Ġie ħoss bħal ta' riħ qawwi u mtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu ...

Il-Papa Franġisku

 

“Ngħid ċar u tond, l-Ispirtu s-Santu lilna jagħtina fastidju.  Għaliex iħarrikna, imexxina, jimbutta l-Knisja biex tmur ‘il quddiem. ..."

 

S. Marta, 16/4/2013

Il-protagonist tal-ministeru tar-rikonċiljazzjoni hu l-Ispirtu s-Santu."  Il-Papa Franġisku, Udjenza 28/03/2014.

Lectio Divina minn Fr Paul Sciberras ...

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Mejju 2016,  Fr Paul Sciberars mexxa Lectio Divina dwar silta oħra mill-Evanġelju skont San Luqa, din id-darba kienet dwar il-fejqan minn Ġesù tal-għaxar lebbrużi. (Lq 17:11-19).  Dawn il-laqgħat ta’ Lectio Divina qed ikunu organizzati mis-Segretarjat għal-Lajċi għal matul is-sena tal-Ġublew tal-Ħniena.  Isiru kull nhar ta’ Ġimgħa fil-Kurja fil-Floriana bejn 6.45 pm u 7.45 pm.

Tista’ tara il-filmat tal-laqgħat kollha li saru minn hawn stess […]

Fr Paul Sciberras

Relazzjonijiet bla impenn

Kana fuq il-liġi dwar il-koabitazzjoni  ...

Wara li fil-parlament Malti tressaq l-abbozz ta’ liġi biex jirregola l-koabitazzjoni, il-Moviment ta’ Kana ppublika s-sottomissjonijiet tiegħu bħala kontribut għall-konsultazzjoni mnedija.  Hemm ukoll verżjoni mqassra  u forsi anqas legalistika li għandha tkun aktar faċli biex tinqara u tiftiehem mill-publiku ġenerali.  Fil-konklużjoni tiegħu, il-Moviment ta’ Kana qed jipproponi li dan l-abbozz kif propost ikun radikalment rikonsidrat.

Aqa s-sottomissjonijiet tal-Moviment ta’ Kana u ħalli il-kummenti tiegħek [...]

Sit ġdid dwar Henry u Inez Casolani ...

Ftit anqas minn sentejn ilu nfetaħ il-proċess tal-Koppja Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani. Illum s-sit dwarhom ġie aġġornat b'materjal ġdid li jinkludi ktieb online bil-Malti u ieħor bl-Ingliż dwar il-ħajja tagħhom, riflessjonijiet dwar l-ispiritwalita' tal-Koppja u l-mixja tagħhom flimkien lejn il-qdusija fiż-żwieġ u fil-familja. Dawn jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-koppji għarajjes u miżżewġin. Fil-ktieb hemm ukoll talba bl-intercessjoni tagħhom. 

 Fittex fuq ... [www.henryandinezcasolani.org]

Il-Qaddejja ta' Alla

Henry u Inez Casolani

Claudia Koll dwar il-konverżjoni tagħha ...

L-attriċi Taljana Claudia Koll kienet Malta fuq stedina tal-grupp Magnificat biex tagħti xhied tal-bidla radikali li għaddiet minn wara li ħalliet għal kollox il-ħajja li kienet tgħix bħala attriċi fil-films.  Koll li llum għandha 51 sena bdiet  il-mixja tal-konverżjoni tagħha lejn Alla fis-sena 2000.  Minn hawn tista tisma’ recording tad-diskors li għamlet waqt laqgħa ta’ talb fil-Knisja ta’ San Ġiljan.

Claudia Koll f'Malta

Erba' dokumenti kbar tal-Papa Franġisku ...

Minbarra l-Eżortazzjoni Appostolika, Amoris Laetitia, mogħtija mill-Papa Franġsku l-ġimgħa li għaddiet, tajjeb li ma ninsewx ukoll it-teżor kbir li huwa ta lill-Knisja u f’wieħed minnhom anke lid-dinja bit-tliet dokumenti preċedenti.  L-ewwel wieħed li kien ġa mibdi mill-Papa Benedittu XVI huwa l-Enċiklika Lumen Fidei dwar il-Fidi.  Warajh ippublika l-Eżortazzjoni Appostolika, Evangelii Gaudium dwar l-Evanġelizazzjoni.  It-tielet kienet l-Enċiklika, Laudato Si’ dwar l-ambjent, jew kif sejħilha huwa stess, dwar id-dar komuni tagħna. Tista' ssibhom fil-Laikos mit-tabs ta' hawn taħt.

 

L-EVANĠELJU TAL-ĦADD ...

Għid il-Ħamsin - Sena Ċ - 15 ta' Mejju 2016

S. Ġwann 20: 19 - 23

 Animat għat-tfal minn Joyce u Raymond Zammit

 Preżentazzjoni powerpoint għat-tfal

 Riflessjoni minn Dun Pawl Camilleri

 Ħsieb minn Fr Hayden OFMCap

 Ħsieb minn Fr Marcello Ghirlando ofm

 Ħsieb minn Fr Paul Chetcuti sj


KOABITAZZJONI JEW ŻWIEG?

Hemm min jaħseb li jekk koppja jagħmlu żmien jgħixu flimkien qabel jiżżewġu, dan jgħinnhom isiru jafu lil xulxin aħjar u hekk iż-żwieġ tagħhom jkollu aktar ċans li jirnexxi. Snin ilu, xi ħadd f’pajjiżna kien qal li ħadd ma jixri żarbun bla ma jippruvah.  Imma dan minnu?  Il-koppja għandhom jippruvaw lil xulxin kif jippruvaw par żarbun għand tal-ħanut?


GĦAŻLA MINN PAĠNI OĦRA TAL-LAIKOS ...

 Appostolat tal-Lajċi, Għawdex

 Enċiklika tal-Papa Franġisku, Laudato Si'

 Enċiklika Lumen Fidei

 Eżortazzjoni, Evangelii Gaudium

 Eżortazzjoni Appostolika Amoris Laetitia

 Ġublew tal-Ħniena 2015 - 2016

 Ġrajjiet il-Knisja

 Il-Kelma tal-Ħajja

 Lectio Divina

 Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja

 Dwar kotba b'tema reliġjuża

 

 

FIL-LEĦEN IS-SEWWA

tal-Ħadd, 15 ta' Mejju 2016

[klikkja hawn]