Segretarjat għal-Lajċi, Malta.


DISKORS TAL-PAPA FRANĠISKU LIĊ-ĊELLOLI PARROKKJALI TA' EVANĠELIZZAZZJONI

L-Ewkaristija trid tkun il-qalb tal-missjoni tagħkom

Intom imsejħin biex tkunu bħal żerriegħa li permezz tagħha l-komunità parrokkjali  tistaqsi lilha nnifisha dwar il-ħajja missjunarja tagħha, u allura tridu tħossu taħraq fikom is-sejħa li tiltaqgħu ma’ kulħadd biex tħabbru l-ġmiel tal-Evanġelju. ... Ibqgħu dejjem miftuħa għal dan is-smigħ u araw li  qatt ma jeżawrixxi ruħu minħabba l-għeja jew id-diffikultajiet tal-mument, għax  b’hekk tibqgħu fidili lejn il-Kelma tal-Mulej, u fl-istess ħin dan iqanqalkom biex tegħlbu t-tfixkil  li tiltaqgħu miegħu fil-mixja tal-evanġelizzazzjoni.  [...]


IL-KRIŻI TAR-REFUĠJATI U L-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA

Kull parroċċa tal-Ewropa għandha tilqa’ familja ta’ refuġjati

Vatikan, Il-Ħadd, 6 ta' Settembru 2015: Issa li qed joqrob il-Ġublew tal-Ħniena, qed nagħmel appell lill-parroċċi, lill-komunitajiet reliġjużi, lill-monasteri u lis-santwarji tal-Ewropa kollha biex jesprimu l-Evanġelju b’mod konkret u jagħtu kenn lil familja ta’ rifuġjati.  Ġest konkret bi tħejjija għas-sena Mqaddsa tal-Ħniena.   Dan l-appella għamlu l-Papa Franġisku dalgħodu waqt id-diskors tal-Angelus. [...]


IL-ĠISEM BLA ĦAJJA TAT-TIFEL SIRJAN

L-aħħar sinjal qawwi ta' Indifferenza Globizzata

Il-Ħamis, 3 ta' Settembru 2015: Il-ġisem bla ħajja ta' Aylan Kurdi, t-tifel ckejken ta' sentejn li l-baħar radd lill-art sar l-aħħar sinjal qawwi tal-indifferenza globalizzata li tant ilu jwissi dwarha l-Papa Franġisku.  It-tfajjel Sirjan, misjub wiċċu 'l isfel f'xifer ix-xatt tat-Turkija, kien bħal donnu rieqed, fil-qagħda li jħobbu jorqdu tant tfal żgħar, imma t-traġedja hi li ġismu kien bla ħajja, bil-mewġiet ħfief tal-baħar iħabbtu ma wiċċu. Huwa kien liebes T-short aħmar u qalziet qasir blu, waqt li f'riġlejh kellu żarbun żgħir maqful b'ċinga tal-velkro. Fit-tieni ritratt huwa jidher fuq ix-xelluq ma' ħuh akbar minnu.  [...]


INDULĠENZA GĦALL-ĠUBLEW STRAORDINARJU TAL-ĦNIENA

Tista’ tinkiseb ukoll għall-għeżież mejtin

Issa li qed joqrob il-Ġublew Staordinarju tal-Ħniena, nista’ niffoka fuq xi punti li nemmen li għandna nieqfu fuqhom biex nagħmlu mod li ċ-ċelebrazzjoni tas-Sena Mqaddsa tkun għal kull min jemmen tabilħaqq żmien ta’ laqgħa mal-ħniena ta’ Alla.  Fil-fatt, hi xewqa tiegħi li l-Ġublew ikun esperjenza ħajja ta’ kemm il-Missier hu qrib tagħna, hekk li bħal donnu jrid imissina b’idu ħelwa, biex isaħħaħ il-fidi ta’ kull min jemmen u hekk titqawwa dejjem iżjed ix-xhieda li jagħti.  [...]


IL-PAPA FRANĠISKU WAQT L-ANGELUS

Li nosservaw il-liġijiet bir-reqqa jkun bla effett jekk qalbna ma tinbidilx

Il-Ħadd, 30 ta' Awwissu 2015, Pjazza San Pietru: "L-istess bħalma kien jiġri lill-Fariżej ta’ dak iż-żmien, għalina wkoll jeżisti l-periklu li nħossuna f’postna, jew agħar minn hekk, aħjar mill-oħrajn, għax li nosservaw ir-regoli, id-drawwiet, anki jekk imbagħad ma nħobbux il-proxxmu, għandna qalb iebsa, suppervi u mkabbrin bina nfusna.  Li nosservaw il-liġijiet bir-reqqa jkun kollu bla effett jekk qalbna ma tinbidilx u l-atteġġjamneti tagħna ma jsirux konkreti: irridu ninfetħu għal-laqgħa ma’ Alla u mal-Kelma tiegħu, bit-talb, billi nfittxu l-ġustizzja u l-paċi, ngħinu lill-foqra, lid-dgħajfa, lill-magħkusin." [...]


SAN ĠWANNI PAWLU II DWAR IS-SAGRAMENT TAL-PENITENZA

Ittra Appostolika dwar xi aspett tas-Sagrament tal-Penitenza

"Għandi f’moħħi issa, li nagħmel kuraġġ u fl-istess waqt stedina qawwija, lil Ħuti Isqfijiet u permezz tagħhom lill-presbiteri kollha li jagħtu ħajja ġdida u mmedjata lis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Din hija ħtieġa ta’ karita awtentika u ġustizzja pastorali tassew."

Riżorsa pastorali oħra li minkejja li għaddew 13-il sena tista' tkun ta' għajnuna għal matul il-Ġublew  tal-Ħniena.   [...]

Ara wkoll il-paġna tal-Ġublew tal-Ħniena b'diversi riżorsi [...]


IL-KAWŻA TA' HENRY U INEZ CASOLANI

Beda l-proċess djoċesan u publikazzjoni ta' editti

Il-Ħadd, 30 ta' Awwissu 2015. Knisja ta' San Duminku, Rabat, Malta.

Ilbieraħ l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Quddiesa li matulha twaqqaf it-Tribunal li ser jisma’ l-kawżi għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla, Henry Casolani u ta’ martu, il-Qaddejja ta’ Alla, Ineż Casolani.  Il-Postulatur taż-żewġ kawżi huwa l-Kanonku Etienne Sciberras, li fil-bidu tal-Quddiesa għamel talba uffiċjali lill-Monsinjur Arċisqof biex iwaqqaf it-Tribunal.  [...]


IL-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA U L-EVANĠELIZZAZZJONI

Ir-rigal tal-ħniena huwa t-tħabbira li l-Knisja hi msejħa twassal ...

Il-Papa Franġisku: "Il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena huwa Sena Mqaddsa biex ikun jidher aktar ċar li r-rigal tal-ħniena huwa t-tħabbira li l-Knisja hi msejħa twassal bil-ħidma tagħha tal-evanġeliżżazzjoni f’daż-żmien ta’ tibdil kbir. Propju dan it-tibdil hu provokazzjoni f’waqtha biex aħna nagħrfu s-sinjali taż-żminijiet li l-Mulej qed joffri lill-Knisja biex ikollha l-ħila – kif dejjem għarfet tagħmel tul elfejn sena – li twassal lil Ġesù Kristu lill-bnedmin ta’ żmienna. Il-missjoni hi dejjem l-istess, imma l-lingwaġġ li bih inħabbru l-Evanġelju jitlob li jkun dejjem aġġornat, b’għaqal pastorali."  [...]


L-ENĊIKLIKA LAUDATO SI' ...

Il-Papa Franġisku dwar l-għożża tad-dar komuni

Minn San Franġisk għall-Papa Franġisku ...

 Dak li qed jiġri lid-dar tagħna ...

 L-Evanġelju tal-ħolqien ...

 L-għerq uman tal-kriżi ekoloġika ...

 Ekoloġija integrali ...

 Xi linji ta’ orjentament u azzjoni ...

 Edukazzjoni spiritwali u ekoloġika ...

Ara l-Enċiklika bil-Malti flimkien ma’ bosta riżorsi dwarha  [...]

AWDJO

L-Enċiklika Laudato Si'  issa wkoll moqrija bil-Malti f'format mp3 [...]


IT-TKASBIR TAR-RELIĠJON U L-PORNOGRAFIJA

Soċjetà li tiddefendi twemmin jew nuqqas ta’ twemmin reliġjuż.

Verżjoni bil-Malti tal-Position Paper preżentata mill-Isqfijiet Maltin lill-Prim Ministru b'reazzjoni għall-proposti biex ikunu emendati l-liġijiet dwar it-tkasbir tal-reliġjon u dwar il-pornografija. Id-dokument  oriġinali li kien publikat bl-Ingliż tħejja minn grupp ta’ esperti li twaqqaf ad hoc mill-Isqfijiet, bil-għan li jikkontribwixxi għad-diskussjoni.   Ara l-verżjoni bil-Malti   [...]

Minn hawn tista' tara wkoll il-verżjoni oriġinali bl-Ingliż    [...]


JUM DINJI TA’ TALB GĦALL-ĦARSIEN TAL-ĦOLQIEN

Minn din is-sena sa jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Settembru

"Iddeċidejt li nwaqqaf anki fil-Knisja Kattolika l-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien, li, ibda minn din is-sena stess, sa jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Settembru, l-istess kif ilu jseħħ żmien fil-Knisja Ortodossa. ... Bħala Nsara nixtiequ noffru s-sehem tagħna biex tingħeleb il-kriżi ekoloġika li minnha għaddejja l-familja tal-bnedmin.  ... Il-kriżi ekoloġika għalhekk qed issejħilna għal konverżjoni spiritwali qawwija: l-Insara huma msejħa għal konverżjoni ekoloġika ..."   [...]





Jekk hemm xi ħaġa li żgur inti tista’ tkellimna dwarha hija l-familja.  Ħu sehem fid-diskussjoni inti wkoll billi tiktbilna l-fehmiet tiegħek  ...


 

SEGWI FUQ IL-MOBILE TIEGĦEK ... 

 Il-Brevjar ta' kuljum ...

 It-Testment il-Ġdid ...

 L-Enċiklika, Laudato si' ...

ŻIDIET RIĊENTI ...

 Syntagma Nru 36. Fuljett mill-Monasteru San Pietru fl-Imdina.

 Nagħtu ospitalità li-refuġjati. Stqarrija tad-Djoċesi ta' Għawdex.06/09/2015.

 Appell mill-Papa Franġisku biex il-parroċċi jospitaw familja refuġjata. 06/09/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus tat-23 Ħadd matul is-sena. 06/09/2015.

 Diskors tal-Papa Fran[isku lill-Membri taċ-Ċelloli ta' Evanġelizzazzjoni.  05/09/2015.

 Intenzjoni tal-Papa Franġisku għat-talb matul ix-xahar ta'  Settembru 2015.

 Il-Vjolenza tal-Imħabba. Omelija waqt l-Ordinazzjoni Episkopali ta' Mons George Bugeja OFM. 04/09/2015.

 Il-Familja - Evanġelizzazzjoni. Katekeżi tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali. 02/09/2015.

 Ittra tal-Papa Franġisku dwar Indulġenza fil-Ġublew tal-Ħniena.  01/09/2015.

 Ittra mill-Isqof Mario Grech lit-Tfal fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien. 01/09/2015.

 Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi f'Għawdex. Nru 465. Settembru 2015.

Żidiet oħra li saru qabel

FIL-KNISJA KATTOLIKA

BEJN IS-SNIN 2014 U 2016

  Ġublew tal-Ħniena [...]

  Sena tal-Ħajja Kkonsagrata [...]

  Sinodu dwar il-Familja [...]

 

IL-KELMA TA' ALLA F'JUM IL-MULEJ

Il-Ħadd, 13 ta' Settembru 2015,  24 Ħadd matul is-Sena "B"

 Stampi animati bl-awdjo minn Joyce u Raymond Zammit.

 Riflessjoni minn Dun Pawl Camilleri.

 Ħsieb minn Fr Hayden Williams OFMCap.

 Preżentazzjoni bi slides mis-Segretarjat Liturġija.

IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

  It-Teoloġija tal-Ġisem [...]

  Katekeżi dwar Ġesù Kristu  [...]

 

FIL-LEĦEN IS-SEWWA

TAL-ĦADD, 6 ta' Settembru 2015

Nazzjonali

 Dikjarazzjoni konġunta mill-Isqfijiet Maltin

 Il-familji fil-bżonn, id-Dar tal-Providenza u s-Seminarju

 Fr Rob Galea se jkun Għawdex f’Ottubru

 Tribunal għall-kawżi ta’ Henry u Inez Casolani

 L-Arċisqof dwar il-koppja Casolani

 Residenti tad-Dar tal-Providenza se jmorru Ruma

 Fergħa żgħira, qaddisa, li tagħmel il-frott

 

Internazzjonali

 Hilton Hotels se telimina l-pornografija mill-lukandi

 Sentenza Storika fl-Urugwaj

 It-testment ta’ Dom Christian de Chergè

 Sejħa lill-ġenituri biex jgħallmu lil uliedhom jitolbu

 

Opinjoni

 87 sena ta’ ġurnaliżmu Kattoliku

 Is-soċjoloġija Kattolika

 B'sehem kulħadd gżiritna ssir isbaħ, l-Isqof Grech

 1995 - 8 ta’ Settembru - 2015

 Birkirkara matul iż-żmien

 Il-kultura Nisranija fl-Ewropa (1) 

 50 sena mit-twaqqif tal-Fergħa Ewkaristika

 Formazzjoni edukattiva u xogħol għaż-żgħażagħ

 Bonus għat-tielet wild u aktar

 Il-qawwa tal-Madonna kontra x-xitan

 450 sena wara l-Assedju tal-1565 (1)

Il-ħarġa tal-Ħadd, 6 ta' Settembru .. [...]

 

L-AĦĦAR AVVIŻI

GĦAŻLA MINN PAĠNI OĦRA TAL-LAIKOS ...

 Appostolat tal-Lajċi, Għawdex [...]

 Dwar Kotba b'tema reliġjuża [...]

 Evangelii Gaudium [...]

 Ġrajjiet il-Knisja [...]

 Il-Kelma tal-Ħajja [...]

 Korsijiet ta' Formazzjoni [...]

 Raġel u Mara Ħalaqhom [...]

 Santi Padri - Wirt Missirijiet il-Knisja [...]

 Santi Padri - Kitbiet Missirijiet il-Knisja bl-Ingliż [...]