Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 Il-Ġublew tal-Ħniena jibda fit-8 ta' Diċembru li ġej.  Skopri aktar dwaru ... 

ĠUBLEW STRAORDINARJU TAL-ĦNIENA

Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fil-Knisja f'Malta

Il-ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena tal-Knisja Lokali ser issir minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna fil-Katidral tal-Imdina, il-Ħadd, 13 ta’ Diċembru. Dakinhar l-Arċisqof ser imexxi proċessjoni mill-Knisja ta’ San Mark , r-Rabat li timxi lejn il-pjazza tal-Katidral fejn issir iċ-ċerimonja tal-ftuh tal-Bieb tal-Katidral u wara konċelebrazzjoni solenni bis-sehem tal-kleru preżenti.  Dettalji oħra jitħabbru aktar tard. 

Fil-bidu ta’ dan il-Ġublew tal-Ħniena, li ser jibda fit-8 ta’ dan ix-xahar, Solennità tal-Immakulata, kulħadd huwa mħeġġeg li jieħu sehem.

Ara l-paġna b’riżorsi dwar il-Ġublew tal-Ħniena […]

GIANNA JESSEN ĠEJJA MALTA GĦAL RALLY FAVUR IL-ĦAJJA

Ta' seba' xhur u nofs tqala, ommha ppruvat tabortiha

Ħafna jirrefru għaliha bħala, “The Miracle Girl”, it-tifla tal-miraklu, għaliex meta ommha, li kien għad kellha biss sbatax-il sena kienet f’nofs is-seba’ xahar tat-tqala biha, marret fi klinika tal-abort biex toqtolha u tabortiha b’injezzjoni qattiela.  Imma Gianna twieldet ħajja.  Nhar il-Ħadd, 6 ta’ Diċembru ser tkun Malta biex tikkampanja favur il-ħajja fostna wkoll.  Niltaqgħu magħha fis-2.00 pm quddiem Kastilja.

Ara filmat li fiha Gianna Jessen tirrakonta l-ġrajja tagħha [...]

Ara poster b'aktar dettalji taż-żjara ta' Gianna Jessen f'Malta [...]

Abortion survivor urges Malta to stand up for life [Times of Malta, 29/11/2015]

Lectio Divina - Riżorsi dwar din l-esperjeza li biha l-Kelma ta' Alla miktuba ssir talba. 

L-AVVENT GĦAND IL-KAPUĊĊINI, FLORIANA

Lectio Divina dwar l-Evanġelju tal-Ħadd minn Patri Martin Micallef

Patri Martin Micallef OFMcap waqt il-Lectio Divina dwar il-Vanġelu tal-Ewwel Ħadd tal-Avvent - Sena Ċ, fil-Knisja tal-Kapuċċini fil-Floriana, il-Ħamis, 26 ta' Novembru 2015.  Iċ-ċelebrazzjoni kienet preseduta minn Dun Hector Scerri.  Qari Luqa 21:25-28 u 34-36.  Il-Lectio Divina kienet filmjata mill-Media Centre fuq inizjattiva tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Klikkja fuq l-istampa

LECTIO DIVINA B'SILTIET DWAR IL-ĦNIENA (5)

Ġesù jfejjaq lill-omm il-mara ta’ Xmun u bosta nies oħra

F’din il-ħames Lectio Divina organizzata mis-Segretarjat għal-Lajċi għall-Ġublew tal-Ħniena, Patri Martin Micallef OFMcap silet il-meditazzjoni u t-talb fuq il-qari ta’ silta oħra mill-Evanġelju skont San Mark (1:29-34).  Il-laqgħat qed isir fil-kappella tal-Kurja. 

Biex tara filmat tal-Lectio Divina ta' Patri Martin u l-oħrajn li saru qabilha klikkja hawn [...]


Il-Lectio Divina li jmiss ser titmexxa minn Fr Stefan Attard u tkun dwar silta mill-Evanġelju skont San Mattew (1:1-23). Issir il-Ħamis, 3 ta' Diċembru fil-Kurja. Tibda fis-sebgħa nieqes kwart (6.45pm).  Dħul mill-bieb ta' wara tal-Kurja, dak fi Triq l-Iljun.

IL-PAPA SAN ĠWANNI PAWLU II DWAR ĠESÙ KRISTU

85 meditazzjoni kollha bil-Malti

Wara li f’dan is-sit ippublikajna bil-Malti 129 katekeżi mill-Papa San Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem, fil-bidu ta’ dan l-Avvent qed nippublikaw 85 katekeżi oħra li l-istess Papa kien ta bejn Jannar 1987 u April 1989 dwar Ġesù Kristu.  

Fil-bidu wkoll ta’ dan il-Ġublew tal-Ħniena li l-Papa Franġisku jridna niċċentrawh fuq Kristu bħala l-Wiċċ tal-Ħniena tal-Missier, nemmnu li dawn il-meditazzjonijiet jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira, kemm għall-użu personali kif ukoll għal dak pastorali.    […]

 

BEJN TERĠA' LURA U TMUR LEJN L-ORIĠNI

Hu bla sens timmaġina kif il-Knisja tista' qatt terġa' lura

L-istorja qatt ma terġa' lura, u jkun bla sens li wieħed jimmaġina kif il-Knisja tista' qatt terġa' lura lejn żminijiet tal-passat.  Dak li tfittex li tagħmel il-Knisja minn żmien għall-ieħor huwa dak li tmur lura lejn l-oriġini tagħha, li teġġedded skont l-Ispirtu ta' Kristu. Din kienet waħda mill-ideat espressi waqt il-ġurnata ta' studju u riflessjoni, nhar it-Tlieta 10 ta' Novembru 2015, fl-awla Giovanni Paolo II tal-Universita' Della Santa Croce, f'Ruma. Ara r-rapport minn Dun Pawl Fenech [...]

IL-PAPA FRANĠISKU LIS-SAĊERDOTI

Meħud mill-bnedmin, hu għalihom u preżenti magħhom

Is-saċerdot huwa meħudin minn fost il-bnedmin, mqegħdin għall-bnedmin, u preżenti mal-bqija tal-bnedmin.  Dan huwa kif il-Papa Franġisku ddeskriva lis-saċerdot meta tkellem mal-parteċipanti fil-konvenju organizzat mill-Kongregazzjoni tal-Kleru fl-okkażjoni tal-50 anniversarku tad-digrieti konċiljari ‘Optatam Totius’ u ‘Presbyterorum Ordinis’. […]

ASSEMBLEA DJOĊESANA 2015

L-Arċisqof Charles Scicluna

Tkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta

Rev Prof Manwel Agius

Tkellem dwar il-pożizzjoni tal-Knisja dwar IVF

L-Isqof Mario Grech

Tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fis-Sinodu tal-Familja

IL-PAPA FRANĠISKU KITBILNA ITTRA

U inti taf x'kien fiha din l-ittra tal-Papa?

Il-Papa Franġisku kiteb ittra li hija indirizzata lil kull persuna li hawn fid-dinja.  Fiha ħeġġiġna lkoll biex inħarsu u ngħożż din il-pjaneta, li kif sejħilha hu, hija d-dar komuni tagħna.  Ara l-vidjo qasir dwar l-Ittra Enċiklika tal-Papa Franġisku, Laudato Si, dwar l-għożża tad-dar komuni.  […]

L-ENĊIKLIKA LAUDATO SI' ...

Il-Papa Franġisku dwar l-għożża tad-dar komuni

Minn San Franġisk għall-Papa Franġisku ...

 Dak li qed jiġri lid-dar tagħna ...

 L-Evanġelju tal-ħolqien ...

 L-għerq uman tal-kriżi ekoloġika ...

 Ekoloġija integrali ...

 Xi linji ta’ orjentament u azzjoni ...

 Edukazzjoni spiritwali u ekoloġika ...

Ara l-Enċiklika bil-Malti flimkien ma’ bosta riżorsi dwarha  [...]

AWDJO

L-Enċiklika Laudato Si'  issa wkoll moqrija bil-Malti f'format mp3 [...]

 

 

 

 

SEGWI FUQ IL-MOBILE TIEGĦEK ... 

 Il-Brevjar ta' kuljum ...

 It-Testment il-Ġdid ...

 L-Enċiklika, Laudato si' ...

L-EVANĠELJU TAL-JUM   [...]

 

QADDISIN MATUL IS-SENA

B'ħajjithom ixandru l-għeġubijiet ta' Kristu u jagħtu eżempju lilna. 

Ara l-qaddis/a li nfakkru llum  [...]

Ara dawk imfakkra f'jiem oħra [...]

IR-RUŻARJU JUM B'JUM MATUL IL-ĠIMGĦA

ŻIDIET RIĊENTI ...

 Diskors tal-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali.  Il-Vjaġġ fl-Afrika. 02/12/2015.

 Omelija tal-Papa Franġisku fil-grawnd tal-kumpless sportiv f'Bangui, Afrika Ċentali. 30/11/2015.

 Il-Papa Franġisku jiftaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral ta' Bangui, Uganda. 29/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku lis-Saċerdoti, Reliġjużi u Seminaristi. Uganda, 28/11/2015.

 Omelija tal-Papa Franġisku fl-Uganda. Jfakkar ukoll il-Martri Anglikani. 28/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku liż-żgħażagħ f'Kampala, l-Uganda. 28/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku liż-żgħażagħ. Nairobi, Kenja, 27/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku f'Kangemi, kwartier fqir fil-Kenja. 27/11/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku lill-Awtoritajiet tal-Uganda u l-Korp Diplomatiku. 27/11/2015.

 Sensiela ta' 85 katekeżi mill-Papa San Ġwanni Pawlu II dwar Ġesù Kristu - kollha bil-Malti.

 Il-Kelma tal-Ħajja, Diċembru 2015. Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu”.

Żidiet oħra li saru qabel

FIL-KNISJA KATTOLIKA

BEJN IS-SNIN 2014 U 2016

  Ġublew tal-Ħniena [...]

  Sena tal-Ħajja Kkonsagrata [...]

  Sinodu dwar il-Familja [...]

 

IL-KELMA TA' ALLA F'JUM IL-MULEJ

Il-Ħadd, 6 ta' Diċ. 2015. It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena (Ċ)

 Stampi animati bl-awdjo minn Joyce u Raymond Zammit.

 Riflessjoni minn Dun Pawl Camilleri.

 Ħsieb minn Fr Hayden Williams OFMCap.

 

FIL-LEĦEN IS-SEWWA

tal-Ħadd, 12 ta' Diċ. 2015

[klikkja hawn]

IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

  It-Teoloġija tal-Ġisem [...]

  Katekeżi dwar Ġesù Kristu  [...]

 

 

L-AĦĦAR AVVIŻI -

 Iċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana ppublika l-programm ta’ attivitajiet għas-sena 2015-2016.  Ara aktar dettalji minn hawn   […]        -        Inkella fittex hawn  [...]


 Lectio Divina dwar il-Ħniena ta' Alla, fil-Kappella San Bert, Ħal Tarxien, kull nhar ta' Tnejn bejn is-6.45 u 7.45 pm. Jibdew, it-Tnejn 5 ta' Ottubru 2015. Imexxi Joe Farrugia.


 Irtir fil-Kampanja. Immexxi minn Claire Camilleri u Maria Theresa Portelli.  Fid-dar tal-irtiri, f'Mount St Joseph.


GĦAŻLA MINN PAĠNI OĦRA TAL-LAIKOS ...

 Appostolat tal-Lajċi, Għawdex [...]

 Dwar Kotba b'tema reliġjuża [...]

 Evangelii Gaudium [...]

 Ġrajjiet il-Knisja [...]

 Il-Kelma tal-Ħajja [...]

 Korsijiet ta' Formazzjoni [...]

 Raġel u Mara Ħalaqhom [...]

 Santi Padri - Wirt Missirijiet il-Knisja [...]

 Santi Padri - Kitbiet Missirijiet il-Knisja bl-Ingliż [...]