Segretarjat għal-Lajċi, Malta.


FAST FORWARD – PAUSE – PLAY

Ġimgħa t’attivitajiet organizzati mis-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.

FAST FORWARD – PAUSE – PLAY  hija t-tema ta’ ġimgħa ta’ attivitajiet li jinkludu l-wiri ta’ films magħmula minn diretturi ta’ fama internazzjonali u għadd ta’ diskussjonijiet fuq temi kurrenti. Il-ġimgħa ta’ attivitajiet hija organizzata mis-Soċjeta tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) indirizzata għall-pubbliku inġenerali.

“F’dinja fejn kulħadd għaddej mgħaġġel minn ħaġa għall-oħra (allura FAST FORWARD) qed nistiednu lin-nies jagħmlu waqfa (allura PAUSE) ta’ riflessjoni waqt din l-attività” qal Natalino Camilleri s-Superjur Ġenerali. Huwa żied li jixtieq li din il-pawsa twassal biex dak li jkun ikompli jgħix ħajtu b’mod aktar san (għalhekk PLAY).  [...]


IL-ĠISEM BLA ĦAJJA TAT-TIFEL SIRJAN

L-aħħar sinjal qawwi ta' Indifferenza Globizzata

Il-Ħamis, 3 ta' Settembru 2015: Il-ġisem bla ħajja ta' Aylan Kurdi, t-tifel ckejken ta' sentejn li l-baħar radd lill-art sar l-aħħar sinjal qawwi tal-indifferenza globalizzata li tant ilu jwissi dwarha l-Papa Franġisku.  It-tfajjel Sirjan, misjub wiċċu 'l isfel f'xifer ix-xatt tat-Turkija, kien bħal donnu rieqed, fil-qagħda li jħobbu jorqdu tant tfal żgħar, imma t-traġedja hi li ġismu kien bla ħajja, bil-mewġiet ħfief tal-baħar iħabbtu ma wiċċu. Huwa kien liebes T-short aħmar u qalziet qasir blu, waqt li f'riġlejh kellu żarbun żgħir maqful b'ċinga tal-velkro. Fit-tieni ritratt huwa jidher fuq ix-xelluq ma' ħuh akbar minnu.  [...]


INDULĠENZA GĦALL-ĠUBLEW STRAORDINARJU TAL-ĦNIENA

Tista’ tinkiseb ukoll għall-għeżież mejtin

Issa li qed joqrob il-Ġublew Staordinarju tal-Ħniena, nista’ niffoka fuq xi punti li nemmen li għandna nieqfu fuqhom biex nagħmlu mod li ċ-ċelebrazzjoni tas-Sena Mqaddsa tkun għal kull min jemmen tabilħaqq żmien ta’ laqgħa mal-ħniena ta’ Alla.  Fil-fatt, hi xewqa tiegħi li l-Ġublew ikun esperjenza ħajja ta’ kemm il-Missier hu qrib tagħna, hekk li bħal donnu jrid imissina b’idu ħelwa, biex isaħħaħ il-fidi ta’ kull min jemmen u hekk titqawwa dejjem iżjed ix-xhieda li jagħti.  [...]


IL-PAPA FRANĠISKU WAQT L-ANGELUS

Li nosservaw il-liġijiet bir-reqqa jkun bla effett jekk qalbna ma tinbidilx

Il-Ħadd, 30 ta' Awwissu 2015, Pjazza San Pietru: "L-istess bħalma kien jiġri lill-Fariżej ta’ dak iż-żmien, għalina wkoll jeżisti l-periklu li nħossuna f’postna, jew agħar minn hekk, aħjar mill-oħrajn, għax li nosservaw ir-regoli, id-drawwiet, anki jekk imbagħad ma nħobbux il-proxxmu, għandna qalb iebsa, suppervi u mkabbrin bina nfusna.  Li nosservaw il-liġijiet bir-reqqa jkun kollu bla effett jekk qalbna ma tinbidilx u l-atteġġjamneti tagħna ma jsirux konkreti: irridu ninfetħu għal-laqgħa ma’ Alla u mal-Kelma tiegħu, bit-talb, billi nfittxu l-ġustizzja u l-paċi, ngħinu lill-foqra, lid-dgħajfa, lill-magħkusin." [...]


SAN ĠWANNI PAWLU II DWAR IS-SAGRAMENT TAL-PENITENZA

Ittra Appostolika dwar xi aspett tas-Sagrament tal-Penitenza

"Għandi f’moħħi issa, li nagħmel kuraġġ u fl-istess waqt stedina qawwija, lil Ħuti Isqfijiet u permezz tagħhom lill-presbiteri kollha li jagħtu ħajja ġdida u mmedjata lis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. Din hija ħtieġa ta’ karita awtentika u ġustizzja pastorali tassew."

Riżorsa pastorali oħra li minkejja li għaddew 13-il sena tista' tkun ta' għajnuna għal matul il-Ġublew  tal-Ħniena.   [...]

Ara wkoll il-paġna tal-Ġublew tal-Ħniena b'diversi riżorsi [...]


IL-KAWŻA TA' HENRY U INEZ CASOLANI

Beda l-proċess djoċesan u publikazzjoni ta' editti

Il-Ħadd, 30 ta' Awwissu 2015. Knisja ta' San Duminku, Rabat, Malta.

Ilbieraħ l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Quddiesa li matulha twaqqaf it-Tribunal li ser jisma’ l-kawżi għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla, Henry Casolani u ta’ martu, il-Qaddejja ta’ Alla, Ineż Casolani.  Il-Postulatur taż-żewġ kawżi huwa l-Kanonku Etienne Sciberras, li fil-bidu tal-Quddiesa għamel talba uffiċjali lill-Monsinjur Arċisqof biex iwaqqaf it-Tribunal.  [...]


IL-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA U L-EVANĠELIZZAZZJONI

Ir-rigal tal-ħniena huwa t-tħabbira li l-Knisja hi msejħa twassal ...

Il-Papa Franġisku: "Il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena huwa Sena Mqaddsa biex ikun jidher aktar ċar li r-rigal tal-ħniena huwa t-tħabbira li l-Knisja hi msejħa twassal bil-ħidma tagħha tal-evanġeliżżazzjoni f’daż-żmien ta’ tibdil kbir. Propju dan it-tibdil hu provokazzjoni f’waqtha biex aħna nagħrfu s-sinjali taż-żminijiet li l-Mulej qed joffri lill-Knisja biex ikollha l-ħila – kif dejjem għarfet tagħmel tul elfejn sena – li twassal lil Ġesù Kristu lill-bnedmin ta’ żmienna. Il-missjoni hi dejjem l-istess, imma l-lingwaġġ li bih inħabbru l-Evanġelju jitlob li jkun dejjem aġġornat, b’għaqal pastorali."  [...]


 

L-ENĊIKLIKA LAUDATO SI' ...

Il-Papa Franġisku dwar l-għożża tad-dar komuni

Minn San Franġisk għall-Papa Franġisku ...

 Dak li qed jiġri lid-dar tagħna ...

 L-Evanġelju tal-ħolqien ...

 L-għerq uman tal-kriżi ekoloġika ...

 Ekoloġija integrali ...

 Xi linji ta’ orjentament u azzjoni ...

 Edukazzjoni spiritwali u ekoloġika ...

Ara l-Enċiklika bil-Malti flimkien ma’ bosta riżorsi dwarha  [...]

AWDJO

L-Enċiklika Laudato Si'  issa wkoll moqrija bil-Malti f'format mp3 [...]


IT-TKASBIR TAR-RELIĠJON U L-PORNOGRAFIJA

Soċjetà li tiddefendi twemmin jew nuqqas ta’ twemmin reliġjuż.

Verżjoni bil-Malti tal-Position Paper preżentata mill-Isqfijiet Maltin lill-Prim Ministru b'reazzjoni għall-proposti biex ikunu emendati l-liġijiet dwar it-tkasbir tal-reliġjon u dwar il-pornografija. Id-dokument  oriġinali li kien publikat bl-Ingliż tħejja minn grupp ta’ esperti li twaqqaf ad hoc mill-Isqfijiet, bil-għan li jikkontribwixxi għad-diskussjoni.   Ara l-verżjoni bil-Malti   [...]

Minn hawn tista' tara wkoll il-verżjoni oriġinali bl-Ingliż    [...]


JUM DINJI TA’ TALB GĦALL-ĦARSIEN TAL-ĦOLQIEN

Minn din is-sena sa jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Settembru

"Iddeċidejt li nwaqqaf anki fil-Knisja Kattolika l-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien, li, ibda minn din is-sena stess, sa jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Settembru, l-istess kif ilu jseħħ żmien fil-Knisja Ortodossa. ... Bħala Nsara nixtiequ noffru s-sehem tagħna biex tingħeleb il-kriżi ekoloġika li minnha għaddejja l-familja tal-bnedmin.  ... Il-kriżi ekoloġika għalhekk qed issejħilna għal konverżjoni spiritwali qawwija: l-Insara huma msejħa għal konverżjoni ekoloġika ..."   [...]





Jekk hemm xi ħaġa li żgur inti tista’ tkellimna dwarha hija l-familja.  Ħu sehem fid-diskussjoni inti wkoll billi tiktbilna l-fehmiet tiegħek  ...


 

SEGWI FUQ IL-MOBILE TIEGĦEK ... 

 Il-Brevjar ta' kuljum ...

 It-Testment il-Ġdid ...

 L-Enċiklika, Laudato si' ...

ŻIDIET RIĊENTI ...

 Intenzjoni tal-Papa Franġisku għat-talb matul ix-xahar ta'  Settembru 2015.

 Il-Vjolenza tal-Imħabba. Omelija waqt l-Ordinazzjoni Episkopali ta' Mons George Bugeja OFM. 04/09/2015.

 Il-Familja - Evanġelizzazzjoni. Katekeżi tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali. 02/09/2015.

 Ittra tal-Papa Franġisku dwar Indulġenza fil-Ġublew tal-Ħniena.  01/09/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus tat-22 Ħadd matul is-Sena. 30/08/2015.

 Ittra Pastorali mill-Isqfijiet Ġużeppi Mercieca u Nikol Cauchi dwar dmirna fil-ħarsien tal-ħolqien u l-ambjent. 07/08/2002.

 Ittra mill-Isqof Mario Grech lit-Tfal fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien. 01/09/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku fil-laqgħa tal-Kunsill Pontifiċju dwar l-Evangelizzazzjoni Ġdida. 29/05/2015.

 Il-100 Udjenza Ġenerali tal-Papa Franġisku. Fiha tkellem dwar Familja u Talb. 26/08/2015.

 Aktar Katekeżijiet mill-Papa San Ġwanni Pawlu II dwar Ġesù Kristu miġjuba għall-Malti.

 L-Enċiklika Laudato Si' tal-Papa Franġisku moqrija bil-Malti.  25/08/2015.

 Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi f'Għawdex. Nru 465. Settembru 2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku waqt l-Angelus  tal-21 Ħadd matul is-Sena. 23/08/2015.

 Ċirkulari mill-Isqof Mario Grech dwar l-Ordinazzjoni Episkopali ta' Patri George Bugeja OFM. 22/08/2015.

 Nirritornaw lejn Kristu.  Omelija tal-Isqof Mario Grech fil-Festa' ta' Santa Marja f'Kemmuna. 22/08/2015.

 Ftuħ tal-proċess tal-Kawza tal-Beatifikazzjoni ta' Henry u Inez Casolani. 21/08/2015.

 Position Paper dwar emendi proposti fil-liġi dwar tkasbir tar-reliġjon u pornografija. [Verżjoni bil-Malti].

 Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar il-Familja. Udjenza Ġenerali, 19/08/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus. 16/08/2015.

 Omelija tal-Arċisqof Charles Scicluna fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija. 15/08/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija. 15/08/2015.

 Omelija tal-Papa Benedittu XVI fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija. 15/08/2012.

 Ittra Pastorali tal-Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tal-festa ta' San Marjija. Duwa tal-Ħniena għall-Familja. 10/08/2015.

 Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar il-Familja - Festa. Udjenza Ġenerali. 12/08/2015.

 Laqgħa tal-Papa Franġisku mal-Moviment Ewkaristiku taħ-Żgħżagħ. 07/08/2015.

 Ittra tal-Papa Franġisku għat-twaqif ta' Jum Dinji tal-Ħolqien. 06/08/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus. 09/08/2015.

 Katekeżi mill-Papa Franġisku dwar il-Familja fl-Udjenza Ġenerali. 05/08/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus. 02/08/2015.

Żidiet oħra li saru qabel

FIL-KNISJA KATTOLIKA

BEJN IS-SNIN 2014 U 2016

  Ġublew tal-Ħniena [...]

  Sena tal-Ħajja Kkonsagrata [...]

  Sinodu dwar il-Familja [...]

 

IL-KELMA TA' ALLA F'JUM IL-MULEJ

Il-Ħadd, 6 ta' Settembru 2015,  23 Ħadd matul is-Sena "B"

 Stampi animati bl-awdjo minn Joyce u Raymond Zammit.

 Riflessjoni minn Dun Pawl Camilleri.

 Ħsieb minn Fr Hayden Williams OFMCap.

 Preżentazzjoni bi slides mis-Segretarjat Liturġija.

IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

  It-Teoloġija tal-Ġisem [...]

  Katekeżi dwar Ġesù Kristu  [...]

 

FIL-LEĦEN IS-SEWWA

TAL-ĦADD, 6 ta' Settembru 2015

Nazzjonali

 Dikjarazzjoni konġunta mill-Isqfijiet Maltin

 Il-familji fil-bżonn, id-Dar tal-Providenza u s-Seminarju

 Fr Rob Galea se jkun Għawdex f’Ottubru

 Tribunal għall-kawżi ta’ Henry u Inez Casolani

 L-Arċisqof dwar il-koppja Casolani

 Residenti tad-Dar tal-Providenza se jmorru Ruma

 Fergħa żgħira, qaddisa, li tagħmel il-frott

 

Internazzjonali

 Hilton Hotels se telimina l-pornografija mill-lukandi

 Sentenza Storika fl-Urugwaj

 It-testment ta’ Dom Christian de Chergè

 Sejħa lill-ġenituri biex jgħallmu lil uliedhom jitolbu

 

Opinjoni

 87 sena ta’ ġurnaliżmu Kattoliku

 Is-soċjoloġija Kattolika

 B'sehem kulħadd gżiritna ssir isbaħ, l-Isqof Grech

 1995 - 8 ta’ Settembru - 2015

 Birkirkara matul iż-żmien

 Il-kultura Nisranija fl-Ewropa (1) 

 50 sena mit-twaqqif tal-Fergħa Ewkaristika

 Formazzjoni edukattiva u xogħol għaż-żgħażagħ

 Bonus għat-tielet wild u aktar

 Il-qawwa tal-Madonna kontra x-xitan

 450 sena wara l-Assedju tal-1565 (1)

Il-ħarġa tal-Ħadd, 6 ta' Settembru .. [...]

GĦAŻLA MINN PAĠNI OĦRA TAL-LAIKOS ...

 Appostolat tal-Lajċi, Għawdex [...]

 Dwar Kotba b'tema reliġjuża [...]

 Evangelii Gaudium [...]

 Ġrajjiet il-Knisja [...]

 Il-Kelma tal-Ħajja [...]

 Korsijiet ta' Formazzjoni [...]

 Raġel u Mara Ħalaqhom [...]

 Santi Padri - Wirt Missirijiet il-Knisja [...]

 Santi Padri - Kitbiet Missirijiet il-Knisja bl-Ingliż [...]