-evanġelizzazzjoni.

Dan qed jingħad fid-dawl tas-Sena tal-Fidi, li qegħdin niċċelebraw bħalissa, u fid-dawl tal-impenn tal-Knisja fl-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida. Il-Knisja, anke f’Malta, qed tfittex modi ġodda u effettivi biex twassal il-messaġġ tal-Vanġelu, insemmi hawnhekk n-news portal u l-użu tas-social media, fost l-oħrajn.  ..."  (Ritratt: Photocity Valletta)

Aqra l-messaġġ kollu tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP

 

Is-Sena tal-Fidi

 

Jum ...

ikklikkja fuq il-logo

Avviżi ...

 

Korsijiet mill-Fakultà tat-Teoloġija ...

Tixtieq tkabbar l-għarfien tiegħek dwar il-Fidi?  Tixtieq tistudja it-Teoloġija?  Minn Ottubru 2013, il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Universita ta’ Malta se toffri numru ta’ korsijiet kemm matul il-ġurnata kif ukoll filgħaxija. 

Jekk tixtieq aktar tagħrif ikklikkja hawn


Fidi u Kariżma ...

Stedina sabiex niskopru aktar fil-fond il-kariżma tas-Soċjetà tas-‘Sacred Heart’. Seminar bla ħlas, is-Sibt, 25 ta’ Mejju 2013 mid 9.00 a.m sa 1.00 p.m. fil-Kunvent tas-Sacred Heart fi 88 Triq il-Qalb Imqaddsa San Ġiljan.

Reġistrazzjoni sal-Ġimgħa, 24 ta’ Mejju 2013 ma' Sister Mariella Agius fuq telefon 99478645 jew b'email fuq srmar@maltanet.net.

X’taħseb dwar dawn?  Iktbilna …

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org