L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta   

Ikkuntattjana  

Fittex

 

 

Dun Pawl Fenech dwar l-Ewkariistija bħala l-għajn u quċcata tal-ħajja nisranija.

Dokumentarju bil-Malti dwar id-digriet tal-Konċilju Vatikan II fuq l-Appostolat tal-Lajċi.

Segwi programmi Kattoliċi live, filmati, u dokumentarji oħra.

Lil Alla qatt ma rajtu, però għamel effett kbir fil-ħajja tiegħi.

 

Żewġ persuni b’karattri differenti iżda b'fehma waħda fl-unità.

Tista’ tgħinna fi traduzzjoni, proof reading,  typing, iffilmjar jew recording, tpinġija, inkella għajnuna fil-bini u l-manutenzjoi tal-website?

F'paġni oħra ...

  L-Assemblea Djoċesana 2014

  Evanġelizzazzjoni ġdida

  Il-Kelma tal-Ħajja ta' Novembru

  Is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja

  Id-dokumenti tas-Sinodu Djoċesan ta' Malta

  Ġabra ta’ riżorsi dwar il-Familja

  Id-Djakonat Permanenti f'Malta

  Diversi artikli ta' Fr Mario Attard OFM Cap

 


 

"Il-ħeġġa għal darek fnietni."

Il-Ħadd, 9 ta' Novembru 2014:   Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll 'il barra mit-tempju. ...   

 


Ġwanni Pawlu II fuq il-Ġisem tal-Bniedem.

Katekeżi dwar il-ġisem tal-bniedem, imqassma f’129 diskors li l-Papa San Ġwanni Pawlu II għamel bejn Settembru 1979 u Novembru 1984.  Ħafna minnhom diġà lesti bil-Malti.


Wara 50 sena ateja … illum tgħix biex tevanġelizza

Dr Gloria Sampson, professur li fis-sittinijiet u sebajnijiet kienet tgħallem fiċ-Ċina Komunista tirrakonta il-mixja tagħha biex minn ateja tirritora lura lejn il-Knisja Kattolika wara 52 sena il-bogħod minn Alla.  Illum hija attiva fil-Knisja Kattolika u tgħid li kull ma trid tagħmel huwa li tevanġelizza.

Ir-Relatio  tas-Sinodu tal-Isqfijiet. 

L-Isfidi Pastorali dwar il-Familja fil-Kuntest tal-Evanġelizzazzjoni.

Fi kliem l-Isqfijiet tas-Sinodu, din ir-Relatio hija ġabra tar-riżultati tar-riflessjonijiet u tad-djalogi li saru fil-laqgħat tagħhom.  Fiha tliet taqsimiet, (a) dwar is-smigħ, biex nistgħu nħarsu lejn ir-realtà tal-familja llum, (b) it-tieni dwar il-ħarsa fissa fuq Kristu biex inkunu kapaċi nħarsu bi freskezza mġedda u b’entużjażmu lejn dak li r-Rivelazzjoni, tgħidilna fuq il-ġmiel, fuq ir-rwol u fuq id-dinjità tal-familja; (ċ) dwar  il-konfront għad-dawl tal-Mulej Ġesù biex niddixxernu t-toroq li bihom nistgħu nġeddu l-Knisja u s-soċjetà fl-impenn tagħhom għall-familja mwaqqfa fuq iż-żwieġ bejn raġel u mara.

Dawn ir-riflessjonijiet għandhom l-għan li joħolqu diskussjoni u jixħtu dawl fuq perspettivi li issa jridu jiġu mmaturati u ppreċiżati mir-riflessjoni tal-Knejjes lokali tul is-sena li hemm sal-Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet maħsuba għal Ottubru 2015.

Fid-dawl ta’ dan il-kliem tal-Isqfijiet tas-Sinodu, issa huwa dmir tagħna, bħala Knisja lokali, parroċċi, gruppi u realtajiet ekkleżjali, li nidħlu għal dan l-impenn b’ħeġġa u b'kuraġġ

Ara r-Relatio tas-Sinodu bil-Malti ...

Papa Franġisku dwar l-Isqof

Il-maternità tal-Knisja tesprimi ruħha b’mod partikulari fil-persuna ta’ l-Isqof u tal-ministeru tiegħu.  ...  Għalhekk qed nifhmu li hawn m’aħniex nitkellmu fuq pożizzjoni ta’ prestiġju, fuq xi kariga ta’ ġieħ.  L-episkopat mhux xi onorifiċenza, hu servizz. L-episkopat hu servizz, mhux onorifiċenza biex wieħed joqgħod jiftaħar.

Taqsimiet ewlenin ...

  Il-Bibbja

  Il-Katekiżmu tal-Knisja

  Liturġija

  Kitbiet Missirijiet il-Knisja

  Mill-Papa Franġisku

  Minn Papiet Oħra

  Mill-Konċilji Ekumeniċi

  Mill-Knisja f’Malta

  Talb u Devozjonijiet

  Arkivju tal-Laikos

 

Mezzi soċjali u tagħrif ...

  Blog

  Facebook

  Ħinijiet tal-Quddies

  Knejjes għall-Adorazzjoni

  Links ma’ siti oħra



Ma nitilfux il-ħeġġa missjunarja

Fr Joe Galea Curmi jitkellem dwar silta tal-Eżortazzjoni Appostolika, Evanġelii Gaudium li fiha l-Papa Franġisku jitkellem dwar it-tentazzjonijiet tal-operaturi pastorali, fosthom dik li ma nitilfux il-ħeġġa missjunarja.


Ara l-Evangelii Gaudium bil-Malti ►