Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 Qed ngħixu flimkien il-Ġublew tal-Ħniena jibda.  Skopri aktar dwaru ... 

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU GĦALL-XXIV JUM DINJI TAL-MORDA 2016

Bħal Marija, nafdaw ruħna f’idejn Ġesù

Il-mard, fuq kollox dak gravi, dejjem ipoġġi fi kriżi l-ħajja umana u jġib miegħu mistoqsijiet profondi.  L-ewwel mument xi drabi jista’ jkun wieħed ta’ ribelljoni: Għaliex dan seħħ propju lili?  Nafu nħossuna qalbna maqtugħa, naħsbu li kollox spiċċa, li issa xejn m’għad fadallu sens … [...]

 

MESSAĠĠ TAL-PAPA GĦAR-RANDAN 2016

L-opri tal-ħniena fil-mixja tal-Ġublew

Il-ħniena ta’ Alla tibdel il-qalb tal-bniedem u ddewqu mħabba fidila li hekk tagħmel lilu wkoll kapaċi jħenn.  Hu miraklu dejjem ġdid li l-ħniena divina tista’ ddawwal bih il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, tqanqalna għall-imħabba tal-proxxmu, u tagħti l-ħajja lil dawk li t-tradizzjonijiet tal-Knisja ssejjaħ l-opri tal-ħniena korporali u spiritwali.  Huma jfakkruna li l-fidi tagħna tissarraf f’atti konkreti u ta’ kuljum, biex ngħinu lill-proxxmu tagħna fil-ġisem u fir-ruħ, u li fuqhom għad isir ħaqq minna  [...]

MESSAĠĠ TAL-PAPA GĦALL-50 JUM DINJI TAL-KOMUNIKAZZJONI SOĊJALI

Komunikazzjoni u ħniena: laqgħa li tħalli l-frott

Is-Sena Mqaddsa tal-Ħniena tistedinna nirriflettu fuq ir-rabta li teżisti bejn il-komunikazzjoni u l-ħniena.  Fil-fatt il-Knisja, magħquda ma’ Kristu, inkarnazzjoni ħajja ta’ Alla l-Ħanin, hi msejħa tgħix il-ħniena bħala aspett li jagħżilha f’dak kollu li hi u li tagħmel.  Dak li ngħidu u kif ngħiduh, kull kelma u kull ġest għandhom jesprimu l-kompassjoni, il-ħlewwa u l-maħfra ta’ Alla għal kulħadd.  L-imħabba, min-natura tagħha, hi komunikazzjoni, twassalna biex ninfetħu u ma ninqatgħux mill-oħrajn.  U jekk qalbna u l-ġesti tagħna huma mmexxija mill-karità, mill-imħabba divina, il-komunikazzjoni tagħna ġġorr fiha l-qawwa ta’ Alla. ...  [...]

IL-PAPA DWAR IL-ĠIMGĦA TA' TALB GĦALL-GĦAQDA FOST L-INSARA

Il-fonti batteżimali hu sinjal tal-għerq ta’ fidi bejn l-Insara kollha

Meta aħna l-Insara ngħidu li għandna sehem minn Magħmudija waħda, inkunu naffermaw li lkoll kemm aħna – Kattoliċi, Protestanti u Ortodossi – għandha sehem fl-esperjenza li fiha ġejna msejħin mid-dlamijiet li jżommuna mjassra u mbiegħda għal-laqgħa ma’ Alla l-ħaj, mimli ħniena. ... Il-qsim flimkien ta’ din il-grazzja joħloq rabta li ma tinħallx bejn l-Insara, hekk li, grazzi għall-Magħmudija, nistgħu nqisu ruħna lkoll tabilħaqq aħwa.  Aħna tabilħaqq il-poplu qaddis ta’ Alla, anki jekk, minħabba fi dnubietna, għadna m’aħniex poplu għal kollox magħqud.

Filmat tal-Udjenza u d-diskors tal-Papa Franġisku bil-Malti [...]

Lectio Divina - Riżorsi dwar din l-esperjeza li biha l-Kelma ta' Alla miktuba ssir talba. 

LECTIO DIVINA (11)

Fejqan u Ħelsien - Il-Missjoni tal-Knisja

Fil-kappella tal-Kurja fil-Floriana, Fr Stefan Attard mexxa Lectio Divina b'silta mill-Evanġelju skont San Mattew (9:27-38). Din il-Lectio Divina hija oħra minn sensiela organizzata mis-Segretarjat għal-Lajci għal matul il-Ġublew tal-Ħniena mmniedi mill-Papa Franġisku.  Kelliema oħra f'dawn il-laqgħat qed ikun Patri Martin Micallef OFMcap, Dun Pawl Sciberras u Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna.  Il-laqgħat huma miftuħa għal kulħadd. Isiru kull nhar ta' Ġimgħa bejn 6.45pm u 7.45pm. Jekk tixtieq aktar dettalji ikteb email fuq lajci@maltadiocese.org.

Tista' tara filmati kollha tagħhom minn hawn stess [...]

IL-PAPA JIKTEB MESSAĠĠ LILL-ADOLEXXENTI GĦALL-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA

Nikbru fil-ħniena bħall-Missier

Din tagħkom hi età ta’ bidliet inkredibbli, fejn kollox jidher possibbli u impossibbli fl-istess ħin.  Intennilkom b’ħafna qawwa: “Ibqgħu sħaħ fil-mixja tal-fidi tagħkom, b’tama soda fil-Mulej.  Hawn qiegħed is-sigriet tal-mixja tagħna!  Hu jagħtina l-kuraġġ li nimxu kontra l-kurrent.  Isimgħu sew: li tmur kontra l-kurrent, dan jagħmel tajjeb lill-qalb; imma trid il-kuraġġ biex tmur kontra l-kurrent u Hu jagħtina dan il-kuraġġ!  [...]

 

Il-Ġublew tal-Ħniena tal-Adolexxenti se jkun ċelebrat mill-Vatikan fl-24 ta' April 2016

IL-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA U L-INDULĠENZA

X'jgħid il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika dwar l-indulġenzi

Waħda mill-inizjattivi matul is-Sena tal-Ħniena hi marbuta mall-Bibien tal-Ħniena li l-Qdusija Tiegħu il-Papa Franġisku xtaq li jinfetħu f’Ruma u fid-djoċesijiet kollha tad-dinja. Fid-Djoċesi ta’ Malta infeħu il-Bieb tal-Katidral tal-Imdina, il-Bieb tas-Santwarju tal-Madonnna tal-Mellieħa u l-Bieb tal-Oratorju tal-Kurċifiss (fejn tinżamm ix-xbieha devota ta’ Ġesù Redentur mal-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla.  Fid-Djoċesi ta’ Għawdex infetħu l-Bibe tal-Katidral, ir-Rabat, il-bieb tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu u l-Bibe tas-Santwarjutal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Qala. Kulmin jgħaddi minn dawn il-bibien jista’ jirbaħ l-Indulġenza Plenarja, u japplikaha għalih innifsu jew għal xi ħadd ieħor.  Imma x'jgħid il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika dwar l-indulġenzi  [...]

DISKORS TAL-PAPA FRANĠISKU LILL-KORP DIPLOMATIKU

Is-sitwazzjoni migratorja gravi li għandna quddiemna

Vatikan, 11 ta' Jannar 2016: L-ispirtu individwalista hu art fertili biex jikber dak is-sens ta’ indifferenza lejn il-proxxmu, li jwassalna biex nittrattawh bħala sempliċi oġġett li jinxtara u jinbigħ, li jimbuttana biex ma ninteressawx ruħna fl-umanità u jispiċċa biex lill-persuna jagħmilha beżżiegħa u ċinika.  Forsi mhux dawn huma s-sentimenti li spiss ikolla fil-konfront tal-foqra, tal-emarġinati, ta’ minn hu tal-aħħar fis-soċjetà?  U kemm għandna min hu tal-aħħar fis-soċjetà!  Fost dawn qed naħseb fuq kollox fil-migranti, bit-tgħabija tagħhom ta’ diffikultajiet u tbatija, li jħabbtu wiċċhom magħhom kull jum huma u jfitxxu, kultant b’disperazzjoni, post fejn jgħixu fil-paċi u bid-dinijità.  [...]

IL-PAPA JGĦAMMED XI TRABI FIL-FESTA TAL-MAGĦMUDIJA TAL-MULEJ

L-akbar wirt li intom tistgħu tħallu lil uliedkom hi l-fidi

Intom tlabtu l-fidi.  Il-Knisja, meta tagħtikom ix-xemgħa mixgħula, se tgħidilkom biex tieħdu ħsieb tal-fidi ta’ dawn it-trabi.  U, fl-aħħar, tinsewx li l-akbar wirt li intom tistgħu tħallu lil uliedkom hi l-fidi.  Araw li ma tintilifx, li tkabbruha u tħalluha b’wirt.

Filmat taċ-ċerimonja flimkien mal-omelija  bil-Malti [...]

DIRETTORJU OMELETIKU

L-omelija hi l-kejl li bih ir-Ragħaj jista’ jqis kemm hu qrib tal-poplu

L-omelija hi l-kejl li bih ir-Ragħaj jista’ jqis kemm hu qrib u kemm għandu ħila jidħol f’laqgħa mal-poplu tiegħu.  Fil-fatt, nafu li l-fidili jagħtuha importanza kbira; u huma, bħall-istess ministri ordnati, spiss ibatu, tal-ewwel biex jisimgħu u l-oħrajn biex jipprietkaw.  Din hi ħaġa ta’ swied il-qalb.  L-omelija tista’ tkun tabilħaqq esperjenza qawwija u hienja tal-Ispirtu, laqgħa kollha faraġ mal-Kelma, għajn kostanti ta’ tiġdid u maturità.  (Evangelii Gaudium 135)

Għajnuna għas-Saċerdoti fit-tħejjija tal-Omelija. Issa bil-Malti [...]

MESSAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU GĦALL-JUM DINJI TAL-PACI (1 ta' Jannar 2016)

Irbaħ l-indifferenza u ikseb il-paċi.

Alla m’hux indifferenti!  Alla jimpurtah mill-bnedmin, Alla ma jitlaqhomx waħidhom!  Fil-bidu ta’ din is-sena ġdida, nixtieq insieħeb b’din il-konvinzjoni qawwija tiegħi l-awguri ta’ barkiet kotrana u ta’ paċi, fis-sinjal tat-tama, għall-ġejjieni ta’ kull bniedem, ta’ kull familja, poplu u nazzjon tad-dinja, kif ukoll tal-Kapijiet ta’ l-Istat u tal-Gvern u tal-Mexxejja tar-reliġjonijiet.  Ejjew ma nitilfux it-tama li s-sena 2016 tarana lkoll impenjati b’saħħa u fiduċja, fuq diversi livelli, biex inwettqu l-ġustizzja u naħdmu għall-paċi. [...]

 

 

 

SEGWI FUQ IL-MOBILE TIEGĦEK ... 

 Il-Brevjar ta' kuljum ...

 It-Testment il-Ġdid ...

 L-Enċiklika, Laudato si' ...

L-EVANĠELJU TAL-JUM   [...]

 

QADDISIN MATUL IS-SENA

B'ħajjithom ixandru l-għeġubijiet ta' Kristu u jagħtu eżempju lilna. 

Ara l-qaddis/a li nfakkru llum  [...]

Ara dawk imfakkra f'jiem oħra [...]

IR-RUŻARJU JUM B'JUM MATUL IL-ĠIMGĦA

ŻIDIET RIĊENTI ...

Ħniena u Ġustizzja. Katekeżi tal-Papa Franġisku fil-Ġublew tal-Ħniena. Udjenza Ġenerali, 03/02/2016.

Omelija tal-Papa Franġisku fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej u Ġublew tal-Ħajja Kkonsagrata. 02/02/2016.

Rivista "Flimkien" tax-xahar ta' Frar 2016.

Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus. 31/01/2016.

Udjenza Ġubilari. Il-Papa Franġisku dwar Ħniena u Missjoni. 30/01/2016.

Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-XXIV Jum Dinji tal-Morda 2016.

Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar il-Ġublew tal-Ħniena. Udjenza Ġenerali. 27/01/2016.

 Il-firdiet ta' bejnietna,ġerħa miftuħa fil-ġisem ta' Kristu. Omelija tal-Papa Franġisku. 25/01/2016.

 Messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2016.

 Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-50 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali. 24/01/2016.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus. 24/01/2016.

 Udjenza Ġenerali. Il-Papa jitkellem dwar il-Ġimgħa ta' Talb għall-għaqda fost l-Insara. 20/01/2016.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus. It-Tieni Ħadd matul is-Sena. 17/01/2016.

 Il-Ġublew tal-Ħniena u l-Indulġenza. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika dwar l-Indulġenzi.

 Isem Alla hu l-Ħanin, Diskors tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali. 13/01/2016.

 Diskors tal-Papa Franġisku lill-Korp Diplomatiku akkreditat mas-Santa Sede. 11/01/2016.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus fil-festa tal-Magħmudija tal-Mulej. 10/01/2016.

 Omelija tal-Papa Franġisku fil-festa tal-Magħmudija tal-Mulej u ċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija ta' xi trabi. 10/01/2016.

 Messaġġ tal-Papa Franġisku lill-Adolexxenti għall-Ġublew tal-Ħniena, Nikbru fil-ħniena bħall-Missier. 06/01/2016.

 Talb ta' għeluq il-jum tal-miżżewġin għal kull jum tal-ġimgħa.

 Il-Ġublew tal-Ħniena. Gwida għall-Pellegrin. Ktejjeb ta' tagħtif u talb għall-Ġublew tal-Ħniena.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus f'Jum l-Epifanija tal-Mulej. 06/01/2016.

 Omelija tal-Papa Frangisku fis-solennità tal-Epifanija tal-Mulej. 06/01/2016.

 Nemmen fl-Imħabba. Messaġġ video milll-Papa Franġisku dwar id-djalogu inter-reliġjuż. 06/01/2016.

 Flimkien. Magażin mill-Kulleġġ tal-Kappillani. Jannar 2016.

 Diskors  tal-Papa Franġisku fl-Angelus. 03/01/2016.

 Omelija tal-Papa Franġisku fil-Ftuħ tal-Bieb Imqaddes f'Santa Maria Maggiore. 01/01/2016.

 Diskors tal-Papa Franġisku fl-Angelus. 01/01/2016.

 Omelija tal-Papa Franġisku. Omelija fis Solennità tal-Imqaddsa Marija Omm Alla.01/01/2016.

 Direttorju Omeletiku mill-Kongregazzjoni għall-Kult Divin u d-Dixxiplina tas-Sagramenti. Verżjoni bil-Malti.

 Omelija tal-Papa Franġisku fl-Ewwel Għasar ta' tmiem is-Sena 2015. 31/12/2015.

 Udjenza Ġenerali tal-Papa Franġisku. Il-Milied tal-Ġublew tal-Ħniena. 30/12/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku waqt l-Angelus. Familja Mqaddsa. 27/12/2015.

 Omelija tal-Papa Frangisku waqt quddiesa għall-Familja. Festa tal-Familja Mqaddsa. 27/12/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku waqt l-Angelus. Festa ta' San Stiefnu. 26/12/2015.

 Messaġġ Urbi et Orbi tal-Papa Franġisku. Milied 2015, 25/12/2015.

 Omelija tal-Papa Franġisku waqt il-quddies tal-Milied f'nofs il-lejl. 25/12/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku lill-Impjegati kollha tas-Santa Sede. 21/12/2015.

 Diskors tal-Papa Franġsku waqt il-preżentazzjoni tal-awguri tal-Milied tal-Kurja Rumana. 21/12/2015.

 Diskors tal-Papa Franġisku waqt l-Angelus. Ir-Raba' Ħadd tal-Avvent. 20/12/2015.

Żidiet oħra li saru qabel

FIL-KNISJA KATTOLIKA

BEJN IS-SNIN 2014 U 2016

  Ġublew tal-Ħniena [...]

  Sena tal-Ħajja Kkonsagrata [...]

  Sinodu dwar il-Familja [...]

 

IL-KELMA TA' ALLA F'JUM IL-MULEJ

Il-Ħames Ħadd matul is-Sena - 7 ta' Frar 2016.

 Stampi animati bl-awdjo minn Joyce u Raymond Zammit.

 Riflessjoni minn Dun Pawl Camilleri.

 Ħsieb minn Fr Hayden Williams OFMCap.

 

FIL-LEĦEN IS-SEWWA

tal-Ħadd, 31 ta' Jannar 2016

[klikkja hawn]

IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

  It-Teoloġija tal-Ġisem [...]

  Katekeżi dwar Ġesù Kristu  [...]

 

 

L-AĦĦAR AVVIŻI -

 Iċ-Ċentru ta’ Spiritwalità Injazjana ppublika l-programm ta’ attivitajiet għas-sena 2015-2016.  Ara aktar dettalji minn hawn   […]        -        Inkella fittex hawn  [...]


 Lectio Divina dwar il-Ħniena ta' Alla, fil-Kappella San Bert, Ħal Tarxien, kull nhar ta' Tnejn bejn is-6.45 u 7.45 pm. Jibdew, it-Tnejn 5 ta' Ottubru 2015. Imexxi Joe Farrugia.


 Irtir fil-Kampanja. Immexxi minn Claire Camilleri u Maria Theresa Portelli.  Fid-dar tal-irtiri, f'Mount St Joseph.


GĦAŻLA MINN PAĠNI OĦRA TAL-LAIKOS ...

 Appostolat tal-Lajċi, Għawdex [...]

 Dwar Kotba b'tema reliġjuża [...]

 Enċiklika tal-Papa Franġisku, Laudato Si' [...]

 Eżortazzjoni Appostolika, Evangelii Gaudium [...]

 Ġrajjiet il-Knisja [...]

 Il-Kelma tal-Ħajja [...]

 Korsijiet ta' Formazzjoni [...]

 Raġel u Mara Ħalaqhom [...]

 Santi Padri - Wirt Missirijiet il-Knisja [...]

 Santi Padri - Kitbiet Missirijiet il-Knisja bl-Ingliż [...]

 Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja 2014-2015 [...]