L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta   

 

 

 

Dives in

Misericordia

Inħejju ruħna għall-Ġublew tal-Ħniena - Għani fil-Ħniena, ta’ Ġwanni Pawlu II.  [klikkja]

 

 

Jum Qaddis tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet bi stampi animati.  [klikkja]

Il-Ġublew

tal-Ħniena

Il-Papa Franġisku ħabbar Sena Mqaddsa li ser tkun il-Ġublew tal-Ħniena. [klikkja]

 

Nidħol quddiem l-artal ta’ Alla.  Ħdejn Alla, il-ferħ ta’ zogħżiti. [klikkja]

 

Riflessjoni minn Dun Pawl Camilleri dwar il-Vanġelu tal-Ħadd li ġej. [klikkja]

Il-Papa Franġisku fl-Urbi et Orbi, Għid il-Kbir 2015

Id-dinja tipproponilna li nimponu ruħna, hu x’inhu l-prezz, nikkompetu, nuru x’niswew…  Imma l-Insara, għall-grazzja ta’ Kristu mejjet u rxuxtat, huma r-rimja ta’ umanità oħra, li fiha nfittxu li ngħixu għall-qadi ta’ xulxin, li ma nkunux arroganti imma disponibbli u rispettużi.

Jum il-Komunikazzjoni Soċjali 2015

Nikkomunikaw il-familja

Ambjent privileġġjat tal-laqgħa fil-gratwità tal-imħabba

It-tema tal-familja hija fiċ-ċentru ta’ riflessjoni ekkleżjali profonda u fiċ-ċentru ta’ proċess sinodali mifrux fuq żewġ Sinodi, wieħed straordinarju, li għadu kif ġie ċelebrat, u ieħor ordinarju li hu msejjaħ għal-Ottubru li ġej.  F’dal-kuntest Il-Papa Franġisku dehrlu li jkun opportun li t-tema tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjonijiet Soċjali li jmiss, ikollha bħala punt ta’ riferiment il-familja.  Wara kollox, il-familja hija l-ewwel imkien fejn nitgħallmu nikkomunikaw. 

[klikkja]

 Pastoral għar-Randan 2015 mill-Isqof Charles J. Scicluna: Sawm: Stennija, Antiċipazzjoni, Wens, Maħfra.  [klikkja]


 Messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan:  Ir-Randan huwa żmien ta’ tiġdid għall-Knisja, ... fuq kollox huwa żmien ta’ grazzja.  Qawwu qalbkom. [klikkja]


 App ġdida mill-Oratorju MSSP bħala kumpann diġitali għall-mixja tar-Randan. Għalissa hi offruta biss għall- Android u tinkludi il-Vanġelu ta’ kuljum, meditazzjoni qasira fuqu u ftit mistoqsijiet li persuna tista' tuża għar-riflessjoni personali. [klikka]


 Ħsibijiet spiritwali għal kull jum tar-Randan 2015 miktuba minn Monsinjur Joe Farrugia (Għawdex).  [klikkja]

 

 

Għaliex qed tfittxu lil min hu ħaj qalb il-mejtin?

Din hija d-domanda li l-anġlu għamel lin-nisa. Sa dakinhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.  Minn dakinhar sallum għaddew 2000 sena.  Illum aħna fhimna!  Illum ngħidu li nemmnu li Kristu qam tassew! Li Kristu huwa ħaj!  Imma minkejja dan, sal-bieraħ stess konna għadna qed nagħmlulu l-viżtu, intellgħulu l-bnadar mezz’asta. Uħud ukoll libsu l-ingravata sewda.  Smajt li f’xi knejjes anke damask iswed dendlu. "Kemm [aħna] boloħ u tqal biex nemmnu!" 

Jalla aħna lkoll li mitna miegħu fil-magħmudija, mil-lum stess insiru miegħu wkoll ħolqien ġdid.  Awguri għal Għid Qaddis.

Iktbilna ... napprezzaw il-kummenti tiegħek ...

 

Il-Papa Franġisku waqt il-Via Crucis fil-Kollosew

"Ras ħutna mħanxra bis-silenzju kompliċi tagħna"

Fik, Imħabba Divina, anki l-lum nilmħu lil ħutna ppersegwitati, li rashom kienet imħanxra u ġew misluba minħabba l-fidi tagħhom fik, taħt għajnejna jew spiss bis-silenzju kompliċi tagħna. ...

[klikkja]

 

Żidiet riċenti ...