Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

 

 

Mezzi soċjali u tagħrif ...

 Blog

 Facebook

 Ħinijiet tal-Quddies

 Knejjes għall-Adorazzjoni

 Ħolqa ma’ siti oħra

 Twitter

 

Raġel u Mara Ħalaqhom

Minn Mons Anton Gouder dwar it-Teoloġija tal-Ġisem.   [klikkja]

Maria Voce fil-UN ...

Diżintegrazzjoni politika, istituzzjonali, ekonomika u soċjali   [klikkja]

L-Isqof

Bruno

Forte

Forsi tistaqsini: Għaliex għandi nitlob?  It-tweġiba hi: Biex tgħix.  [klikkja]

Evangelii

Gaudium

Il-Papa Franġisku dwar il-Ferħ tal-Vanġelu.  Test u awdjo. [klikkja]

 

Segwi TV Reliġjuż live u bosta riżorsi ta’ vidjo u awdo. [klikka]

Ħames Aspetti tal-Ġublew tal-Ħniena

F’ġabra ta’ ħsibijiet dwar il-Bolla tal-Indizzjoni mill-Papa Franġisku, Misericordiae Vultus (Wiċċ il-Ħniena), Dun Hector Scerri jsemmi  ħames aspetti trasversali li l-Papa jrid jagħti lill-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena li ser jibda fit-8 ta’ Diċembru ta’ din is-sena; l-aspett Kristoloġiku, dak Ekkleżjali, dak Liturġiku, ieħor Marjoloġiku, u dak Etiku.  Fost punti oħra, Dun Hector semma wkoll diversi temi li huma direttament marbuta maċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-Ġublew. …

[Ara l-analiżi ta’ Dun Hector Scerri]

[Ara aktar riżorsi dwar il-Ġublew tal-Ħniena]

Il-Kelma tal-Mulej fil-Liturġija tal-Ħadd

 

 

Riflessjoniji minn Fr Hayen Williams OFM Cap dwar il-Vanġelu tal-Ħadd. [klikkja]

 
 

Vanġelu tas-Sitt Ħadd tal-Għid preżentat  bi stampi animati.  [klikkja]

 
 

Riflessjon qasira dwar il-Vanġelu tas-Sitt Ħadd tal-Għid. [klikkja]

Talba tal-Papa Franġisku

għall-Ġublew tal-Ħniena (2015-2016)

Mulej Ġesù Kristu, int li għallimtna nħennu bħalma ħanin hu Missierna tas-Sema, u għidtilna li min jara lilek jara lilu: urina wiċċek u nkunu salvi.

Ħarstek mimlija mħabba ħelset lil Żakkew u ’l Mattew mill-jasar tal-flus; lill-adultera u l-Maddalena milli jqiegħdu l-ferħ tagħhom biss fi ħlejqa; bikkiet lil Pietru wara t-tradiment, u wiegħdet il-Ġenna lill-ħalliel niedem.  Agħmel li kull wieħed u waħda minna jisma’ tingħad lilu dik il-kelma li int lissint lis-Samaritana: Kieku kont taf id-don ta’ Alla!

Int il-wiċċ li jidher tal-Missier li ma jidhirx, ta’ Alla li juri s-setgħa tiegħu fuq kollox bil-maħfra u l-ħniena: agħmel li l-Knisja tkun fid-dinja l-wiċċ tiegħek li jidher, int li int il-Mulej tagħha, rebbieħ fuq il-mewt u glorjuż.

Int ridt li l-ministri tiegħek ikunu huma wkoll imlibbsa bid-dgħufija biex jistgħu jħossu għal dawk li qegħdin fl-injoranza u l-iżball; agħmel li kull min jersaq lejn wieħed minnhom iħossu milqugħ, maħbub u maħfur minn Alla. 

Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u kkonsagrana lkoll bid-dilka tiegħu biex dan il-Ġublew tal-Ħniena jkun sena ta’ grazzja tal-Mulej u l-Knisja tiegħu b’ħeġġa mġedda tista’ twassal lill-foqra l-bxara t-tajba, tħabbar il-ħelsien lill-imjassrin u l-maħqurin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja.

Dan nitolbuhulek bl-interċessjoni ta’ Marija, Omm il-Ħniena, int li tgħix u ssaltan flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

Żidiet riċenti ...

Jum il-Komunikazzjoni Soċjali 2015

Nikkomunikaw il-familja

Ambjent privileġġjat tal-laqgħa fil-gratwità tal-imħabba

[Imfakkar il-Ħadd, 17 ta’ Mejju 2015]

It-tema tal-familja hija fiċ-ċentru ta’ riflessjoni ekkleżjali profonda u fiċ-ċentru ta’ proċess sinodali mifrux fuq żewġ Sinodi, wieħed straordinarju, li għadu kif ġie ċelebrat, u ieħor ordinarju li hu msejjaħ għal-Ottubru li ġej.  F’dal-kuntest Il-Papa Franġisku dehrlu li jkun opportun li t-tema tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjonijiet Soċjali li jmiss, ikollha bħala punt ta’ riferiment il-familja.  Wara kollox, il-familja hija l-ewwel imkien fejn nitgħallmu nikkomunikaw. 

[klikkja]