Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 Il-Ġublew tal-Ħniena jibda fit-8 ta' Diċembru li ġej.  Skopri aktar dwaru ... 

ILLUM JIBDA L-ĠUBLEW STRAORDINARJU TAL-ĦNIENA

Ħa jkunu s-snin li ġejjin mgħaddsa fil-ħniena

Segwi dirett mill-Vatikan il-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena [...]

It-Tlieta, 8 ta’ Diċembru 2015, Festa tal-Immakulata:  Illum jibda fil-Knisja Kattolika kollha, il-Ġublew Strordinarju tal-Ħniena mħabbar mill-Papa Frangisku. Biex inwasslu l-awguri mill-qalb tagħna lilek u lil dawk kollha li jagħmlu użu mis-sit tas-Segretarjat għal-Lajċi, il-Laikos, nisiltu kliem il-Papa Franġisku mill-Misericordiae Vultus (nru 5).

Nawguraw lilek u lill-Knisja kollha li din is-sena u dawk “li ġejjin ikunu mgħaddsa fil-ħniena biex tassew niltaqgħu ma’ kull persuna u nwasslulha t-tjieba u l-ħniena ta’ Alla!  Ħa jilħaq lil kulħadd, kemm dawk li jemmnu u kemm dawk li huma mbiegħda, il-balzmu tal-ħniena bħala sinjal tas-Saltna ta’ Alla li diġà tinsab fostna”.

ĠUBLEW STRAORDINARJU TAL-ĦNIENA

Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fil-Knisja f'Malta

Il-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena tal-Knisja Lokali ser issir minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna fil-Katidral tal-Imdina, il-Ħadd, 13 ta’ Diċembru. Dakinhar l-Arċisqof ser imexxi proċessjoni mill-Knisja ta’ San Mark , r-Rabat li timxi lejn il-pjazza tal-Katidral fejn issir iċ-ċerimonja tal-ftuh tal-Bieb tal-Katidral u wara konċelebrazzjoni solenni bis-sehem tal-kleru preżenti.  Dettalji oħra jitħabbru aktar tard. 

Fil-bidu ta’ dan il-Ġublew tal-Ħniena, li ser jibda fit-8 ta’ dan ix-xahar, Solennità tal-Immakulata, kulħadd huwa mħeġġeg li jieħu sehem.

Ara l-paġna b’riżorsi dwar il-Ġublew tal-Ħniena […]

AVVENT 2015

Waqfiet waqt mixja fil-Presepju

L-Avvent spiss huwa deskrit bħala żmien ta’ tħejjija.  Nippreferi nħares lejh ukoll bħala żmien ta’ stennija.  Stennija mal-Knisja, stennija mal-poplu ta’ Alla kollu, anke dak tat-Testment il-Qadim, stennija b’mod speċjali bħal dik ta’ Ġużeppi u Marija.  Hija stennija ta’ tama u ta’ ferħ għax nafu li dak li diġà ġie elfejn sena ilu bħala tarbija għad irid jerġa jiġi biex miegħu jagħtina s-saltna. Sadakinhar ngħajtu, aħna wkoll mal-ewwel insara ħutna, “Maranatha! Ejja, Mulej Ġesù!”

Waqfiet fil-mixja tagħna fi Presepju u bosta riżorsi oħra għall-Avvent [...]

Ara bosta riżorsi oħra għall-matul l-Avvent [...]

GIANNA JESSEN ĠEJJA MALTA GĦAL RALLY FAVUR IL-ĦAJJA

Ta' seba' xhur u nofs tqala, ommha ppruvat tabortiha

Ħafna jirrefru għaliha bħala, “The Miracle Girl”, it-tifla tal-miraklu, għaliex meta ommha, li kien għad kellha biss sbatax-il sena kienet f’nofs is-seba’ xahar tat-tqala biha, marret fi klinika tal-abort biex toqtolha u tabortiha b’injezzjoni qattiela.  Imma Gianna twieldet ħajja.  Nhar il-Ħadd, 6 ta’ Diċembru ser tkun Malta biex tikkampanja favur il-ħajja fostna wkoll.  Niltaqgħu magħha fis-2.00 pm quddiem Kastilja.

Ara filmat li fiha Gianna Jessen tirrakonta l-ġrajja tagħha [...]

Ara poster b'aktar dettalji taż-żjara ta' Gianna Jessen f'Malta [...]

Abortion survivor urges Malta to stand up for life [Times of Malta, 29/11/2015]

Lectio Divina - Riżorsi dwar din l-esperjeza li biha l-Kelma ta' Alla miktuba ssir talba. 

AKTAR LAQGĦAT TA' LECTIO DIVINA

Niltaqgħu ma' Kristu fil-paġni tal-Evanġelju

Matul l-Avvent il-Patrijiet Kappuċċini qed jorganizzaw Lectio Divina fil-knisja tagħhom fil-Floriana. Titmexxa minn  Patri Martin Micallef u li fiha s-siltiet huma dawk tal-Evanġelju tal-Ħadd ta’ wara.  Dawn qed isiru nhar ta’ Ħamis bejn l-4.00 u l-5.00 ta’ wara nofsinhar.

Barra minn hekk is-Segretarjat għal-Lajċi qed jorganizza Lectio Divina fil-Kurja tal-Arċisqof li qed tkunu mmexxija minn Dun Stefan Attard, Patri Martin Micallef, Dun Pawl Sciberras u Mons. Arċisqof Charles Scicluna rispettivament.  Qed issir kull nhar ta’ Ġimgħa bejn is-6.45 u 7.45 ta’ filgħaxija.

Ara l-filmati tal-Lectio Divina li saret sallum [...]

LECTIO DIVINA B'SILTIET DWAR IL-ĦNIENA (5)

Ġesù jfejjaq lill-omm il-mara ta’ Xmun u bosta nies oħra

F’din il-ħames Lectio Divina organizzata mis-Segretarjat għal-Lajċi għall-Ġublew tal-Ħniena, Patri Martin Micallef OFMcap silet il-meditazzjoni u t-talb fuq il-qari ta’ silta oħra mill-Evanġelju skont San Mark (1:29-34).  Il-laqgħat qed isir fil-kappella tal-Kurja. 

Biex tara filmat tal-Lectio Divina ta' Patri Martin u l-oħrajn li saru qabilha klikkja hawn [...]


Il-Lectio Divina li jmiss ser titmexxa minn Fr Stefan Attard u tkun dwar silta mill-Evanġelju skont San Mattew (1:1-23). Issir il-Ħamis, 3 ta' Diċembru fil-Kurja. Tibda fis-sebgħa nieqes kwart (6.45pm).  Dħul mill-bieb ta' wara tal-Kurja, dak fi Triq l-Iljun.

IL-PAPA SAN ĠWANNI PAWLU II DWAR ĠESÙ KRISTU

85 meditazzjoni kollha bil-Malti

Wara li f’dan is-sit ippublikajna bil-Malti 129 katekeżi mill-Papa San Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem, fil-bidu ta’ dan l-Avvent qed nippublikaw 85 katekeżi oħra li l-istess Papa kien ta bejn Jannar 1987 u April 1989 dwar Ġesù Kristu.  

Fil-bidu wkoll ta’ dan il-Ġublew tal-Ħniena li l-Papa Franġisku jridna niċċentrawh fuq Kristu bħala l-Wiċċ tal-Ħniena tal-Missier, nemmnu li dawn il-meditazzjonijiet jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira, kemm għall-użu personali kif ukoll għal dak pastorali.    […]

 

IL-PAPA FRANĠISKU LIS-SAĊERDOTI

Meħud mill-bnedmin, hu għalihom u preżenti magħhom

Is-saċerdot huwa meħudin minn fost il-bnedmin, mqegħdin għall-bnedmin, u preżenti mal-bqija tal-bnedmin.  Dan huwa kif il-Papa Franġisku ddeskriva lis-saċerdot meta tkellem mal-parteċipanti fil-konvenju organizzat mill-Kongregazzjoni tal-Kleru fl-okkażjoni tal-50 anniversarku tad-digrieti konċiljari ‘Optatam Totius’ u ‘Presbyterorum Ordinis’. […]

ASSEMBLEA DJOĊESANA 2015

L-Arċisqof Charles Scicluna

Tkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta

Rev Prof Manwel Agius

Tkellem dwar il-pożizzjoni tal-Knisja dwar IVF

L-Isqof Mario Grech

Tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fis-Sinodu tal-Familja

IL-PAPA FRANĠISKU KITBILNA ITTRA

U inti taf x'kien fiha din l-ittra tal-Papa?

Il-Papa Franġisku kiteb ittra li hija indirizzata lil kull persuna li hawn fid-dinja.  Fiha ħeġġiġna lkoll biex inħarsu u ngħożż din il-pjaneta, li kif sejħilha hu, hija d-dar komuni tagħna.  Ara l-vidjo qasir dwar l-Ittra Enċiklika tal-Papa Franġisku, Laudato Si, dwar l-għożża tad-dar komuni.  […]

 

 

 

SEGWI FUQ IL-MOBILE TIEGĦEK ... 

 Il-Brevjar ta' kuljum ...

 It-Testment il-Ġdid ...

 L-Enċiklika, Laudato si' ...

L-EVANĠELJU TAL-JUM   [...]

 

QADDISIN MATUL IS-SENA

B'ħajjithom ixandru l-għeġubijiet ta' Kristu u jagħtu eżempju lilna. 

Ara l-qaddis/a li nfakkru llum  [...]

Ara dawk imfakkra f'jiem oħra [...]

IR-RUŻARJU JUM B'JUM MATUL IL-ĠIMGĦA

ŻIDIET RIĊENTI ...

 Għaliex il-Ġublew tal-Ħniena. Diskors tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali. 09/12/2015.

 Att ta' Qima lill-Immakulata mill-Papa Franġisku fi Piazza di Spagna. 08/12/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus. Solennità tal-Immakulata. 08/12/2015.

 Omelija tal-Papa Franġisku fil-quddiesa tal-ftuħ tal-Ġublew tal-Ħniena. 08/12/2015.

 Intenzjoni tal-Papa Franġisku għat-talb matul Diċembru 2015. Biex ilkoll inġarrbu l-ħniena ta’ Alla, li qatt ma jgħejja jaħfer.

 Diskors tal-Papa Franġisku waqt l-Angelus tat-Tieni Ħadd tal-Avvent. 06/12/2015.

 Waqfiet fil-mixja tagħna fi Presepju, għall-użu l-aktar fin-Novena tal-Milied.

 Diskors tal-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali.  Il-Vjaġġ fl-Afrika. 02/12/2015.

 Omelija tal-Papa Franġisku fil-grawnd tal-kumpless sportiv f'Bangui, Afrika Ċentali. 30/11/2015.

 Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-53 Jum Dinji tal-Vokazzjonijiet. Il-Knisja Omm il-Vokazzjonijiet. 29/11/2015.

 Il-Papa Franġisku jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral ta' Bangui, Uganda. 29/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku lis-Saċerdoti, Reliġjużi u Seminaristi. Uganda, 28/11/2015.

 Omelija tal-Papa Franġisku fl-Uganda. Jfakkar ukoll il-Martri Anglikani. 28/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku liż-żgħażagħ f'Kampala, l-Uganda. 28/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku liż-żgħażagħ. Nairobi, Kenja, 27/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku f'Kangemi, kwartier fqir fil-Kenja. 27/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku lill-Awtoritajiet tal-Uganda u l-Korp Diplomatiku. 27/11/2015.

 Sensiela ta' 85 katekeżi mill-Papa San Ġwanni Pawlu II dwar Ġesù Kristu - kollha bil-Malti.

 Il-Kelma tal-Ħajja, Diċembru 2015. Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu”.

Żidiet oħra li saru qabel

FIL-KNISJA KATTOLIKA

BEJN IS-SNIN 2014 U 2016

  Ġublew tal-Ħniena [...]

  Sena tal-Ħajja Kkonsagrata [...]

  Sinodu dwar il-Familja [...]

 

IL-KELMA TA' ALLA F'JUM IL-MULEJ

Il-Ħadd, 13 ta' Diċ. 2015. It-Tielet Ħadd tal-Avvent Sena (Ċ)

 Stampi animati bl-awdjo minn Joyce u Raymond Zammit.

 Riflessjoni minn Dun Pawl Camilleri.

 Ħsieb minn Fr Hayden Williams OFMCap.

 

FIL-LEĦEN IS-SEWWA

tal-Ħadd, 6 ta' Diċ. 2015

[klikkja hawn]

IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

  It-Teoloġija tal-Ġisem [...]

  Katekeżi dwar Ġesù Kristu  [...]

 

 

L-AĦĦAR AVVIŻI -

 Iċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana ppublika l-programm ta’ attivitajiet għas-sena 2015-2016.  Ara aktar dettalji minn hawn   […]        -        Inkella fittex hawn  [...]


 Lectio Divina dwar il-Ħniena ta' Alla, fil-Kappella San Bert, Ħal Tarxien, kull nhar ta' Tnejn bejn is-6.45 u 7.45 pm. Jibdew, it-Tnejn 5 ta' Ottubru 2015. Imexxi Joe Farrugia.


 Irtir fil-Kampanja. Immexxi minn Claire Camilleri u Maria Theresa Portelli.  Fid-dar tal-irtiri, f'Mount St Joseph.


GĦAŻLA MINN PAĠNI OĦRA TAL-LAIKOS ...

 Appostolat tal-Lajċi, Għawdex [...]

 Dwar Kotba b'tema reliġjuża [...]

 Enċiklika tal-Papa Franġisku, Laudato Si' [...]

 Eżortazzjoni Appostolika, Evangelii Gaudium [...]

 Ġrajjiet il-Knisja [...]

 Il-Kelma tal-Ħajja [...]

 Korsijiet ta' Formazzjoni [...]

 Raġel u Mara Ħalaqhom [...]

 Santi Padri - Wirt Missirijiet il-Knisja [...]

 Santi Padri - Kitbiet Missirijiet il-Knisja bl-Ingliż [...]

 Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja 2014-2015 [...]