http://www.laikos.org -  Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

 

 

Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja  

 

Il-Ħadd, 5 ta’ Ottubru 2014, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku ċċelebra quddiesa tal-ftuħ tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja.  Fost dawn l-isqfijiet ħa sehem ukoll l-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech li bħala President tal-Konferenza Episkopali Maltija qed jirrappreżenta liż-żewġ djoċesijiet ta’ Malta u ta’ Għawdex.

It-Tnejn, 06/10/2014.  L-ewwel laqgħa tas-Sinodu

Id-Djarju tas-Sinodu mill-Isqof Mario Grech u tagħrif ieħor


LECTIO DIVINA

Is-Segretarjat għal-Lajċi qed jerġa’ jorganizza laqgħat ta’ Lectio Divina, din id-darba ser isiru fil-Kappella tal-Fergħa Ewkaristika fi Triq iċ-Ċentru Ewkaristiku, Marsa. Ikunu kull nhar ta’ Ħamis bejn it-2 ta’ Ottubru u t-18 ta’ Diċembru 2014. Il-ħin ikun bejn is-7.00 u t-8.30 ta’ filgħaxija. 

Il-laqgħat kollha, tnax b’kollox, ser ikunu dwar testi fejn persuni fil-ħajja ta' Kristu jkollhom esperjenza ta’ laqgħa miegħu fit-toroq tal-Palestina. Aħna nagħmlu l-istess fil-paġni tal-Evanġelju.  Jekk tixtieq tieħu sehem iktbilna email fuq lajci@maltadiocese.org.