Il-Qawmien ta' Kristu mill-mewt u l-maħfra tad-dnubiet ...

“Il-Paċi Magħkom. Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.”  (Ġw. 20:21-23) -  Dan kien l-ewwel mandatt li Kristu Rxoxt ta lill-Knisja tiegħu – il-Maħfra tad-Dnubiet.

 Ara ġabra ta’ kwotazzjonijiet dwar il-Qrar […]

DIN MISSJONI HIJA TIEGĦEK UKOLL ...

 

Mur għand ħuti, u għidilhom.

Il-Mulej qam mill-imwiet

 

Mil-Liturġija fil-festa ta' Santa Marija Madalena.

Il-qrar mhuwiex xi magna tal-ħasil biex tneħħi t-tbajja’, imma laqgħa mal-Missier li jgħaqqad, jaħfer u jagħmel festa.

WARA S-SINODU DWAR IL-FAMILJA

Bosta qed jistennew bil-ħerqa d-dokument post-sinodali tal-Papa Franġisku dwar il-familja.  Uħud anke ażżardaw jispekulaw x’jista’ jkun fih. Madankollu l-Papa nnifsu ġa tkellem f’għadd ta’ okkażjonijiet dwar din it-tema. Fl-Udjenzi Ġenerali ta’ nhar ta’ Erbgħa, huwa ta xejn anqas minn 36 diskors fuq aspetti differenti li jolqtu l-familja.   

Sa dakinhar li joħroġ id-dokument post-sinodali tal-Papa, jista’ jkollna ħjiel tajjeb dwar x’se jgħidilna fih jekk niflu sewwa din il-katekeżi tiegħu.  Tista’ ssibha kollha bil-Malti minn hawn [klikkja …]


TABIB LI OPERA LIL MADRE TERESA

Fl-4 ta’ Settembru li ġej, Madre Teresa ta’ Calcutta se tkun dikjarata qaddisa mill-Papa Franġisku.  F’dan il-filmat ta’ ftit aktar minn kwarta, it-Tabib George Lombardi jirrakonta l-esperjenza tiegħu ta’ meta kien mitlub jinviżta lil din is-soru, u kif huwa kellu wkoll jagħmlilha operazzjoni. [klikkja hawn …]


FILMAT DWAR L-ATTI TAL-APPOSTLI

F’dawn il-jiem ta’ wara Għid il-Kbir, fil-Liturġija tal-Kelma waqt il-quddiesa, il-Knisja tibda toffrilna siltiet mill-Atti tal-Appostli li juruna ġrajjiet mill-ħajja tal-ewwel komunità nisranija. 

Biex ngħinu nifhmuh aħjar dan il-qari, qed noffru filmat li jimxi pass pass mat-test ta’ dan il-ktieb tat-Testment il-Ġdid.   Il-filmat huwa twil ftit aktar minn tliet sigħat u kwart, imma jkun tajjeb li tarah biċċa biċċa biex tirrifletti aħjar dwar din il-ġrajja.

[klikkja hawn ...]

FIL-LEĦEN IS-SEWWA

tal-Ħadd, 27 Marzu 2016

[klikkja hawn]

 

O Salib ta' Kristu

Simbolu tal-imħabba divina u l-inġustizzja umana

It-talba tal-Papa Franġisku fi tmiem il-Via Crucis fil-Kolossew ta’ Ruma, fil-Ġimgħa l-Kbira 2016. Hija stedina għal meditazzjoni profonda dwar is-Salib ta’ Kristu fi żmienna, dak ta’ ħutna maqtula, maħruqa ħajjin, imħanxra u b’rashom maqtugħa mix-xwabel barbariċi u fi skiet viljakk.

O Salib ta’ Kristu, sal-lum għadna narawk fl-uċuħ tat-tfal, tan-nisa u tal-persuni, imxejna u mbeżżgħin, li jaħarbu mill-gwerer u mill-vjolenza u spiss ma’ wiċċhom isibu biss il-mewt u tant Pilati b’idejhom maħsula.

O Salib ta’ Kristu, sal-lum għadna narawk f’dawk li jqisu ruħhom mgħallmin ta’ l-ittra imma mhux ta’ l-ispirtu, tal-mewt u mhux tal-ħajja, li flok jgħallmu l-ħniena u l-ħajja, jheddu bil-kastig u l-mewt u jikkundannaw lill-ġust.  [...]


SEGWI LIVE MINN FUQ IL-LAIKOS

Il-Funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa

Jekk minħabba mard jew xi raġuni valida oħra ma tkunx tista’ tieħu sehem fil-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, allura segwi dirett it-trasmissjoniet tal-funzjonijiet immexxija mill-Papa Franġisku jew dawk bil-Malti mmexxija minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna. Idħol fil-Laikos u mill-pagna ta’ Trasmissjonijiet Skedati segwi il-funzjoni li tkun tixtieq skont id-dati u l-ħinijiet li jidhru fil-lista [...]


IL-ĠUBLEW TAL-ĦNIENA

Bosta riżorsi għal matul il-Ġublew

Sa minn xhur qabel beda l-Ġublew tal-Ħniena, dan is-sit beda joffri għadd kbir ta’ riżorsi pastorali għal matul din is-sena speċjali ta’ grazzja.   Ewlieni fost dawn ir-rżorsi hemm id-dokument tal-Papa Franġisku, Misericordiae Vultus li huwa disponibbli bil-Malti kemm format [Word]  jew [PDF], imma wkoll f’format [mp3].  Dan minbarra bosta riżorsi oħra anke f’format vidjo.  Fil-menu prinċipali hemm link għall-paġna tal-Ġublew, imma tista’ tidħol fiha wkoll minn hawn […]

 
 

L-EVANĠELJU TAL-ĦADD ...    

Qawmien tal-Mulej mill-Mewt

Sena Ċ - 27 ta' Marzu 2016

S. Luqa 24:1-12. (Vġili tal-Għid)

S. Ġwann 20:1-9. (Ħadd il-Għid)

klikkja fuq l-istampa

 Il-Vanġelu ta' Ħadd il-Għid, Sena Ċ

 Bi stampi animati minn Joyce u Raymond Zammit

 Riflessjoni minn Dun Pawl Camilleri

 Ħsieb minn Fr Hayden OFMCap

 Ħsieb minn Fr Stefan Attard

 Ħsieb minn Fr Mark Sultana

ĦINIJIET TAL-FUNZJONIJIET FIL-ĠIMGĦA MQADDSA.   

Il-ħinijiet tal-quddies u l-funzjonijiet matul il-Ġimgħa Mqaddsa ġew miżjuda fuq is-sit http://www.quddies.com.mt. Dawn jinkludu it-Tifkira tal-Aħħar Ikla tal-Mulej ta’ nhar Ħamis ix-Xirka, l-Adorazzjoni tas-Salib fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Velja ta’ Sibt il-Għid, u l-quddies kollu fil-Solennità tal-Għid il-Kbir.  Dawn tista’ ssibhom minn hawn […]

VIA SAGRA MEDITATA    [vidjo] ...

Bis-swat tiegħu ksibna l-fejqan tagħna

Vidjo ta’ 43 minuta li fih Fr Hayden u Mona Borġ jmexxu meditazzjoni dwar kif it-tbatija ta’ Ġesù hija ta’ faraġ għalina fit-tbatijiet tagħna   [...]