http://www.laikos.org -  Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

 

 

Diskors tal-Isqof Mario Grech

fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja

 

L-Erbgħa, 8 ta’ Ottubru 2014: "Bħala isqof li ġej mill-Knisja ta’ Malta u Għawdex, nista’ ngħid li fil-qalb ta’ dawk li jemmnu hemm għatx qawwi għall-Vanġelu: imqar fejn qed isibuha iebsa biex jilqgħu u jgħixu b’mod sħiħ it-tagħlim tal-Knisja dwar iż-żwieġ u l-familja, hemm tensjoni li tiġbed lejn il-Vanġelu, lejn Kristu.  Tensjoni li tinbidel f’karba lilna r-Rgħajja biex naqraw is-sinjali taż-żminijiet u tal-Ispirtu ħalli nkunu nistgħu nipproponu l-ġmiel tal-Vanġelu u nwasslu l-faraġ u l-ħniena tal-Feddej lil kulħadd, partikularment lil dawk li sabu ruħhom f’sitwazzjonijiet pastorali diffiċli.

Ara d-diskors kollu

Id-Djarju tas-Sinodu mill-Isqof Mario Grech u tagħrif ieħor


LECTIO DIVINA

Mhix  studju tal-Bibbja, u lanqas laqgħa ta' Talb, imma ...

laqgħa ma’ Ġesů Kristu ...

esperjenza li biha Hu jixtieq jibdilli ħajti.

 

Mibnija fuq id-Dawl tal-Ispirtu s-Santu

u l-Kelma ta’ Alla,

l-istess kif kellu Pawlu fit-Triq ta’ Damasku:

 

“Rajt dawl qawwi, aqwa mid-dawl tax-xemx u smajt leħen.”   (Atti 26:13-14)

 

Tixtieq tkun magħna? Ara l-programm ta’ laqgħat ...

It-Tnejn fil-Kappella ta’ San Bert, Ħal Tarxien

Il-Ħamis fil-Kappella tal-Fergħa Ewkaristika, Marsa

 

SEGWI  MEDIA KATTOLIKA